RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, li jemenda d-Direttiva 2012/34/UE u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 913/2010
5.3.2024 - (COM(2023)443 – C9‑0304/2023 – 2023/0271(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Tilly Metz
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, li jemenda d-Direttiva 2012/34/UE u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 913/2010
(COM(2023)443 – C9‑0304/2023 – 2023/0271(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)443),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0304/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta’ [...][2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0069/2024),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti15 tistabbilixxi t-tappi biex turi l-perkors tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħqu l-objettivi tal-mobbiltà sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Din tipprevedi li t-traffiku ferrovarju tal-merkanzija jenħtieġ li jiżdied b’50% sal-2030 u jirdoppja sal-2050; it-traffiku ferrovarju ta’ veloċità għolja jenħtieġ li jirdoppja sal-2030 u jittrippla sal-2050 u l-ivvjaġġar kollettiv skedat sa 500 km jenħtieġ li jkun newtrali għall-karbonju sal-2030 fl-Unjoni. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, it-trasport ferrovjarju jrid isir aktar attraenti mil-lat ta’ affordabbiltà, affidabbiltà, u servizzi adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi u tat-trasportaturi tal-merkanzija. |
(2) L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti15 tistabbilixxi l-istadji importanti biex turi l-perkors tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħqu l-objettivi tal-mobbiltà sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Din tipprevedi li t-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija jenħtieġ li jiżdied b’50 % sal-2030 u jirdoppja sal-2050; it-traffiku ferrovjarju ta’ veloċità għolja jenħtieġ li jirdoppja sal-2030 u jittrippla sal-2050 u l-ivvjaġġar kollettiv skedat sa 500 km jenħtieġ li jkun newtrali għall-karbonju sal-2030 fl-Unjoni. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, it-trasport ferrovjarju jrid isir aktar attraenti mil-lat ta’ affordabbiltà, affidabbiltà u aċċessibbiltà, u s-servizzi jridu jkunu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi u tat-trasportaturi tal-merkanzija. |
__________________ |
__________________ |
15 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, COM(2020) 789 final tad-9 ta’ Diċembru 2020. |
15 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, COM(2020) 789 final tad-9 ta’ Diċembru 2020. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) L-għan sottostanti ta’ dan ir-Regolament huwa li tiżdied l-utilizzazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u b’hekk jiżdied is-sehem modali ferrovjarju. Madankollu, dan ir-Regolament ma jistax jindirizza l-miri tad-dekarbonizzazzjoni u tal-bidla modali tal-Unjoni waħdu. Kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jenħtieġ li jkomplu jaħdmu fuq bosta elementi oħra li jistgħu jgħinu biex ikomplu jiżdiedu kemm il-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja kif ukoll il-kapaċità tat-trasport, bħar-raggruppament tal-mogħdijiet ferrovjarji, l-armonizzazzjoni tal-veloċità, il-bidla effiċjenti tal-passiġġieri, l-użu ta’ ferroviji itwal b’żieda fit-tagħbija fuq il-fus, l-introduzzjoni ta’ ERTMS armonizzata madwar l-Ewropa kif ukoll l-operazzjoni awtomatizzata tal-ferroviji. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) L-indirizzar tal-effiċjenza ferrovjarja biex jiżdied l-aspett kompetittiv multimodali bejn modi differenti tat-trasport huwa importanti biex tiġi ffaċilitata bidla modali sostanzjali u biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Istrateġija Komprensiva għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll aktar miżuri biex tiżdied il-kompetittività bil-ferrovija, bħal imposti aktar baxxi għall-aċċess għall-binarji. B’domanda akbar għall-kapaċità ferrovjarja kemm mis-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, se jkunu meħtieġa wkoll investimenti biex jitwettqu dawk il-miżuri għat-titjib tal-kapaċità. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2d) L-objettivi tal-bidla għall-ferroviji fil-livell tal-UE jeħtieġu miri nazzjonali bbażati fuq pjanijiet nazzjonali konkreti żviluppati mill-Istati Membri b’segwitu ta’ approċċ minn isfel għal fuq. |
Ġustifikazzjoni
Mingħajr pjanijiet nazzjonali li l-għan tagħhom huwa li jilħqu l-objettivi ġenerali tal-UE, dawn l-objettivi se jibqgħu biss ambizzjoni mingħajr pjanijiet konkreti realistiċi li jistgħu jiġu mmonitorjati u mmodifikati jekk ikun hemm bżonn.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u l-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-settur ferrovjarju. L-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju jeħtieġ tiġi ppjanata u kkoordinata bir-reqqa biex il-ferroviji b’karatteristiċi differenti ħafna, bħall-veloċità u d-distanza tal-ibbrejkjar, ikunu jistgħu jikkondividu b’mod sikur l-istess binarji. L-aħjar ġestjoni tal-kapaċità toħloq aktar opportunitajiet għas-servizzi ferrovjarji, u żżid l-affidabbiltà tagħhom. Ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi flessibbiltà biżżejjed lill-meniġers tal-infrastruttura għal ġestjoni effettiva tal-kapaċità filwaqt li jiżgura li l-impriżi ferrovjarji kollha jiġu ttrattati mingħajr diskriminazzjoni fl-aċċess tagħhom għan-network. |
(5) Il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u l-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-settur ferrovjarju. L-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju jeħtieġ li tiġi ppjanata u kkoordinata bir-reqqa biex il-ferroviji b’karatteristiċi differenti ħafna, bħall-veloċità u d-distanza tal-ibbrejkjar, ikunu jistgħu jikkondividu b’mod sikur l-istess binarji. L-aħjar ġestjoni tal-kapaċità toħloq aktar opportunitajiet għas-servizzi ferrovjarji, u żżid l-affidabbiltà tagħhom, li huwa rekwiżit partikolarment importanti għaż-żieda fis-suq ta’ ferroviji ta’ billejl kif ukoll l-ambizzjonijiet biex il-merkanzija tinbidel għal merkanzija bil-ferrovija. Ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi flessibbiltà biżżejjed lill-maniġers tal-infrastruttura għal ġestjoni effettiva tal-kapaċità filwaqt li jiżgura li l-impriżi ferrovjarji kollha jiġu ttrattati mingħajr diskriminazzjoni fl-aċċess tagħhom għan-network. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li ma japplikawx ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja għal ċerti partijiet tan-network ferrovjarju jew għal ċerti servizzi ferrovjarji, meta din l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tkunx taffettwa l-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Dawn l-esklużjonijiet jenħtieġ li jibqgħu japplikaw u l-Istati Membri jenħtieġ li jibqa’ jkollhom id-dritt li jitolbu dan l-esklużjonijiet fil-futur anke fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. |
(6) Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li ma japplikawx ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja għal ċerti partijiet tan-network ferrovjarju jew għal ċerti servizzi ferrovjarji, meta tali esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tkunx taffettwa l-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Dawn l-esklużjonijiet, filwaqt li huma strettament limitati, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw u l-Istati Membri jenħtieġ li jibqa’ jkollhom id-dritt li jitolbu dan l-esklużjonijiet fil-futur anke fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Ir-regoli u l-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja jenħtieġ li jkunu jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tas-segmenti kollha tas-suq ferrovjarju. B’mod partikolari, jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa ta’ stabbiltà fit-tul tal-kapaċità disponibbli għas-servizzi tal-passiġġieri, u l-ħtieġa ta’ flessibbiltà fl-immedjat għat-traffiku tal-merkanzija biex twieġeb għad-domanda tas-suq. Għalhekk, il-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità jenħtieġ li ma jibqax ikollu fokus predominantament annwali, iżda jiġi organizzat fi tliet fażijiet sussegwenti ta’ ppjanar strateġiku tal-kapaċità; skedar tas-servizzi ferrovjarji u l-allokazzjoni tal-kapaċità; u adattament u skedar mill-ġdid tal-kapaċità. L-introduzzjoni ta’ fażijiet definiti u strutturati aħjar li jipprevedu l-possibbiltà ta’ ppjanar fit-tul u adattament fi żmien qasir fil-ġestjoni tal-kapaċità, tkun ta’ benefiċċju partikolari għas-servizzi li huma anqas faċli li jiġu ppjanati minn qabel jew li huma aktar kumplessi biex jiġu organizzati, bħall-ferroviji tal-merkanzija u l-ferroviji tal-passiġġieri transfruntieri. |
(7) Ir-regoli u l-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja jenħtieġ li jqisu u jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-segmenti kollha tas-suq ferrovjarju b’mod mhux diskriminatorju. B’mod partikolari, jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa ta’ stabbiltà fit-tul tal-kapaċità disponibbli għas-servizzi tal-passiġġieri, u l-ħtieġa ta’ flessibbiltà fl-immedjat għat-traffiku tal-merkanzija biex twieġeb għad-domanda tas-suq. Għalhekk, il-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità jenħtieġ li ma jibqax ikollu fokus predominantament annwali, iżda jiġi organizzat fi tliet fażijiet sussegwenti ta’ ppjanar strateġiku tal-kapaċità; skedar tas-servizzi ferrovjarji u l-allokazzjoni tal-kapaċità; u adattament u skedar mill-ġdid tal-kapaċità. L-introduzzjoni ta’ fażijiet definiti u strutturati aħjar li jipprevedu l-possibbiltà ta’ ppjanar fit-tul u adattament fi żmien qasir fil-ġestjoni tal-kapaċità, tkun ta’ benefiċċju partikolari għas-servizzi li huma anqas faċli li jiġu ppjanati minn qabel jew li huma aktar kumplessi biex jiġu organizzati, bħall-ferroviji tal-merkanzija u l-ferroviji tal-passiġġieri transfruntieri, inklużi ferroviji ta’ billejl. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Porzjon dejjem akbar tan-network ferrovjarju tal-Unjoni hu konġestjonat jew qrib li jkun konġestjonat u ma jistax jakkomoda l-ħtiġijiet tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tal-applikanti kollha u jappoġġa aktar tkabbir fil-volum tat-trasport ferrovjarju. L-iżvilupp tal-infrastruttura u d-diġitalizzazzjoni, skont l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà żviluppata skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”), mistennija joħolqu żieda fil-kapaċità disponibbli fi żmien medju u fit-tul. Madankollu, il-meniġers tal-infrastruttura se jkunu meħtieġa jassenjaw prijoritajiet għall-użu tas-sezzjonijiet konġestjonati. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali dwar il-prijorità stabbiliti mill-Istati Membri fil-qafas tal-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali, il-meniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jieħdu deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet b’metodoloġiji trasparenti u armonizzati li jiċċaraw kif id-deċiżjoni tagħhom qiesu u ġew affettwati minn fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali. |
(8) Porzjon dejjem akbar tan-network ferrovjarju tal-Unjoni hu konġestjonat jew qrib li jkun konġestjonat u ma jistax jakkomoda l-ħtiġijiet tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tal-applikanti kollha u jappoġġa aktar tkabbir fil-volum tat-trasport ferrovjarju. L-iżvilupp tal-infrastruttura u d-diġitalizzazzjoni, skont l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà żviluppata skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”), mistennija joħolqu żieda fil-kapaċità disponibbli fi żmien medju u fit-tul. Madankollu, il-maniġers tal-infrastruttura se jkunu meħtieġa jassenjaw prijoritajiet għall-użu tas-sezzjonijiet konġestjonati. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali dwar il-prijorità stabbiliti mill-Istati Membri fil-qafas tal-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali, il-maniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jieħdu deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet b’metodoloġiji trasparenti u armonizzati li jiċċaraw kif id-deċiżjoni tagħhom qiesu u ġew affettwati minn fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Dawn il-kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq metodi aċċettati u l-aqwa għarfien disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat li jistabbilixxi l-proċeduri, il-kriterji u l-metodoloġiji. Meta tħejji dak l-att delegat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoopera man-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura (ENIM) u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/7961a. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1). |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja eżistenti mhijiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-bidla għall-ferroviji tal-Unjoni għall-2030 u l-2050. Fil-fatt bejn 1990 u 2021 in-network ferrovjarju fl-Unjoni naqas b’aktar minn 12 000 km. Il-kisba tal-objettivi tal-bidla modali tal-Unjoni tiddependi primarjament fuq iż-żieda fl-effiċjenza ferrovjarja u t-tisħiħ tal-kapaċità ferrovjarja, b’din il-kapaċità ferrovjarja teħtieġ investimenti għall-manutenzjoni, it-tiġdid u l-kostruzzjoni ġdida tal-infrastruttura ferrovjarja. Dan jinkludi l-ingranaġġ tal-baġits nazzjonali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) stabbilita stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u investimenti privati biex jiġu indirizzati r-rabtiet neqsin kruċjali u jitnaqqsu l-punti ta’ konġestjoni, kif ukoll livelli xierqa ta’ finanzjament għall-manutenzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevjenu d-degradazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u jenħtieġ li jimminimizzaw l-impatt tar-restrizzjonijiet possibbli tal-kapaċità billi jiżguraw finanzjament fit-tul adegwat, stabbli u f’waqtu permezz ta’ ftehimiet ta’ prestazzjoni pluriennali li jenħtieġ li jiġu konklużi bejn l-Istat Membru u l-maniġer tal-infrastruttura għall-perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2011, p. 38). |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità jenħtieġ li jtejjeb l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja billi jantiċipa d-domanda għas-servizzi ferrovjarji u jqis l-iżvilupp, it-tiġdid u l-manutenzjoni ppjanati tal-infrastruttura. Jenħtieġ li jiżgura li l-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tiġi allokata b’mod li jimmassimizza l-valur tas-servizzi ferrovjarji għas-soċjetà. Jenħtieġ li l-meniġers tal-infrastruttura jiżguraw li l-ippjanar strateġiku jipprovdi livell dejjem akbar ta’ dettalji dwar il-kapaċità disponibbli u li dan ikun il-bażi għall-allokazzjoni tal-kapaċità. |
(9) L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità jenħtieġ li jtejjeb l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja billi jantiċipa d-domanda għas-servizzi ferrovjarji u jqis l-iżvilupp, it-tiġdid u l-manutenzjoni ppjanati tal-infrastruttura. Jenħtieġ li jiżgura li l-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tiġi allokata b’mod li jimmassimizza l-valur tas-servizzi ferrovjarji għas-soċjetà filwaqt li jitqiesu l-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali. Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jiżguraw li l-ippjanar strateġiku jipprovdi livell dejjem akbar ta’ dettalji dwar il-kapaċità disponibbli u li dan ikun il-bażi għall-allokazzjoni tal-kapaċità. L-applikanti, il-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea, il-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Unjoni u nazzjonali jenħtieġ li jiġu kkonsultati matul l-ippjanar strateġiku, u jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jipprovdu kontribut dwar l-istudju “l-Analiżi tal-iżviluppi mistennija fis-suq tat-trasport” kif imsemmi fl-Artikolu 15” u li joffru kummenti indipendenti dwar is-sejbiet. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Meta jallokaw il-kapaċità, il-meniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jaderixxu mal-pjanijiet strateġiċi tal-provvista tal-kapaċità u fl-istess ħin jiżguraw li l-kapaċità tiġi allokata skont id-domanda tas-suq b’mod ġust u nondiskriminatorju. Għal dak il-għan, xi talbiet għall-kapaċità jistgħu jiġu rifjutati u l-pjan tal-provvista tal-kapaċità jrid jiġi aġġornat regolarment biex ikun jirrifletti d-domanda attwali. |
(11) Meta jallokaw il-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jaderixxu mal-pjanijiet strateġiċi tal-provvista tal-kapaċità u fl-istess ħin jiżguraw li l-kapaċità tiġi allokata skont id-domanda tas-suq b’mod ġust u nondiskriminatorju. Għal dak il-għan, xi talbiet għall-kapaċità jistgħu jiġu offruti kapaċità addizzjonali jew, jekk ma teżistix possibbiltà oħra, jiġu rifjutati u l-pjan tal-provvista tal-kapaċità jrid jiġi aġġornat regolarment biex ikun jirrifletti d-domanda attwali. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) F’diversi swieq ferrovjarji nazzjonali, il-maniġer tal-infrastruttura huwa parti minn kumpanija azzjonarja integrata vertikalment b’operatur wieħed jew aktar tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Filwaqt li tiġi allokata kapaċità lil dawn l-impriżi ferrovjarji, huwa tal-akbar importanza għall-funzjonament xieraq tas-suq li l-kapaċità tiġi allokata b’mod ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju. B’mod partikolari, informazzjoni sensittiva kondiviża mal-maniġer tal-infrastruttura bħala parti mill-proċess ta’ allokazzjoni tal-kapaċità jenħtieġ li titqies bħala kunfidenzjali. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Is-segmenti differenti tas-suq ferrovjarju għandhom kapaċitajiet differenti biex jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tagħhom. Xi fornituri tas-servizzi tal-merkanzija, b’mod partikolari, jaf ma jkunux jistgħu jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità tagħhom fil-ħin biex jiġu inklużi fl-iskeda operatorja, jiġifieri fil-pjan annwali għall-movimenti ferrovjarji u tal-vetturi ferrovjarji, u jaf ma jkunux joqogħdu fl-iskeda annwali tiegħu. Għalhekk, il-meniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru kapaċità ta’ kwalità u kwantità biżżejjed anke għas-servizzi ferrovjarji li jkollhom domanda instabbli, li jiġu organizzati fi żmien relattivament qasir, li jkunu jinkludu aktar minn vjaġġ ferrovjarju wieħed, u li jistgħu jitħaddmu kemm-il darba għal perjodu taż-żmien li ma jistax jaħbat mat-tul tal-perjodu tal-iskeda operatorja. |
(12) Is-segmenti differenti tas-suq ferrovjarju għandhom kapaċitajiet differenti biex jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja tagħhom. Xi fornituri tas-servizzi tal-merkanzija, b’mod partikolari, jaf ma jkunux jistgħu jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità tagħhom fil-ħin biex jiġu inklużi fl-iskeda operatorja, li qiegħda fil-pjan annwali għall-movimenti ferrovjarji u tal-vetturi ferrovjarji, u jaf ma jkunux joqogħdu fl-iskeda annwali tiegħu. Għalhekk, il-maniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru kapaċità ta’ kwalità u kwantità biżżejjed anke għas-servizzi ferrovjarji li jkollhom domanda instabbli, li jiġu organizzati fi żmien relattivament qasir, li jkunu jinkludu aktar minn vjaġġ ferrovjarju wieħed, u li jistgħu jitħaddmu kemm-il darba għal perjodu taż-żmien li ma jistax jaħbat mat-tul tal-perjodu tal-iskeda operatorja. Dan it-tip ta’ kapaċità offruta jista’ jiġi offrut ukoll f’pakkett ta’ mogħdijiet ferrovjarji mhux riżervati minimi kkalkolati minn qabel li mbagħad jistgħu jiġu allokati fi żmien qasir. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Fl-Istati Membri jintużaw prattiki differenti għall-ippjanar tal-iskeda u dawn il-kunċetti jenħtieġ li jitqiesu fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità. Dawn il-prattiki jeħtieġu aktar koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura bejn il-fruntieri, b’mod partikolari meta l-maniġer tal-infrastruttura jippjana minn qabel il-kapaċità billi juża skedi ċikliċi integrati. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Parti sinifikanti mit-trasport ferrovarju tal-merkanzija hu fuq distanzi twal u jeħtieġ koordinazzjoni transfruntiera tal-meniġers tal-infrastruttura. L-għan ta’ politika li jiżdied it-traffiku ferrovjarju jiddependi wkoll fuq it-tkabbir tas-servizzi transfruntieri tal-passiġġieri. Biex jiġi ffaċilitat u promoss traffiku dejjem aktar transfruntier fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jeħtieġ ikunu żgurati konsistenza u armonizzazzjoni akbar tar-regoli u tal-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. Għaldaqstant, ir-rwol tan-Network Ewropew tal-Meniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jissaħħaħ biex jiġi fdat bl-iżvilupp ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament dwar il-proċeduri u l-metodoloġiji għall-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u bil-koordinazzjoni attiva tal-kapaċità u t-traffiku transfruntieri. B’mod partikolari, in-Network Ewropew tal-Meniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jiżviluppa oqfsa Ewropej għall-ġestjoni tal-kapaċità, għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u għar-rieżami tal-prestazzjoni. |
(14) Parti sinifikanti mit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija hu fuq distanzi twal u jeħtieġ koordinazzjoni transfruntiera tal-maniġers tal-infrastruttura. L-għan ta’ politika li jiżdied it-traffiku ferrovjarju jiddependi wkoll fuq it-tkabbir tas-servizzi transfruntieri tal-passiġġieri. Biex jiġi ffaċilitat u promoss traffiku dejjem aktar transfruntier fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jeħtieġ li jkunu żgurati konsistenza u armonizzazzjoni akbar tar-regoli u tal-proċeduri dwar il-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. Għaldaqstant, ir-rwol tan-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jissaħħaħ biex jiġi fdat bl-iżvilupp ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament dwar il-proċeduri u l-metodoloġiji għall-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u bil-koordinazzjoni attiva tal-kapaċità u t-traffiku transfruntieri. B’mod partikolari, in-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jiżviluppa oqfsa Ewropej għall-ġestjoni tal-kapaċità, għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u għar-rieżami tal-prestazzjoni. L-impriżi ferrovjarji, l-applikanti u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra jenħtieġ li jiġu kkonsultati wkoll fl-iżvilupp ta’ dawn l-oqfsa Ewropej. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-oqfsa Ewropej żviluppati min-Network Ewropew tal-Meniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jipprovdu linji gwida li l-meniġers tal-infrastruttura jeħtieġ jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isegwu, filwaqt li jerfgħu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-meniġers tal-infrastruttura jagħtu raġuni għal kull devjazzjoni mill-oqfsa żviluppati min-Network Ewropew tal-Meniġers tal-Infrastruttura. Dan l-approċċ jitqies li jsib il-bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ approċċi armonizzati fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, u l-ħtieġa li l-proċeduri u l-metodoloġiji jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi partikolari. Wara ħames snin ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-istat ta’ konverġenza tal-proċeduri u tal-metodoloġiji u l-effettività tal-proċess ta’ koordinazzjoni bejn il-meniġers tal-infrastruttura, kif ukoll il-progress ġenerali għall-istabbiliment taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jiġġustifikawx l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja biex tissostitwixxi elementi tal-oqfsa Ewropej żviluppati min-Network Ewropew tal-Meniġers tal-Infrastruttura. |
(15) L-oqfsa Ewropej żviluppati min-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura jenħtieġ li jipprovdu linji gwida li l-maniġers tal-infrastruttura jeħtieġ li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isegwu, filwaqt li jerfgħu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jiġġustifikaw kull devjazzjoni mill-oqfsa żviluppati min-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura, li jenħtieġ li jiġu permessi biss f’każijiet eċċezzjonali u jiġu soġġetti għal approvazzjoni mill-korp regolatorju ferrovjarju nazzjonali. Dan l-approċċ jitqies li jsib il-bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ approċċi armonizzati fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, u l-ħtieġa li l-proċeduri u l-metodoloġiji jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi partikolari. Wara ħames snin ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-istat ta’ konverġenza tal-proċeduri u tal-metodoloġiji u l-effettività tal-proċess ta’ koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, kif ukoll il-progress ġenerali għall-istabbiliment taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jiġġustifikawx l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja biex tissostitwixxi elementi tal-oqfsa Ewropej żviluppati min-Network Ewropew tal-Maniġers tal-Infrastruttura. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Biex jiġi żgurat network ferrovjarju Ewropew mingħajr interruzzjoni u jissaħħaħ it-traffiku ferrovjarju transfruntier f’diversi networks kemm għat-trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri, jenħtieġ li jiġu assenjati kompiti ġodda lill-ERA. Jenħtieġ li l-ERA tikkoopera mill-qrib mal-ENIM u mal-Koordinatur tan-Network fit-twettiq tal-kompiti l-ġodda tagħha. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) Ir-riżorsi tal-ERA mhumiex biżżejjed fi-dawl tal-firxa taż-żieda proposta fil-kompiti tal-Aġenzija u l-iskala tal-ambizzjonijiet tal-Unjoni fi ħdan dan ir-Regolament. Għalhekk, l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji ddedikat għat-twettiq tal-kompiti tal-ERA fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati skont il-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jew jiġi mmobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP. Peress li l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-QFP ma saħħitx il-baġit tal-ERA, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-ERA ma tistax tiġi kkumpensata bi tnaqqis kumpensatorju tal-infiq ipprogrammat taħt l-FNE Trasport jew twassal għal tnaqqis tal-finanzjament għal kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-operazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja mhux biss teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-meniġers tal-infrastruttura, iżda anki interazzjoni qawwija mal-impriżi ferrovjarji u ma’ partijiet ikkonċernati oħra involuti direttament fl-operazzjonijiet tat-trasport ferrovjarju u multimodali u loġistiċi. Għalhekk, jeħtieġ tiġi prevista koordinazzjoni strutturata bejn il-meniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati oħra. |
(17) L-operazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja mhux biss teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-maniġers tal-infrastruttura, iżda anki interazzjoni qawwija mal-impriżi ferrovjarji u ma’ partijiet ikkonċernati oħra involuti direttament fl-operazzjonijiet tat-trasport ferrovjarju u multimodali u loġistiċi. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi prevista koordinazzjoni strutturata bejn il-maniġers tal-infrastruttura u partijiet ikkonċernati oħra. Biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Impriżi Ferrovjarji u tal-applikanti, l-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea hija stabbilita bħala korp konsultattiv għall-ENIM. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi u t-terminals, partijiet ikkonċernati tal-kapaċità multimodali, bħal portijiet tal-baħar u tal-passaġġi fuq l-ilma intern u s-sidien ta’ faċilitajiet tas-servizzi oħra relatati mal-ferroviji, jistgħu wkoll ikunu parti mill-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea. L-ENIM għandu jikkonsulta lill-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea qabel jipprepara l-adozzjoni tal-oqfsa Ewropej għall-Ġestjoni tal-Kapaċità, il-Ġestjoni tat-Traffiku u l-Ġestjoni tal-Prestazzjoni. Barra minn hekk, il-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea tista’ tipprovdi lill-ENIM ħarsa aktar mill-viċin tal-iżviluppi tas-suq u tista’ toħroġ ukoll opinjonijiet fuq inizjjativa proprja dwar kwalunkwe proposta jew deċiżjoni mill-ENIM u mill-ERA. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-affidabbiltà tas-servizzi ferrovjarji hi wieħed mill-aktar aspetti apprezzati mill-klijenti ferrovjarji. L-affidabbiltà tal-iskedi hi wkoll aspett kritiku għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema ferrovjarja, li tinvolvi interazzjonijiet qawwija bejn is-servizzi u l-esternalitajiet tan-network. Għal dik ir-raġuni, id-devjazzjonijiet mill-iskeda jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu meħtieġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiddaħħal sistema ta’ inċentivi adegwati li tippromwovi t-twettiq tal-impenji mill-meniġers tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Dawk l-inċentivi jenħtieġ li jkollhom natura ekonomika u mhux ekonomika. |
(18) L-affidabbiltà tas-servizzi ferrovjarji hi wieħed mill-aktar aspetti apprezzati mill-klijenti ferrovjarji, u mhux l-anqas rekwiżit kritiku tas-suq tal-ferroviji ta’ billejl li qed jerġa’ jiżviluppa, fejn il-klijenti u l-applikanti ferrovjarji jeħtieġ li jkunu jafu sew minn qabel kif jistgħu jaħdmu s-servizzi tagħhom. L-affidabbiltà tal-iskedi hi wkoll aspett kritiku għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema ferrovjarja, li tinvolvi interazzjonijiet qawwija bejn is-servizzi u l-esternalitajiet tan-network. Għal dik ir-raġuni, id-devjazzjonijiet mill-iskeda jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu meħtieġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiddaħħal sistema ta’ inċentivi adegwati li tippromwovi t-twettiq tal-impenji mill-maniġers tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji, mill-operaturi ta’ faċilitajiet tas-servizzi u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Dawk l-inċentivi jenħtieġ li jkollhom natura ekonomika u mhux ekonomika. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-monitoraġġ kontinwu tal-kwalità tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport hu prekundizzjoni biex titjieb il-prestazzjoni ta’ dawn is-servizzi. Għalhekk jeħtieġ tiġi stabbilita sistema trasparenti u oġġettiva ta’ indikaturi li tipprovdi rispons dwar aspetti tal-prestazzjoni li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali differenti u għall-klijenti finali tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Il-funzjoni ewlenija ta’ dik is-sistema jenħtieġ li tiffoka fuq il-monitoraġġ tat-twettiq tal-impenji magħmula mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-progress fil-prestazzjoni maż-żmien filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-karatteristiċi differenti fi ħdan is-settur ferrovjarju. Għall-istabbiliment ta’ din is-sistema u l-analiżi tal-output tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiddependi fuq esperti indipendenti fil-forma ta’ Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni. Dan il-korp jenħtieġ li jkun jista’ jagħti parir indipendenti lill-Kummissjoni fl-oqsma kollha li jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji u l-ġestjoni tal-infrastruttura. |
(19) Il-monitoraġġ kontinwu tal-kwalità tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport hu prekundizzjoni biex titjieb il-prestazzjoni ta’ dawn is-servizzi. Għalhekk, il-maniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jimmonitorjaw u jivvalutaw il-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Il-maniġers tal-infrastruttura, meta jistabbilixxu l-miri ta’ prestazzjoni tagħhom stess fil-pjan imsemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, jenħtieġ li jikkonsultaw lir-regolaturi nazzjonali, lill-ministeri nazzjonali u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li dawk il-miri jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita sistema trasparenti u oġġettiva ta’ indikaturi li tipprovdi rispons dwar aspetti tal-prestazzjoni li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali differenti u għall-klijenti finali tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. Il-funzjoni ewlenija ta’ tali sistema jenħtieġ li tiffoka fuq il-monitoraġġ tat-twettiq tal-impenji magħmula mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-progress fil-prestazzjoni maż-żmien filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-karatteristiċi differenti fi ħdan is-settur ferrovjarju. Għall-istabbiliment ta’ tali sistema u l-analiżi tal-output tagħha, il-Kummissjoni u l-ERA jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu minn esperti indipendenti b’għarfien profond tas-settur ferrovjarju fil-forma ta’ Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni. Dan il-korp jenħtieġ li jkun jista’ jagħti parir espert indipendenti lill-Kummissjoni u lill-ERA fl-oqsma kollha li jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji u l-ġestjoni tal-infrastruttura. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Biex titjieb il-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jenħtieġ li l-meniġers tal-infrastruttura, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jistabbilixxu u jimplimentaw qafas komuni għar-rieżami tal-prestazzjoni. Dan il-qafas jenħtieġ li jiżgura li l-meniġers tal-infrastruttura kollha tal-UE jużaw prinċipji u metodoloġiji komuni għall-kejl tal-prestazzjoni skont indikaturi miftiehma. Il-qafas jenħtieġ li jippermetti l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni fuq in-network ferrovjarju tal-UE. Jenħtieġ li dan jiżgura li l-meniġers tal-infrastruttura jistabbilixxu objettivi tal-prestazzjoni b’mod li jqis l-ispeċifiċitajiet tan-network li jimmaniġġaw, u fl-istess ħin jiżgura koerenza fl-identifikazzjoni tal-aktar nuqqasijiet rilevanti fil-prestazzjoni. Il-qafas jenħtieġ li jippermetti lill-meniġers tal-infrastruttura jikkooperaw fil-livell tal-UE biex jinstabu miżuri li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-prestazzjoni u jżommu rendikont tal-impatt tagħhom. Jenħtieġ li l-meniġers tal-infrastruttura, li jaħdmu flimkien fin-Network Ewropew għall-Meniġers tal-Infrastruttura u filwaqt li jqisu l-opinjoni tal-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni u tal-Kummissjoni, jirrevedu dan il-qafas regolarment biex jiżguraw li jkun adattat għall-iskop tiegħu. |
(20) Biex titjieb il-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-ERA, il-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jimplimentaw qafas komuni għar-rieżami tal-prestazzjoni. Dan il-qafas jenħtieġ li jiżgura li l-maniġers tal-infrastruttura kollha tal-UE jużaw prinċipji u metodoloġiji komuni għall-kejl tal-prestazzjoni skont indikaturi miftiehma. Il-qafas jenħtieġ li jippermetti l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni fuq in-network ferrovjarju tal-UE. Jenħtieġ li dan jiżgura li l-maniġers tal-infrastruttura jistabbilixxu objettivi tal-prestazzjoni b’mod li jqis l-ispeċifiċitajiet tan-network li jimmaniġġaw, u fl-istess ħin jiżgura koerenza fl-identifikazzjoni tal-aktar nuqqasijiet rilevanti fil-prestazzjoni. Il-qafas jenħtieġ li jippermetti lill-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw fil-livell tal-UE, inkluż fl-ERA biex jinstabu miżuri li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-prestazzjoni u jżommu rendikont tal-impatt tagħhom. Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura, li jaħdmu flimkien mal-ERA fin-Network Ewropew għall-Maniġers tal-Infrastruttura u filwaqt li jqisu l-opinjoni tal-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni u tal-Kummissjoni, jirrieżaminaw dan il-qafas regolarment biex jiżguraw li jkun adattat għall-iskop tiegħu. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Jenħtieġ li l-korpi regolatorji ferrovjarji jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tal-qafas regolatorju u t-trattament konsistenti tal-applikanti fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Jenħtieġ li jagħmlu dan permezz tan-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji biex jiżviluppaw prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li qed jingħataw is-setgħa għalihom b’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, in-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji jenħtieġ li jwettaq kompiti tal-koordinazzjoni u jadotta rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mhux vinkolanti, li jenħtieġ li ma jkunux jaffettwaw il-kompetenzi tal-korpi regolatorji ferrovjarji jew tal-meniġers tal-infrastruttura. |
(22) Jenħtieġ li l-korpi regolatorji ferrovjarji jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tal-qafas regolatorju u t-trattament konsistenti tal-applikanti fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Jenħtieġ li jagħmlu dan permezz tan-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji (ENRRB) biex jiżviluppaw prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li qed jingħataw is-setgħa għalihom b’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, l-ENRRB jenħtieġ li jwettaq kompiti tal-koordinazzjoni u jadotta rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mhux vinkolanti, li jenħtieġ li ma jkunux jaffettwaw il-kompetenzi tal-korpi regolatorji ferrovjarji jew tal-maniġers tal-infrastruttura. L-ENRRB jenħtieġ li jivverifika l-kompatibbiltà tal-oqfsa Ewropej mal-objettivi regolatorji tar-Regolament. Is-superviżjoni regolatorja jenħtieġ li tkun imfassla b’tali mod li d-deċiżjonijiet nazzjonali ma jkunux jistgħu jimminaw il-proċeduri armonizzati deskritti fl-oqfsa Ewropej, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità ferrovjarja u tat-traffiku teħtieġ l-iskambju ta’ data u informazzjoni bejn il-meniġers tal-infrastruttura, l-applikanti u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. Dan l-iskambju jista’ jkun konsiderevolment aktar effettiv u effiċjenti bl-appoġġ ta’ għodod diġitali interoperabbli u, meta possibbli, bl-awtomatizzazzjoni. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għall-interoperabbiltà jenħtieġ li jiġu implimentati bħala prijorità u jiġu żviluppati aktar biex ikunu jlaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi u mal-proċessi l-ġodda ppreżentati f’dan ir-Regolament. |
(23) Il-ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità ferrovjarja u tat-traffiku teħtieġ l-iskambju ta’ data u informazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-applikanti u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. Dan l-iskambju jista’ jkun konsiderevolment aktar effettiv u effiċjenti bl-appoġġ ta’ għodod diġitali interoperabbli u, meta possibbli, bl-awtomatizzazzjoni. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għall-interoperabbiltà jenħtieġ li jiġu implimentati bħala prijorità u jiġu żviluppati aktar biex ikunu jlaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi u mal-proċessi l-ġodda ppreżentati f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati żvilupp u implimentazzjoni rapidi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat għall-implimentazzjoni u l-governanza ta’ ġestjoni diġitali integrata tat-traffiku ferrovjarju Ewropew. Peress li l-ERA hija l-awtorità tas-sistema Ewropea għall-applikazzjonijiet telematiċi, jenħtieġ li tkun involuta mill-qrib fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-għodod diġitali msemmija fl-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mat-TSI għall-applikazzjonijiet telematiċi kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/797 u f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/796. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Il-ħaddiema huma kruċjali għall-funzjonament effiċjenti tas-settur ferrovjarju. Biex is-servizzi jsiru aktar effiċjenti u sabiex tiżdied il-kwalità tagħhom, id-diġitalizzazzjoni hija essenzjali. Id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-kapaċità ferrovjarja u tal-ġestjoni tat-traffiku jeħtieġ li jkunu akkumpanjati bi żvilupp tal-ħiliet diġitali għall-impjegati tas-settur. Taħriġ u investiment addizzjonali fl-estensjoni tal-kompetenzi diġitali fir-rigward ta’ rekwiżiti diġitali ġodda jippermettu lill-ħaddiema jadattaw u jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-funzjonament tajjeb tas-settur permezz ta’ titjib tal-komunikazzjoni u l-kapaċità li jittrattaw avvenimenti mhux mistennija. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) L-evalwazzjoni ex post tar-Regolament (UE) Nru 913/201020 kkonkludiet li l-impatt tar-Regolament kien limitat wisq biex jikkontribwixxi għall-bidla modali mit-triq għall-ferrovija. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-meniġers tal-infrastruttura fil-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja kienet għadha mhux effettiva minn perspettiva transfruntiera. L-evalwazzjoni wriet ukoll li l-ġestjoni separata tal-kapaċità fil-kurituri tat-trasport ferrovarju tal-merkanzija u fil-bqija tan-network mhix effiċjenti. Jenħtieġ li japplika qafas regolatorju uniku għall-operazzjoni tal-kapaċità tan-network ferrovjarju, li jikkonsolida d-dispożizzjonijiet relatati fid-Direttiva 2012/34/UE u tar-Regolament (UE) Nru 913/2010. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2012/34/UE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità jenħtieġ li jitħassru u jiġu ssostitwiti b’dan ir-Regolament. |
(29) L-evalwazzjoni ex post tar-Regolament (UE) Nru 913/201020 kkonkludiet li l-impatt tar-Regolament kien limitat wisq biex jikkontribwixxi għall-bidla modali mit-triq għall-ferrovija. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura fil-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja kienet għadha mhux effettiva minn perspettiva transfruntiera. L-evalwazzjoni wriet ukoll li l-ġestjoni separata tal-kapaċità fil-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u fil-bqija tan-network mhix effiċjenti. Jenħtieġ li japplika qafas regolatorju uniku għall-operazzjoni tal-kapaċità tan-network ferrovjarju, li jikkonsolida d-dispożizzjonijiet relatati fid-Direttiva 2012/34/UE u tar-Regolament (UE) Nru 913/2010. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2012/34/UE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità jenħtieġ li jitħassru u jiġu ssostitwiti b’dan ir-Regolament. L-Artikoli rilevanti tar-Regolament 1315/2013 dwar il-Linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
__________________ |
__________________ |
20 SWD(2021) 134 final tat-2 ta’ Ġunju 2021. |
20 SWD(2021) 134 final tat-2 ta’ Ġunju 2021. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29a) B’mod simili, jenħtieġ li jiġi żgurat allinjament mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni li ġejjin, għar-regoli ta’ allokazzjoni fil-faċilitajiet ta’ servizzi (ir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2017/2177) u għall-proċeduri u l-kriterji dwar ftehimiet qafas (ir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2016/545). |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 30
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) It-tħejjija tal-iskeda operatorja teħtieġ it-twettiq ta’ attivitajiet preparatorji fis-snin ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja msemmija. Għalhekk, it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju stabbilit bid-Direttiva 2013/34/UE u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 għal dak stabbilit b’dan ir-Regolament timplika li t-tħejjijiet tal-iskedi operatorji skont il-qafas il-ġdid jenħtieġ li jibdew fl-istess ħin mal-applikazzjoni tar-regoli skont il-qafas attwali. Għaldaqstant irid japplika reġim binarju f’fażi ta’ tranżizzjoni li matulha l-passi preparatorji meħtieġa għal skeda operatorja partikolari jenħtieġ li jkunu konformi mal-qafas legali applikabbli għal dik l-iskeda operatorja speċifika. Il-ftehimiet qafas konklużi fil-qafas attwali jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jibqgħu japplikaw għal perjodu tranżizzjonali skont ir-reġim il-ġdid. |
(30) It-tħejjija tal-iskeda operatorja teħtieġ it-twettiq ta’ attivitajiet preparatorji fis-snin ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda operatorja msemmija. Għalhekk, it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju stabbilit bid-Direttiva 2012/34/UE u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 għal dak stabbilit b’dan ir-Regolament timplika li t-tħejjijiet tal-iskedi operatorji skont il-qafas il-ġdid jenħtieġ li jibdew fl-istess ħin mal-applikazzjoni tar-regoli skont il-qafas attwali. Għaldaqstant irid japplika reġim binarju f’fażi ta’ tranżizzjoni li matulha l-passi preparatorji meħtieġa għal skeda operatorja partikolari jenħtieġ li jkunu konformi mal-qafas legali applikabbli għal dik l-iskeda operatorja speċifika. Il-ftehimiet qafas konklużi fil-qafas attwali jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jibqgħu sa tmiem il-kuntratt tagħhom. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 31
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Skont il-qafas il-ġdid, il-passi preparatorji għal skeda operatorja jenħtieġ li jibdew bil-pubblikazzjoni ta’ strateġija tal-kapaċità ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ skeda operatorja partikolari. Fl-interess ta’ applikazzjoni bikrija tal-qafas regolatorju l-ġdid u filwaqt li titqies il-ħidma preparatorja li diġà twettqet mis-settur, l-iskeda tal-attivitajiet li jwasslu għall-istabbiliment tal-ewwel żewġ skedi operatorji tista’ titqassar għal 38 xahar billi titqassar il-fażi tal-istrateġija tal-kapaċità. Għaldaqstant, l-ewwel skeda operatorja li taqa’ fil-qafas regolatorju l-ġdid jenħtieġ li tkun l-iskeda operatorja li tibda [fid-9 ta’ Diċembru 2029]. Il-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jibdew it-tħejjijiet meħtieġa mingħajr dewmien biex jikkonformaw mal-qafas il-ġdid |
(31) Skont il-qafas il-ġdid, il-passi preparatorji għal skeda operatorja jenħtieġ li jibdew bil-pubblikazzjoni ta’ strateġija tal-kapaċità ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ skeda operatorja partikolari. Fl-interess ta’ applikazzjoni bikrija tal-qafas regolatorju l-ġdid u filwaqt li titqies il-ħidma preparatorja li diġà twettqet mis-settur, l-iskeda tal-attivitajiet li jwasslu għall-istabbiliment tal-ewwel żewġ skedi operatorji tista’ titqassar għal 38 xahar billi titqassar il-fażi tal-istrateġija tal-kapaċità. Għaldaqstant, l-ewwel skeda operatorja li taqa’ fil-qafas regolatorju l-ġdid jenħtieġ li tkun l-iskeda operatorja li tibda [fid-9 ta’ Diċembru 2029]. Il-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jibdew it-tħejjijiet meħtieġa mingħajr dewmien biex jikkonformaw mal-qafas il-ġdid Tista’ tiġi kkunsidrata data ta’ applikazzjoni aktar kmieni mill-Istati Membri li jistgħu jagħtu prova li wettqu l-passi kollha meħtieġa qabel id-data tal-adozzjoni tar-Regolament. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ sistema diġitali integrata Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament japplika għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għas-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż il-faċilitajiet tas-servizzi definiti fl-Artikolu 3(11) ta’ dik id-Direttiva. |
2. Dan ir-Regolament japplika għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni definita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97, għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għas-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż il-faċilitajiet tas-servizzi definiti fl-Artikolu 3(11) ta’ dik id-Direttiva. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 − paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kapitoli II sa V ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-infrastruttura ferrovjarja jew għas-servizzi ferrovjarji li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE f’konformità mal-Artikolu 2(3), (3a), (4), (8), (8a) u (10) ta’ dik id-Direttiva tul il-perjodu tal-validità tal-esklużjonijiet rilevanti. |
3. Il-Kapitoli II sa V ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-infrastruttura ferrovjarja jew għas-servizzi ferrovjarji li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE f’konformità mal-Artikolu 2(3), (3a), (4), (8), (8a), (9) u (10) ta’ dik id-Direttiva tul il-perjodu tal-validità tal-esklużjonijiet rilevanti. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jużaw il-kapaċità infrastrutturali disponibbli bl-aktar mod effettiv kif jeżiġi l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2012/34/UE; |
(a) jużaw il-kapaċità infrastrutturali disponibbli bl-aktar mod effettiv kif jeżiġi l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2012/34/UE bil-għan li jiżdied is-sehem tat-trasport ferrovjarju, kemm għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, f’konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jippermettu traffiku ferrovjarju mingħajr interruzzjoni f’aktar minn network wieħed; |
(d) jippermettu traffiku ferrovjarju mingħajr interruzzjoni u puntwali f’aktar minn network wieħed u fuq livell transfruntier billi jagħmlu ħilithom biex jeliminaw il-punti ta’ konġestjoni u l-ostakli operazzjonali; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jirrieżaminaw u jtejbu l-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport b’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-settur ferrovjarju; |
(f) jirrieżaminaw u jtejbu l-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tas-servizzi tat-trasport b’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-settur ferrovjarju, li jinkludu faċilitajiet tas-servizzi li huma direttament involuti f’servizz ferrovjarju; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u għall-iżvilupp taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. |
(g) jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u għall-iżvilupp taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari permezz ta’ regoli u standards tekniċi u operazzjonali, rekwiżiti tat-tagħmir tekniku u ċertifikazzjoni tal-persunal komuni Ewropej. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) “force majeure” tfisser avveniment jew sitwazzjoni mhux prevedibbli jew mhux tas-soltu lil hinn mill-kontroll tal-meniġer tal-infrastruttura jew tal-impriża ferrovjarja, li ma tistax tiġi evitata jew tingħeleb b’antiċipazzjoni u diliġenza raġonevoli, ma tistax tissolva b’miżuri li huma raġonevolment possibbli għalihom mil-lat tekniku, finanzjarju jew ekonomiku, u li effettivament ġrat u li hija oġġettivament verifikabbli, u li tagħmilha impossibbli għall-meniġer tal-infrastruttura li jissodisfa, b’mod temporanju jew permanenti, l-obbligi tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2012/34/UE jew għall-impriża ferrovjarja li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha lejn meniġer jew meniġers tal-infrastruttura; |
(1) “force majeure” tfisser kwalunkwe avveniment jew sitwazzjoni mhux prevedibbli, inevitabbli jew eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-maniġer tal-infrastruttura, tal-impriża ferrovjarja jew tal-applikant, li ma tistax tingħeleb b’antiċipazzjoni u diliġenza raġonevoli, ma tistax tissolva b’miżuri li huma raġonevolment possibbli għalihom mil-lat tekniku, finanzjarju jew ekonomiku inkluża rotta differenti bejn il-fruntieri; dan l-avveniment irid ikun fil-fatt seħħ u jeħtieġ li jkun oġġettivament verifikabbli, u jagħmilha impossibbli għall-maniġer tal-infrastruttura li jissodisfa, b’mod temporanju jew permanenti, l-obbligi tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2012/34/UE jew għall-impriża ferrovjarja li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha lejn maniġer jew maniġers tal-infrastruttura; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) “applikant” tfisser impriża ferrovjarja jew raggruppament internazzjonali ta’ impriżi ferrovjarji jew ta’ persuni jew ta’ entitajiet ġuridiċi oħra, bħal awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u shippers, forwarders tal-merkanzija u operaturi tat-trasport ikkumbinat, b’interess ta’ servizz pubbliku jew b’interess kummerċjali fil-forniment tal-kapaċità tal-infrastruttura; |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1). |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) “parti kkonċernata operazzjonali” tfisser applikant, impriża ferrovjarja, meniġer tal-infrastruttura, operatur ta’ faċilità tas-servizzi ferrovjarji, fornitur ta’ servizzi relatati mal-ferroviji, u kwalunkwe entità oħra involuta direttament fl-operazzjoni ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju; |
(3) “parti kkonċernata operazzjonali” tfisser applikant, assoċjazzjoni ta’ applikanti, maniġer tal-infrastruttura, operatur ta’ faċilità tas-servizzi, fornitur ta’ servizzi relatati mal-ferroviji, u kwalunkwe entità oħra involuta direttament fl-operazzjoni ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt 17a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) “mogħdijiet ferrovjarji sistematiċi” tfisser mogħdijiet ferrovjarji li huma bbażati fuq l-Artikoli 11 u 20 ta’ dan ir-Regolament, ippjanati minn qabel fi skeda regolari għall-perjodu tal-iskeda operatorja, |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jimxi skont prinċipji u proċeduri komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. Għal dan il-għan, l-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta “qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità” f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II sa [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jimxi skont prinċipji u proċeduri komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. Għal dan il-għan, l-ENIM għandu jiżviluppa f’konsultazzjoni mal-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea u jadotta “qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità” f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II sa ... [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE, b’mod partikolari l-kontenut speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-prinċipji u l-proċeduri komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE, b’mod partikolari l-kontenut speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jiġġustifikaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-prinċipji u l-proċeduri komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. Id-devjazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss f’każijiet eċċezzjonali u għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-korp regolatorju ferrovjarju nazzjonali. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 li jistabbilixxu l-prinċipji u l-proċeduri komuni għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u biex jiġi emendat il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-applikanti għandhom jagħmlu talbiet għall-kapaċità infrastrutturali. Biex jużaw din il-kapaċità infrastrutturali, l-applikanti għandhom jaħtru impriża ferrovjarja biex tikkonkludi fethim mal-meniġer tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jikkonkludu ftehimiet qafas mal-meniġers tal-infrastruttura skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament. |
1. L-applikanti għandhom jagħmlu talbiet għall-kapaċità infrastrutturali. Sabiex jużaw tali kapaċità infrastrutturali, l-applikanti li ma jkunux impriża ferrovjarja għandhom jaħtru impriża ferrovjarja biex tikkonkludi ftehim mal-maniġer tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jikkonkludu ftehimiet qafas mal-maniġers tal-infrastruttura skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-meniġer tal-infrastruttura jista’ jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-applikanti biex jiżgura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar l-introjtu futur u l-użu tal-infrastruttura jiġu salvagwardjati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu adegwati, trasparenti u nondiskriminatorji. Dawn għandhom jiġu speċifikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network kif imsemmi fil-punt (1)(b) tal-Anness IV. Jistgħu jinkludu biss l-għoti ta’ garanzija finanzjarja li ma għandhiex taqbeż livell xieraq jkun proporzjonali għal-livell kontemplat tal-attività tal-applikant, u l-assigurazzjoni tal-kapaċità li jitħejjew offerti konformi għall-kapaċità infrastrutturali. |
2. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-applikanti biex jiżgura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar l-introjtu futur u l-użu tal-infrastruttura jiġu salvagwardjati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu adegwati, trasparenti u nondiskriminatorji. Dawn għandhom jiġu speċifikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network kif imsemmi fil-punt (2)(c) tal-Anness IV. Jistgħu jinkludu biss l-għoti ta’ garanzija finanzjarja li ma għandhiex taqbeż livell xieraq jkun proporzjonali għal-livell kontemplat tal-attività tal-applikant, u l-assigurazzjoni tal-kapaċità li jitħejjew offerti konformi għall-kapaċità infrastrutturali. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
3. Il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3) u għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjoni simili msemmija fil-paragrafu 2. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu, meta xieraq, jagħtu kumpens lill-meniġer tal-infrastruttura li jkun jikkorrispondi għal telf fl-introjtu relatat esklussivament mal-ħtieġa li jikkonforma mal-gwida strateġika dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom, meta xieraq, jagħtu kumpens lill-maniġer tal-infrastruttura li jkun jikkorrispondi għal telf fl-introjtu relatat esklussivament mal-ħtieġa li jikkonforma mal-gwida strateġika dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawk il-proċeduri għandhom jivvalutaw alternattivi għall-użu tal-kapaċità infrastrutturali, skont il-kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali li ġejjin, soġġetti għad-disponibbiltà tad-data: |
Dawk il-proċeduri għandhom jivvalutaw alternattivi għall-użu tal-kapaċità infrastrutturali, abbażi tal-kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali li ġejjin, soġġetti għad-disponibbiltà ta’ data standardizzata li l-applikanti għandhom iqiegħdu għad-disponibbiltà tal-maniġers tal-infrastruttura. Il-kriterji għandhom jinkludu dawn li ġejjin, iżda ma għandhomx ikunu limitati għalihom: |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-konnettività u l-aċċessibbiltà għall-persuni u r-reġjuni moqdija mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju; |
(c) il-konnettività u l-aċċessibbiltà, kemm bħala effett tan-network fuq in-network globali kif ukoll fuq segmenti tan-network, għall-persuni u r-reġjuni moqdija mis-servizzi tat-trasport ferrovjarju; |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) l-effetti tal-bidla modali fuq il-ferroviji. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-ENIM għandu jħejji u jadotta l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4 u jinkludihom fil-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. Il-proċeduri għandhom jinvolvu l-passi li ġejjin: |
5. L-ENIM għandu, f’konsultazzjoni mal-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea jħejji u jadotta l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4 u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. Il-proċeduri għandhom jinvolvu l-passi li ġejjin: |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tfassil ta’ xenarji alternattivi għal tqassim tal-kapaċità disponibbli għal tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju, li jinvolvi, meta possibbli, il-provvista ta’ kapaċità alternattiva f’rotot oħra jew ħinijiet alternattivi b’karatteristiċi komparabbli; |
(a) tfassil ta’ xenarji alternattivi għal tqassim tal-kapaċità disponibbli għal kull tip differenti ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju li japplikaw għall-istess kapaċità, li jinvolvi, meta possibbli, il-provvista ta’ kapaċità alternattiva f’rotot oħra jew ħinijiet alternattivi b’karatteristiċi komparabbli għas-servizzi kemm nazzjonali kif ukoll transfruntiera; |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) tfassil ta’ xenarji alternattivi biex jiġu indirizzati kunflitti ta’ kapaċità bejn żewġ talbiet li t-tnejn ma humiex konsistenti mal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-ENIM għandu jiżviluppa l-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 5, il-punt b. Il-parametri ta’ dawk il-metodoloġiji għandhom jagħmluha possibbli li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali jew nazzjonali skont approċċi aċċettati u evidenza empirika. L-ENIM għandu jinkludi dawk il-metodoloġiji fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
6. L-ENIM għandu, f’konsultazzjoni mal-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea, jiżviluppa l-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (b) ta’ dan l-Artikolu. Il-parametri ta’ dawk il-metodoloġiji għandhom jagħmluha possibbli li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali jew nazzjonali skont approċċi aċċettati u evidenza empirika. L-ENIM għandu jinkludi dawk il-metodoloġiji fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Filwaqt li tqis l-esperjenzi bit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri, il-kriterji u l-metodoloġiji speċifiċi li jridu jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kapaċità skarsa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
7. Filwaqt li tqis l-esperjenzi bit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 li jistabbilixxu l-proċeduri, id-data standardizzata li tirrifletti s-segmenti differenti tas-suq għall-kriterji u l-metodoloġiji standardizzati li jridu jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kapaċità skarsa u biex jiġi emendat il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni eżatta u aġġornata lill-partijiet interessati, b’mod partikolari lill-applikanti, l-applikanti potenzjali u l-korpi regolatorji, dwar id-disponibbiltà tal-kapaċità infrastrutturali tul il-proċess kollu tal-ġestjoni tal-kapaċità, inkluż waqt l-ippjanar strateġiku msemmi fit-Taqsima 2, waqt l-iskedar u l-allokazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 3 u kull meta jkun hemm bidliet fil-kapaċità allokata msemmija fit-Taqsima 4. |
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni eżatta u aġġornata lill-partijiet interessati, b’mod partikolari lill-applikanti, l-applikanti potenzjali u l-korpi regolatorji, dwar id-disponibbiltà tal-kapaċità infrastrutturali tul il-proċess kollu tal-ġestjoni tal-kapaċità, inkluż waqt il-fażi tal-ippjanar strateġiku msemmi fit-Taqsima 2, waqt il-proċessi tal-iskedar u l-allokazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 3 u kull meta jkun hemm bidliet fil-kapaċità allokata msemmija fit-Taqsima 4, skont id-disponibbiltà tal-istrateġija tal-kapaċità ppubblikata, il-mudell tal-kapaċità u l-pjan tal-provvista tal-kapaċità. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta jitolbuhom l-applikanti, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ speċifikazzjonijiet konkreti tal-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali (“valutazzjonijiet tal-fattibbiltà”). Għas-servizzi transfruntieri, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jirċievu u jwieġbu dawn it-talbiet f’post uniku u b’operazzjoni waħda jew b’interfaċċa unika. |
3. Meta jitolbuhom l-applikanti, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ speċifikazzjonijiet konkreti tal-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali (“valutazzjonijiet tal-fattibbiltà”). Għas-servizzi transfruntieri, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirċievu u jwieġbu dawn it-talbiet f’post uniku u b’operazzjoni waħda jew b’interfaċċa unika stabbilita f’konformità mal-Artikolu 27(4). |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 7c u 7e tad-Direttiva 2012/34/UE, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jippjanaw ix-xogħol infrastrutturali f’konformità mal-pjan kummerċjali u mal-programmi tal-investiment u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE. Meta l-emendi għal dawk il-programmi wara l-adozzjoni tal-pjan kummerċjali jkunu jaffettwaw jew aktarx jaffettwaw l-ippjanar tax-xogħlijiet infrastrutturali, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jagħti ħarsa ġenerali ta’ dawn l-emendi u l-impatt probabbli tagħhom fid-dikjarazzjoni dwar in-network. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 7c u 7e tad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippjanaw ix-xogħol infrastrutturali f’konformità mal-pjan kummerċjali u mal-programmi tal-investiment u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE. Meta l-emendi għal dawk il-programmi wara l-adozzjoni tal-pjan kummerċjali jkunu jaffettwaw jew aktarx jaffettwaw l-ippjanar tax-xogħlijiet infrastrutturali, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħti ħarsa ġenerali ta’ dawn l-emendi u l-impatt probabbli tagħhom fid-dikjarazzjoni dwar in-network. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-maniġer tal-infrastruttura b’finanzjament pluriennali stabbli u f’waqtu għall-manutenzjoni, it-tiġdid u l-kostruzzjoni ġdida ta’ infrastruttura ferrovjarja għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin permezz tal-ftehim ta’ prestazzjoni pluriennali sabiex jiġu appoġġati l-maniġers tal-infrastruttura biex tiġi pprevenuta d-degradazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u biex jiġi minimizzat l-impatt fuq ir-restrizzjonijiet possibbli tal-kapaċità. Il-baġit annwali disponibbli għall-maniġers tal-infrastruttura għandu jkun trasparenti għall-maniġer tal-infrastruttura u jiġi allokat b’mod affidabbli. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-finanzjament ipprovdut mill-Istat Membru lill-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu l-għan li jiġi stabbilit tali bilanċ. L-informazzjoni meħtieġa għall-maniġer tal-infrastruttura biex jikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi pprovduta mill-applikanti fil-ħin. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-finanzjament ipprovdut mill-Istat Membru lill-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu l-għan li jiġi stabbilit dan il-bilanċ. L-informazzjoni meħtieġa biex il-maniġer tal-infrastruttura jikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi pprovduta mill-applikanti fil-ħin. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali fil-kuntest tal-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e tad-Direttiva 2012/34/KE u, rigward is-servizzi ferrovjarji transfruntieri, f’konformità mal-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament. |
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali fil-kuntest tal-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e tad-Direttiva 2012/34/UE u, rigward is-servizzi ferrovjarji transfruntieri, f’konformità mal-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-koordinazzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali u l-għoti ta’ kapaċità alternattiva fil-linja affettwata u f’rotot alternattivi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operazzjonali u kummerċjali tal-applikanti. |
Il-koordinazzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali u l-għoti ta’ kapaċità alternattiva fil-linja affettwata u f’rotot alternattivi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operazzjonali, infrastrutturali u kummerċjali ta’ diversi applikanti. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-governanza tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija għandu jippreżenta rakkomandazzjoni dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet lill-maniġers tal-infrastruttura rispettivi tiegħu tliet xhur qabel il-perjodu kif definit fil-paragrafu 4. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontenut u l-iskeda għat-tħejjija ta’ dawk ir-riżultati tanġibbli jinsabu fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I. |
Il-kontenut u l-iskeda għat-tħejjija ta’ dawk ir-riżultati tanġibbli jinsabu fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I. Il-kontenut kollu għandu jiġi magħmul disponibbli mill-maniġer tal-infrastruttura bil-lingwa nazzjonali tal-Istat Membru u bl-Ingliż. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex temenda t-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, biex tiżgura proċess tal-ippjanar strateġiku effiċjenti u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-meniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ENIM, tal-meniġers tal-infrastruttura, tal-applikanti u ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, tal-korpi regolatorji u tal-ENRB fl-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima. |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex temenda t-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, biex tiżgura proċess tal-ippjanar strateġiku effiċjenti u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, filwaqt li tqis rakkomandazzjoni mingħand l-ERA u l-esperjenza tal-ENIM, tal-maniġers tal-infrastruttura, tal-applikanti u ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, tal-korpi regolatorji u tal-ENRRB fl-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Soġġetti għall-prinċipju tal-indipendenza tal-ġestjoni stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/34/UE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu gwida strateġika lill-meniġer tal-infrastruttura abbażi tal-istrateġiji indikattivi għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE. Dik il-gwida tista’ tkopri jew tkun tinkludi b’mod partikolari: |
Soġġetti għall-prinċipju tal-indipendenza tal-ġestjoni stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/34/UE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu gwida strateġika lill-maniġer tal-infrastruttura abbażi tal-istrateġiji indikattivi għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-gwida għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fil-ħin, biex il-maniġers tal-infrastruttura u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali jkunu jistgħu jsegwu l-iskadenzi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dik il-gwida tista’ tkopri jew tkun tinkludi b’mod partikolari: |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) perspettiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, filwaqt li tqis il-pjanijiet u l-istrateġiji rilevanti fil-livell nazzjonali jew reġjonali u l-pjanijiet ta’ ħidma tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport imsemmija fl-Artikolu 53 tar-[Regolament TEN-T il-ġdid]; |
(b) perspettiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, filwaqt li tqis il-pjanijiet rilevanti, inklużi l-pjanijiet u l-istrateġiji dwar l-infrastruttura strateġika fuq żmien fit-tul fil-livell nazzjonali jew reġjonali u l-pjanijiet ta’ ħidma tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport imsemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a [ir-Regolament TEN-T il-ġdid]; |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (ĠU...). |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom biex jiżguraw il-konsistenza bejn il-gwida strateġika rispettiva li dawn jipprovdu f’konformità ma’ dan il-paragrafu biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija. |
L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom l-għoti f’waqtu tal-gwida u jiżguraw il-konsistenza bejn il-gwida strateġika rispettiva li dawn jipprovdu f’konformità ma’ dan il-paragrafu biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Fir-rigward tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/34/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-allokazzjoni bil-quddiem tar-riżorsi finanzjarji lill-maniġers tal-infrastruttura għall-manutenzjoni regolari tal-infrastruttura u tar-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp tal-infrastruttura deskritti fl-istrateġija tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom l-infrastruttura strateġika fit-tul u l-pjanijiet tal-iskedar, l-iżvilupp tal-infrastruttura tagħhom ibbażat fuq dawn il-pjanijiet, u jikkoordinaw il-kalendarji għall-implimentazzjoni tagħhom. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. B’kont meħud tal-esperjenzi bit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-gwida strateġika msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi l-istatus legali speċifiku, il-mudell, il-proċeduri, il-kriterji u l-metodoloġiji li għandhom jiġu applikati għall-adozzjoni ta’ gwida strateġika nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-linji gwida strateġiċi maħruġa mill-Istati Membri, li huma meħtieġa biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk ikun meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ENIM jista’ jiddefinixxi lista aktar dettaljata li tkompli tiddivrenzja aktar bejn it-tipi ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju. Biex tiġi appoġġata l-konsistenza transfruntiera tal-proċess tal-ippjanar strateġiku, għandha tiġi inkluża lista armonizzata fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Jekk ikun meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ENIM, f’kollaborazzjoni mal-ERP, jista’ jiddefinixxi lista aktar dettaljata li tkompli tiddivrenzja aktar bejn it-tipi ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju. Biex tiġi appoġġata l-konsistenza transfruntiera tal-proċess tal-ippjanar strateġiku, għandha tiġi inkluża lista armonizzata fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-kontribut mill-konsultazzjoni tal-applikanti attwali u potenzjali f’konformità mal-Artikolu 13; |
(c) il-ħtiġijiet tal-kapaċità mħabbra mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-kontribut mill-konsultazzjoni tal-applikanti attwali u potenzjali f’konformità mal-Artikolu 13; |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) kemm jista’ jkun possibbli, l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali tal-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jkopri l-parti tal-linji tan-network ewlieni u ewlieni estiż tat-TEN-T imsemmi fl-Artikolu 6 u fl-Anness I tar-[Regolament TEN-T il-ġdid]. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jinkludu linji u nodi tan-network oħra li jimmaniġġaw. |
L-ippjanar strateġiku tal-kapaċità għandu jkopri ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 8 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) bidliet fid-domanda tas-suq għall-kapaċità infrastrutturali; |
(b) bidliet fid-domanda tas-suq għall-kapaċità infrastrutturali b’kont meħud tal-ħtiġijiet imħabbra mill-applikanti għal servizzi ġodda jew modifikati; |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. L-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida li jistabbilixxu prinċipji, proċeduri u metodoloġiji komuni għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità. Dan għandu jinkludi dawk il-linji gwida fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-linji gwida għandu jkun fihom mill-anqas l-elementi elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ dawk il-linji gwida fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-prinċipji, il-proċeduri u l-metodoloġiji komuni stabbiliti fil-linji gwida. |
9. sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-ENIM għandu jiżviluppa linji gwida li jistabbilixxu prinċipji, proċeduri u metodoloġiji komuni għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità. Dan għandu jinkludi dawk il-linji gwida fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-linji gwida għandu jkun fihom mill-anqas l-elementi elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu bis-sħiħ dawk il-linji gwida fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-prinċipji, il-proċeduri u l-metodoloġiji komuni stabbiliti fil-linji gwida. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 12 - paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi prinċipji, proċeduri u metodoloġiji komuni għall-ippjanar strateġiku tal-kapaċità u biex temenda l-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha li joperaw servizzi ferrovjarji f’diversi networks dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità f’konformità mal-Artikoli 53 u 54. |
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha li joperaw servizzi ferrovjarji f’diversi networks dwar l-ippjanar strateġiku tal-kapaċità matul il-fażi strateġika tal-ġestjoni tal-kapaċità, u tal-inqas f’konformità mal-istadji importanti stabbiliti fl-Anness I f’konformità mal-Artikoli 53 u 54. |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħtu lill-applikanti l-possibbiltà li jħabbru l-ħtiġijiet tal-kapaċità tagħhom f’format strutturat matul il-proċess tal-ġestjoni tal-kapaċità, li għalihom l-ENIM għandu jispeċifika kalendarji xierqa. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu l-aħjar sforz biex jintegraw il-ħtiġijiet imħabbra mill-applikanti fid-dokumenti tal-ippjanar strateġiku tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 11(2). Jekk ma jkunx hemm disponibbli alternattivi għall-ħtiġijiet kollha tal-kapaċità mħabbra, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex isolvu l-kunflitti potenzjali permezz tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali msemmi fl-Artikolu 36. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Il-korp regolatorju għandu jimmonitorja l-attivitajiet tal-maniġer tal-infrastruttura fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 63. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 - punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-involviment tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha, tal-korpi regolatorji u tan-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji (“l-ENRRB”), tal-Koordinaturi Ewropej u, meta meħtieġ, tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u ta’ partijiet ikkonċernati oħra. |
(d) l-involviment tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha u l-ERP, tal-korpi regolatorji u tan-Network Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji (“l-ENRRB”), tal-Koordinaturi Ewropej u, meta meħtieġ, tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u ta’ partijiet ikkonċernati oħra. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-governanza tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija għandha tippreżenta rakkomandazzjoni dwar strateġija tal-kapaċità kkoordinata lill-maniġers tal-infrastruttura rispettivi tliet xhur qabel il-perjodu kif definit fl-Artikolu 10(4). |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-meniġers tal-infrastruttura u l-ENIM għandhom jimmonitorjaw u janalizzaw regolarment is-swieq tat-trasport biex jinformaw l-istrateġija kummerċjali ġenerali tagħhom, il-ġestjoni tal-kapaċità u ta’ kontinġenza, u d-deċiżjonijiet tal-investiment. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ din l-analiżi lil partijiet ikkonċernati oħra għal skopijiet simili, inkluż lill-Koordinaturi Ewropej. |
1. Il-maniġers tal-infrastruttura u l-ENIM, f’konsultazzjoni mal-ENRRB u l-ERP, għandhom jimmonitorjaw u janalizzaw regolarment is-swieq tat-trasport u l-aspetti multimodali rilevanti għall-ferroviji biex jinformaw l-istrateġija kummerċjali ġenerali tagħhom, il-ġestjoni tal-kapaċità u ta’ kontinġenza, u d-deċiżjonijiet tal-investiment. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ din l-analiżi lil partijiet ikkonċernati oħra għal skopijiet simili, inkluż lill-Koordinaturi Ewropej. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jekk ikun possibbli, l-impatt tal-effetti tat-tibdil fil-klima mbassra fuq l-infrastruttura u s-servizzi pprovduti. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-ENIM għandu jikkonsulta mal-applikanti, il-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-UE dwar it-termini ta’ referenza għall-istudju, b’mod partikolari rigward l-iskop tal-istudju u l-proċess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati. |
4. L-ENIM għandu jikkonsulta mal-applikanti, mal-ERP, il-klijenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-UE dwar it-termini ta’ referenza għall-istudju, b’mod partikolari rigward l-iskop tal-istudju u l-proċess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati. |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Id-data kollha għall-istudju u l-istudju nnifsu għandhom jiġu ppubblikati u jkunu aċċessibbli liberament. Id-data għandha tkun tista’ tinqara mill-magni. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-meniġer tal-infrastruttura għandu jħejji, jippubblika u jaġġorna regolarment l-istrateġija tal-kapaċità f’konformità mal-iskeda u l-kontenuti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I. |
4. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jħejji, jippubblika u, meta jkun meħtieġ, jaġġorna l-istrateġija tal-kapaċità f’konformità mal-iskeda u l-kontenuti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragraph 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar l-istrateġija tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 13 u jikkoordinaw l-istrateġiji tal-kapaċitajiet ma’ meniġers tal-infrastruttura oħrajn f’konformità mal-Artikolu 14. |
5. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti u mal-faċilitajiet ta’ servizzi milquta dwar l-istrateġija tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 13 u jikkoordinaw l-istrateġiji tal-kapaċitajiet ma’ maniġers tal-infrastruttura kkonċernati oħrajn f’konformità mal-Artikolu 14. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippreżenta l-istrateġija tal-kapaċità lill-korp regolatorju. Fi żmien tliet xhur wara l-pubblikazzjoni, il-korp regolatorju għandu, wara analiżi, ikollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura jemendaha. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-mudell tal-kapaċità għandu tal-anqas jipprovdi informazzjoni dwar il-volum totali tal-kapaċità disponibbli skont is-sezzjoni tan-network, l-ishma tal-kapaċità riżervata għal segmenti differenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jinħolqu minħabba xogħlijiet infrastrutturali. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom iħejju u jippubblikaw il-mudell tal-kapaċità għal kull perjodu tal-iskeda operatorja u jaġġornaw regolarment il-mudell tal-kapaċità f’konformità mal-kontenut u l-iskeda stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I. |
2. Il-mudell tal-kapaċità għandu tal-anqas jipprovdi informazzjoni dwar il-volum totali tal-kapaċità disponibbli skont is-sezzjoni tan-network, l-ishma tal-kapaċità riżervata għal segmenti differenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jinħolqu minħabba xogħlijiet infrastrutturali. Dan għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ servizzi rispettivi msemmija fl-Artikolu 29(1). Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iħejju u jippubblikaw il-mudell tal-kapaċità għal kull perjodu tal-iskeda operatorja u jaġġornaw meta jkun meħtieġ il-mudell tal-kapaċità f’konformità mal-kontenut u l-iskeda stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I. |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jiddokumentaw u, meta rilevanti, jiġġustifikaw kull diverġenza bejn il-mudell tal-kapaċità u l-istrateġija tal-kapaċità dwar l-istess perjodu tal-iskeda operatorja. Meta meħtieġ, l-istrateġija tal-kapaċità għandha tiġi riveduta fid-dawl ta’ żviluppi wara l-adozzjoni jew wara l-aħħar aġġornament tal-istrateġija tal-kapaċità. |
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddokumentaw u, meta rilevanti, jiġġustifikaw kull diverġenza bejn il-mudell tal-kapaċità u l-istrateġija tal-kapaċità dwar l-istess perjodu tal-iskeda operatorja. L-istrateġija tal-kapaċità ma hemmx għalfejn tiġi aġġornata f’każ li l-mudell tal-kapaċità jkun diġà ġie ppubblikat għall-istess perjodu tal-iskeda. |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti dwar il-mudell tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 13 u jikkoordinaw l-istrateġiji tal-kapaċitajiet ma’ meniġers tal-infrastruttura oħrajn f’konformità mal-Artikolu 14. |
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti u l-korp regolatorju dwar il-mudell tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 13 u jikkoordinaw l-istrateġiji tal-kapaċitajiet ma’ maniġers tal-infrastruttura kkonċernati oħrajn f’konformità mal-Artikolu 14. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 17 - paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippreżenta l-mudell tal-kapaċità lill-korp regolatorju għal skrutinju xahrejn qabel il-pubblikazzjoni. Il-korp regolatorju jista’ jieħu deċiżjoni mhux aktar minn xahar qabel il-pubblikazzjoni, li tirrikjedi li l-maniġer tal-infrastruttura jemenda l-mudell tal-kapaċità qabel il-pubblikazzjoni. Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza transfruntiera tal-mudelli tal-kapaċità, id-deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tqis, meta jkun rilevanti, kwalunkwe opinjoni jew rakkomandazzjoni mill-ENIM, l-ERA jew minn korpi regolatorji oħrajn. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-kapaċità infrastrutturali disponibbli għall-allokazzjoni lill-applikanti; |
(a) il-kapaċità infrastrutturali disponibbli għall-allokazzjoni lill-applikanti fl-iskeda ta’ żmien operatorja u ssalvagwardjata għal talbiet li jsiru aktar tard skont l-Artikolu 33, inklużi l-faċilitajiet ta’ servizzi; ; |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-meniġers tal-infrastruttura jistgħu jindikaw il-kapaċità infrastrutturali bħala ppjanata minn qabel. Kapaċità ppjanata minn qabel tfisser il-kapaċità li għaliha l-meniġer tal-infrastruttura jiddefinixxi l-karatteristiċi u l-volumi tal-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, jistabbilixxi regoli għall-allokazzjoni ta’ din il-kapaċità u jiddefinixxi l-proċess bih tista’ tintalab din il-kapaċità, f’konformità mal-Artikolu 20. Il-karatteristiċi, ir-regoli u l-proċessi tal-allokazzjoni speċifikati għandhom jitqiesu meta tiġi allokata l-kapaċità ppjanata minn qabel. |
4. Fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jindikaw il-kapaċità infrastrutturali u l-kapaċità fil-faċilitajiet ta’ servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) bħala ppjanata minn qabel. Kapaċità ppjanata minn qabel tfisser il-kapaċità li għaliha l-maniġer tal-infrastruttura jiddefinixxi l-karatteristiċi u l-volumi tal-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, jistabbilixxi regoli għall-allokazzjoni ta’ din il-kapaċità u jiddefinixxi l-proċess bih tista’ tintalab din il-kapaċità, f’konformità mal-Artikolu 20. Il-karatteristiċi, ir-regoli u l-proċessi tal-allokazzjoni speċifikati għandhom jitqiesu meta tiġi allokata l-kapaċità ppjanata minn qabel. |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fil-paragrafu 6 għal-linji u n-nodi kollha inklużi fin-network ewlieni u fin-network ewlieni estiż tat-TEN-T kif definit fir-[Regolament TEN-T il-ġdid]. |
Fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fil-paragrafu 6 u jiżguraw il-koerenza mal-istrateġija tal-kapaċità. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-korp regolatorju għandu janalizza l-pjan tal-provvista tal-kapaċità u jista’ jieħu deċiżjoni li teżiġi lill-meniġer tal-infrastruttura jemenda l-pjan tal-provvista tal-kapaċità. Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tqis kull opinjoni jew rakkomandazzjoni mill-ENIM, meta din tkun ingħatat. |
9. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippreżenta l-abbozz ta’ pjan tal-provvista tal-kapaċità lill-korp regolatorju għal skrutinju xahrejn qabel il-pubblikazzjoni. Il-korp regolatorju għandu janalizza dan il-pjan u jista’ jieħu deċiżjoni mhux aktar minn xahar qabel il-pubblikazzjoni, li teżiġi li l-maniġer tal-infrastruttura jemenda l-pjan tal-provvista tal-kapaċità. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza transfruntiera tal-pjanijiet tal-provvista tal-kapaċità, id-deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tqis, meta jkun rilevanti, kwalunkwe opinjoni jew rakkomandazzjoni mill-ENRRB, l-ERA jew minn korpi regolatorji oħrajn. |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 10 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. L-ENIM għandu jadotta linji gwida u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6, li jistabbilixxi dawn li ġejjin: |
10. Sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u f’konsultazzjoni mal-ERP, l-ENIM għandu jadotta linji gwida u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6, li jistabbilixxi dawn li ġejjin: |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi prinċipji, proċeduri u metodoloġiji komuni għal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu u biex temenda l-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) id-deżinjazzjoni ta’ rotot alternattivi biex ikun jista’ jiddawwar it-traffiku f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-linji inklużi fin-network ewlieni u ewlieni estiż tat-TEN-T kif stabbilit fl-Artikolu 6 u fl-Anness I tar-[Regolament TEN-T il-ġdid]; |
(a) id-deżinjazzjoni ta’ rotot alternattivi biex ikun jista’ jiddawwar it-traffiku f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ linja; |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li jaf iħallu impatt fuq it-traffiku transfruntier. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
5. Il-Kummissjoni għandhatingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li jaf iħallu impatt fuq it-traffiku transfruntier. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi u l-proprjetajiet ta’ tipi differenti ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, inkluż il-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, il-kapaċità riżervata għax-xogħlijiet infrastrutturali u l-kapaċità diġà allokata. Dawk il-karatteristiċi u l-proprjetajiet għandhom jinkludu l-aspetti kollha rilevanti għal tipi speċifiċi ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, bħar-rotta, it-twaqqit, il-veloċità minima ggarantita jew meħtieġa, il-kompatibbiltà teknika bejn il-vetturi ferrovjarji mal-infrastruttura, il-parametri u l-għadd ta’ slots inklużi. |
2. L-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi u l-proprjetajiet ta’ tipi differenti ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, inkluż il-kapaċità disponibbli għat-talbiet mill-applikanti, il-kapaċità riżervata għax-xogħlijiet infrastrutturali u l-kapaċità diġà allokata. Dawk il-karatteristiċi u l-proprjetajiet għandhom jinkludu l-aspetti kollha rilevanti għal tipi speċifiċi ta’ kapaċità ppjanata minn qabel, bħar-rotta, it-twaqqit, il-veloċità minima ggarantita jew meħtieġa, il-kompatibbiltà teknika bejn il-vetturi ferrovjarji mal-infrastruttura, il-parametri u l-għadd ta’ vjaġġi tal-ferrovija inklużi. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ENIM għandu jiżviluppa qafas komuni għall-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 u jinkludih fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. Dak il-qafas komuni għandu jibbilanċja l-benefiċċji li tiġi riżervata kapaċità għal tipi speċifiċi ta’ servizzi ferrovjarji jew proċessi tal-allokazzjoni biex tkun żgurata l-flessibbiltà fil-mod kif jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tas-suq fl-allokazzjoni tal-kapaċità. Għal dak il-għan, il-qafas komuni għandu jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu t-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità li ma jkunux konsistenti mal-kapaċità ppjanata minn qabel fil-kuntest tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 36. |
3. Sa .. [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u f’konsultazzjoni mal-ERP, l-ENIM għandu jiżviluppa qafas komuni għall-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jinkludih fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. Dak il-qafas komuni għandu jibbilanċja l-benefiċċji li tiġi riżervata kapaċità għal tipi speċifiċi ta’ servizzi ferrovjarji jew proċessi tal-allokazzjoni biex tkun żgurata l-flessibbiltà fil-mod kif jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tas-suq fl-allokazzjoni tal-kapaċità. Għal dak il-għan, il-qafas komuni għandu jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu t-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità li ma jkunux konsistenti mal-kapaċità ppjanata minn qabel fil-kuntest tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 36. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta speċifikazzjonijiet formali għall-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità b’format li jinqara mill-bniedem u minn magna. L-ENIM għandu jinkludi dawn l-ispeċifikazzjonijiet fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. Mill-esperjenza tiegħu bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ENIM għandu jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar emendi possibbli fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-interoperabbiltà kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 62(3) ta’ dan ir-Regolament. |
4. L-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta speċifikazzjonijiet formali għall-oġġetti tal-ippjanar tal-kapaċità b’format li jinqara mill-bniedem u minn magna. L-ENIM għandu jinkludi dawn l-ispeċifikazzjonijiet fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Mill-esperjenza tiegħu bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ENIM, wara konsultazzjoni mal-ERP, għandu jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar emendi possibbli fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-interoperabbiltà kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 62(3) ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li jaf iħallu impatt fuq it-traffiku transfruntier, u li temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-talbiet individwali kunfliġġenti għall-kapaċità sottomessi għall-allokazzjoni tul l-iskeda operatorja ma għandhomx ikunu raġuni biex jiġi dikjarat li element infrastrutturali hu użat ħafna jew konġestjonat sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. |
3. It-talbiet individwali kunfliġġenti għall-kapaċità sottomessi għall-allokazzjoni tul il-perjodu tal-iskeda operatorja ma għandhomx ikunu raġuni biex jiġi dikjarat li element infrastrutturali hu użat ħafna jew konġestjonat sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-proċeduri u l-kriterji li jridu jintużaw meta l-infrastruttura tkun konġestjonata għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-network u għandhom jirrispettaw kull miżura u kriterju adottat f’konformità mal-paragrafu 7. |
8. Il-proċeduri u l-kriterji li jridu jintużaw meta l-infrastruttura tkun konġestjonata għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-network u għandhom jirrispettaw kull miżura u kriterju adottat f’konformità mal-paragrafu 6. |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex temenda l-Anness II biex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità f’infrastruttura użata ħafna u konġestjonata u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-meniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ENIM, tal-meniġers tal-infrastruttura, tal-applikanti u ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, tal-korpi regolatorji u tal-ENRB fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex temenda l-Anness II biex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità f’infrastruttura użata ħafna u konġestjonata u tirrifletti t-tħassib operazzjonali tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ENIM, tal-maniġers tal-infrastruttura, tal-applikanti u ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra, tal-korpi regolatorji u tal-ENRRB fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-analiżi tal-kapaċità għandha tinkludi wkoll l-ewwel sett indikattiv ta’ miżuri possibbli li jridu jittieħdu fl-immedjat, fi żmien medju u fit-tul biex tittaffa l-konġestjoni u tiżdied id-disponibbiltà tal-kapaċità. |
L-analiżi tal-kapaċità għandha tinkludi wkoll l-ewwel sett indikattiv ta’ miżuri possibbli li jridu jittieħdu fl-immedjat, fi żmien medju u fit-tul biex tittaffa l-konġestjoni u tiżdied id-disponibbiltà tal-kapaċità. L-analiżi tal-kapaċità għandha tiddifferenzja bejn il-miżuri għall-infrastruttura li tintuża ħafna u għall-infrastruttura konġestjonata. |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-analiżi tal-kapaċità għandha tqis il-karatteristiċi tal-infrastruttura mil-lat ta’ kapaċità, abbiltà u interoperabbiltà, proċeduri operattivi, in-natura tas-servizzi differenti li qed jaħdmu u l-effett ta’ dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità infrastrutturali. Il-miżuri li jridu jitqiesu għandhom ikunu jinkludu b’mod partikolari s-servizzi ta’ tidwir tar-rotot, l-iskedar mill-ġdid tas-servizzi, il-bidliet fil-veloċità, l-armonizzazzjoni tal-proċeduri operattivi, u t-titjib fl-infrastruttura. |
2. L-analiżi tal-kapaċità għandha tqis il-karatteristiċi tal-infrastruttura mil-lat ta’ kapaċità, abbiltà u interoperabbiltà, proċeduri operattivi, in-natura tas-servizzi differenti li qed jaħdmu u l-effett ta’ dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità infrastrutturali. Il-miżuri li jridu jitqiesu għandhom ikunu jinkludu b’mod partikolari s-servizzi ta’ tidwir tar-rotot, inkluż permezz ta’ networks differenti jekk ikun applikabbli, l-iskedar mill-ġdid tas-servizzi, il-bidliet fil-veloċità, l-armonizzazzjoni tal-proċeduri operattivi, u t-titjib fl-infrastruttura. |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu r-riżultati ta’ kull analiżi tal-kapaċità li ssir skont dan l-Artikolu fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fl-istrateġija tal-kapaċità, fil-mudell tal-kapaċità u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità. |
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iqisu r-riżultati ta’ kull analiżi tal-kapaċità li ssir, inkluż f’networks ikkonċernati oħrajn skont dan l-Artikolu fl-ippjanar strateġiku tal-kapaċità, b’mod partikolari fl-istrateġija tal-kapaċità, fil-mudell tal-kapaċità u fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità. |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fi żmien sitt xhur mit-tlestija ta’ analiżi tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 22, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi pjan għat-titjib tal-kapaċità. |
Għall-infrastruttura ddikjarata li hija kkonġestjonata f’konformità mal-Artikolu 21 u fi żmien sitt xhur mit-tlestija ta’ analiżi tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 22, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi pjan għat-titjib tal-kapaċità. |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 - punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-alternattivi u l-kostijiet għat-titjib tal-kapaċità, inkluż il-bidliet possibbli fl-imposti tal-aċċess. |
(d) l-alternattivi u l-kostijiet għat-titjib tal-kapaċità, inklużi l-miżuri deskritti fl-Artikolu 22(2) u l-bidliet possibbli fl-imposti tal-aċċess. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kapaċità, l-Istat Membru għandu jibni jew jaġġorna l-infrastruttura meħtieġa. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jqassam il-kapaċità infrastrutturali skont il-paragrafu 1, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 8. |
Meta jqassam il-kapaċità infrastrutturali ddikjarata li hija konġestjonata skont il-paragrafu 1, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 8. |
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], meta t-tqassim tal-kapaċità infrastrutturali tkun ġiet iddikjarata li tintuża ħafna skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 8. |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-meniġer tal-infrastruttura għandu jqis il-ħtieġa ta’ kapaċità għal servizzi ferrovjarji f’diversi networks. |
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis il-ħtieġa ta’ kapaċità għal servizzi ferrovjarji f’diversi networks, speċjalment servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, u li jirċievu tweġibiet għal dawn it-talbiet, f’post uniku u b’operazzjoni waħda. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw fl-allokazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji f’diversi networks, inkluż b’mod partikolari s-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovarju tal-merkanzija u tat-trasport ferrovarju tal-passiġġieri. |
L-applikanti għandhom jitolbu drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, u għandhom jirċievu tweġibiet għal dawn it-talbiet, f’post uniku u b’operazzjoni waħda kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw fl-allokazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi ferrovjarji f’diversi networks, inkluż b’mod partikolari s-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovarju tal-merkanzija u tat-trasport ferrovarju tal-passiġġieri. |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni mogħtija lilhom. |
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni mogħtija lilhom, speċjalment fil-każ ta’ kumpaniji ferrovjarji integrati vertikalment. Informazzjoni bħal-linja speċifika soġġetta għat-talba, in-numru tagħha jew il-frekwenza tagħha għandha titqies bħala kunfidenzjali. |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, l-ENIM għandu jistabbilixxi interfaċċa unika jew sistema komuni f’konformità mal-Artikolu 62, biex timmaniġġja l-allokazzjoni tal-kapaċità f’post uniku u b’operazzjoni waħda. |
Għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, l-ENIM għandu, mal-approvazzjoni mill-ERA tal-konformità mat-TSIs u sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jistabbilixxi punt uniku tas-servizz f’interfaċċa unika jew sistema komuni żviluppata f’konformità mal-Artikolu 62. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jużaw dik l-interfaċċa unika biex jimmaniġġjaw l-allokazzjoni tal-kapaċità f’post uniku u b’operazzjoni waħda. Is-servizzi ferrovjarji konnessi jew raggruppati għandu jkollhom maniġer tal-infrastruttura wieħed bħala l-punt uniku ta’ kuntatt. Tali servizzi ferrovjarji konnessi jew raggruppati għandhom jiġu ddikjarati fit-talba għall-kapaċità. |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-meniġer tal-infrastruttura għandu jħassar dritt għall-kapaċità jekk, tul perjodu ta’ mill-anqas xahar, ikun intuża anqas mill-kwota limitu, li trid tiġi stabbilit fid-dikjarazzjoni dwar in-network, sakemm dan ma kienx minħabba raġunijet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll tal-applikant. L-ENIM għandu jiddefinixxi l-firxiet għall-kwota limitu u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jħassar dritt għall-kapaċità jekk, tul perjodu ta’ mill-anqas xahar, ikun intuża anqas mill-kwota limitu, li trid tiġi stabbilit fid-dikjarazzjoni dwar in-network, sakemm dan ma kienx minħabba raġunijet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll tal-applikant. L-ENIM għandu jikkonsulta mal-ERP biex jiddefinixxi l-firxiet għall-kwota limitu u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Meta l-meniġer tal-infrastruttura jħassar, f’konformità mal-paragrafu 6, id-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, il-korp regolatorju responsabbli għal dak il-meniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-korpi regolatorji rilevanti u lill-ENRRB. |
7. Meta l-maniġer tal-infrastruttura jħassar, f’konformità mal-paragrafu 6, id-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks, huwa għandu jinforma lill-korp regolatorju responsabbli għal dak il-maniġer tal-infrastruttura. Dak il-korp regolatorju għandu jinforma lill-korpi regolatorji rilevanti u lill-ENRRB. |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jitħalla juża, meta jkun rilevanti, approċċi ta’ skedi ta’ żmien speċifiċi. Jekk il-maniġer tal-infrastruttura jiddeċiedi li jippjana minn qabel il-kapaċità billi juża mogħdijiet ferrovjarji sistematiċi b’rilevanza transfruntiera, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkoordina mal-maniġers tal-infrastruttura ġirien u ma’ maniġers tal-infrastruttura kkonċernati oħrajn biex isib soluzzjonijiet miftiehma b’mod reċiproku għat-traffiku transfruntier. Irrispettivament mill-għażla nazzjonali li l-Istati Membri jsegwu għall-iskedar tagħhom, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw allokazzjoni bilanċjata, ġusta u mhux diskriminatorja tal-mogħdijiet ferrovijarji. Fir-rigward tal-kumpens għal bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 40 li jinvolvu wkoll mogħdijiet ferrovjarji sistematiċi, il-valur tiegħu għandu jiġi stabbilit għal mill-inqas 1,25 darba tal-valur definit għall-mogħdijiet ferrovjarji mhux sistematiċi skont il-proċess stabbilit fl-Artikolu 40. |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 7 b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7b. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinformaw lill-korp regolatorju dwar it-talbiet kollha għall-kapaċità riċevuti li ma kinux jaqblu mal-parametri tal-kapaċità disponibbli kif definit fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, irrispettivament minn jekk ikunux ġew aċċettati jew rifjutati. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-korp regolatorju għandu joħroġ opinjoni mill-anqas kull sentejn, li fiha jista’ jirrakkomanda lill-maniġer tal-infrastruttura biex jemenda l-mudell tal-kapaċità. |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-ħatra ta’ punt uniku tal-kuntatt inkarigat mill-komunikazzjoni mal-applikant fir-rigward tat-talba għal dritt tal-kapaċità f’diversi networks, li għandu jiġi notifikat lill-applikant mingħajr dewmien wara li jirċievi t-talba; |
(a) il-ħatra ta’ punt uniku tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 27(4), inkarigat mill-komunikazzjoni mal-applikant fir-rigward ta’ kull talba għal dritt tal-kapaċità f’diversi networks, li għandu jiġi notifikat lill-applikant mingħajr dewmien wara li jirċievi t-talba. Dan għandu japplika wkoll fil-każ ta’ pari ta’ ferroviji transfruntieri li jkunu servizzi ferrovjarji internazzjonali lejn u minn destinazzjoni fi Stat Membru ieħor; |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-ENIM għandu jiddefinixxi l-proċeduri u l-metodi dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2(b) u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
5. Sa ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u wara li jikkonsulta l-ERP, l-ENIM għandu jiddefinixxi l-proċeduri u l-metodi dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2(b) u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Kummissjoni għandha, sa ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u l-metodi dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta’ kwalità minimi msemmija fil-paragrafu 2(b) u biex temenda l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3) u għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi li jagħtu informazzjoni indikattiva dwar il-kapaċità disponibbli ta’ faċilità tas-servizzi f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/217722 għandhom jikkooperaw mal-meniġers tal-infrastruttura għall-finijiet biex dawn tal-aħħar joffru mogħdijiet ferrovjarji li jkunu jinkludu kapaċità ta’ faċilità ferrovjarja. Operaturi oħra tal-faċilitajiet tas-servizzi jistgħu jagħmlu ftehim mal-meniġers tal-infrastruttura għall-forniment konġunt tal-kapaċità. |
1. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi li jagħtu informazzjoni indikattiva dwar il-kapaċità disponibbli ta’ faċilità tas-servizzi f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/217722 għandhom jikkooperaw mal-maniġers tal-infrastruttura għall-finijiet biex dawn tal-aħħar joffru mogħdijiet ferrovjarji li jkunu jinkludu l-kapaċità tal-faċilità ta’ servizz. Operaturi oħra tal-faċilitajiet tas-servizzi jistgħu jagħmlu ftehim mal-maniġers tal-infrastruttura għall-forniment konġunt tal-kapaċità. |
__________________ |
__________________ |
22 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 1). |
22 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 1). |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu f’post wieħed u b’operazzjoni waħda drittijiet tal-kapaċità għal infrastruttura ferrovjarja u fil-faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1. |
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu f’post wieħed stabbilit f’konformità mal-Artikolu 27(4), id-drittijiet tal-kapaċità ta’ operazzjoni fuq l-infrastruttura ferrovjarja u fil-faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-meniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jikkoordinaw il-kapaċità u għandhom jipprovdu drittijiet tal-kapaċità, inkluż il-kapaċità fil-faċilità ferrovjarja, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-applikant, jew għandhom jagħmlu sforz biex jipprovdu alternattiva vijabbli. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jikkoordinaw il-kapaċità u għandhom jipprovdu drittijiet tal-kapaċità, inkluża l-kapaċità fil-faċilità ta’ servizzi, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-applikant, jew għandhom jagħmlu sforz biex jipprovdu alternattiva vijabbli. |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni, meta jintalbu jew fil-ħin reali meta meħtieġ, dwar il-kapaċità disponibbli għall-meniġer tal-infrastruttura b’format diġitali f’konformità mal-Artikolu 62. |
5. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi milquta msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni fil-ħin reali dwar il-kapaċità disponibbli għall-maniġer tal-infrastruttura b’format diġitali f’konformità mal-Artikolu 62. |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Meta jitolbu drittijiet ta’ kapaċità biex jaċċessaw faċilità ta’ servizz, l-applikanti għandhom jiddokumentaw il-ftehim tas-sid tal-faċilità ta’ servizz li jakkomoda l-vetturi tagħhom. |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-Artikolu 62, l-ENIM għandu jipprovdi linji gwida dwar ir-rekwiżiti funzjonali u tekniċi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-faċilitajiet ferrovjarji u l-meniġers tal-infrastruttura għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2177, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jistgħu jitolbu li jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn it-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-korp regolatorju u jiġu sostanzjati kif xieraq. Il-korpi regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jestendu eżenzjoni f’każijiet debitament ġustifikati. |
6. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-Artikolu 62, l-ENIM għandu, mal-approvazzjoni mill-ERA u sa... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jipprovdi linji gwida dwar ir-rekwiżiti funzjonali u tekniċi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz u l-maniġers tal-infrastruttura. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2177, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jistgħu jitolbu li jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn it-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-korp regolatorju u jiġu sostanzjati kif xieraq. Il-korpi regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jestendu eżenzjoni f’każijiet debitament ġustifikati. |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-ENRRB għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji li jridu jintużaw fil-valutazzjoni tat-talbiet għal eżenzjonijiet. |
7. L-ENRRB għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 6 u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji li jridu jintużaw fil-valutazzjoni tat-talbiet għal eżenzjonijiet. |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinformaw lill-korp regolatorju dwar it-talbiet kollha għall-kapaċità riċevuti li ma kinux jaqblu mal-parametri tal-kapaċità disponibbli kif definita fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, u li għalhekk ġew rifjutati. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-korp regolatorju għandu joħroġ opinjoni mill-anqas kull sentejn, li fiha jista’ jirrakkomanda lill-maniġer tal-infrastruttura biex jemenda l-mudell tal-kapaċità. |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 7 b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7b. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi dettalji dwar ir-rekwiżiti funzjonali u tekniċi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-faċilitajiet ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u biex temenda l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jaġġornaw kontinwament l-iskeda operatorja sa tmiem il-perjodu tal-iskeda operatorja, filwaqt li jqisu l-kapaċità allokata bil-proċess tal-ippjanar kontinwu msemmi fl-Artikolu 33, il-kapaċità allokata bil-proċess ad hoc imsemmi fl-Artikolu 34, il-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 39, u l-iskedar mill-ġdid fil-kuntest tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 41. |
2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaġġornaw f’intervalli regolari l-iskeda operatorja sa tmiem il-perjodu tal-iskeda operatorja, filwaqt li jqisu l-kapaċità allokata bil-proċess tal-ippjanar kontinwu msemmi fl-Artikolu 33, il-kapaċità allokata bil-proċess ad hoc imsemmi fl-Artikolu 34, il-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mal-Artikolu 39, u l-iskedar mill-ġdid fil-kuntest tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 41. |
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-ftehimiet qafas għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju u għandhom jiġu approvati minnu. Fil-każ ta’ ftehimiet qafas f’diversi networks, l-approvazzjoni għandha tqis l-opinjoni tal-ENRRB. |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonkludu ftehimiet qafas biss meta d-dritt tal-kapaċità mitlub ikun konsistenti mad-dokumenti tal-ippjanar tal-kapaċità strateġika msemmija fl-Artikolu 11(2). Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jindikaw il-kapaċità li jkunu qed jippjanaw li jirriżervaw għall-allokazzjoni bi ftehimiet qafas f’dawn id-dokumenti tal-ippjanar. |
3. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonkludu ftehimiet qafas biss meta d-dritt tal-kapaċità mitlub ikun konsistenti mad-dokumenti tal-ippjanar tal-kapaċità strateġika msemmija fl-Artikolu 11(2). Il-maniġers tal-infrastruttura, wara konsultazzjoni man-networks ġirien, għandhom jindikaw il-kapaċità li jkunu qed jippjanaw li jirriżervaw għall-allokazzjoni bi ftehimiet qafas f’dawn id-dokumenti tal-ippjanar. |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-ftehimiet qafas ma għandhomx ikunu b’tali mod li jipprekludu l-użu tal-infrastruttura rilevanti minn applikanti jew servizzi oħra. Għal dan il-għan, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-ishma massimi tal-kapaċità totali li jistgħu jiġu allokati bi ftehimiet qafas u jinkluduhom fid-dikjarazzjoni dwar in-network. |
4. Il-ftehimiet qafas ma għandhomx ikunu b’tali mod li jipprekludu l-użu tal-infrastruttura rilevanti minn applikanti jew servizzi oħra. Għal dan il-għan, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, wara konsultazzjoni tal-korp regolatorju, jistabbilixxu l-ishma massimi tal-kapaċità totali li jistgħu jiġu allokati bi ftehimiet qafas u jinkluduhom fid-dikjarazzjoni dwar in-network. Il-maniġers tal-infrastruttura tal-pajjiżi ġirien li jkunu kkonkludew ftehimiet qafas transfruntieri għandhom jallinjaw dawn l-ishma massimi tal-kapaċità totali u jagħmluhom kemm jista’ jkun konsistenti. |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-ftehimiet qafas għandhom, fil-prinċipju, ikopru l-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I. Il-meniġer tal-infrastruttura jista’ jaqbel fuq perjodu iqsar jew itwal f’każijiet speċifiċi. Kull perjodu itwal mill-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I għandu jkun ġustifikat bir-rekwiżit tal-investimenti ddedikati minn parteċipanti ġodda jew min-novità sostanzjali tas-servizz. |
7. Il-ftehimiet qafas għandhom, fil-prinċipju, ikopru l-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jaqbel fuq perjodu iqsar jew itwal f’każijiet speċifiċi. Kull perjodu itwal mill-perjodu indikat fit-Taqsima 5 tal-Anness I għandu jkun ġustifikat bir-rekwiżit tal-investimenti ddedikati minn parteċipanti ġodda jew min-novità sostanzjali tas-servizz. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
11. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-awtoritajiet kompetenti u tal-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-ENRRB, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u tal-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 33. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
11. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-awtoritajiet kompetenti u tal-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-ENRRB, il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u tal-kriterji li jridu jintużaw għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 33 u biex temenda dan l-Artikolu u l-Artikolu 33. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fil-każ ta’ kunflitt bejn żewġ talbiet għall-kapaċità jew aktar, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom l-ewwel jippruvaw isolvu l-kunflitt bil-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali msemmi fl-Artikolu 36. |
3. Fil-każ ta’ kunflitt bejn żewġ talbiet għall-kapaċità jew aktar jew fil-każ ta’ talbiet għall-kapaċità mhux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom l-ewwel jippruvaw isolvu l-kunflitt bil-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 36. |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F’konformità mal-Artikolu 18 u l-Artikolu 20, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jagħti prijorità lit-talbiet li jkunu konsistenti mal-kapaċità ppjanata minn qabel definita fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità. Permezz ta’ hekk, il-meniġer tal-infrastruttura jista’ jaċċetta jew jirrifjuta t-talbiet li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità. |
F’konformità mal-Artikolu 18 u l-Artikolu 20, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħti prijorità lit-talbiet li jkunu konsistenti mal-kapaċità ppjanata minn qabel definita fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, dment li l-partijiet operazzjonali kkonċernati jkunu ġew ikkonsultati kif xieraq u t-tħabbiriet tagħhom dwar il-kapaċità jkunu tqiesu bis-sħiħ. |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jaċċetta talbiet li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jara li jżomm il-bilanċ ġenerali bejn l-elementi tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità elenkati fl-Artikolu 18(6). |
Meta jaċċetta talbiet li ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jara li jżomm il-bilanċ ġenerali bejn l-elementi tal-pjan tal-provvista tal-kapaċità elenkati fl-Artikolu 18(6) u t-talba nnifisha. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jitqiesu jekk ikun hemm biżżejjed kapaċità libera disponibbli mingħajr ma jiġu ristretti l-ħtiġijiet ta’ applikazzjonijiet sussegwenti. |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jirrifjuta talbiet mhux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-meniġer tal-infrastruttura għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-applikant ikkonċernat bl-intenzjoni tiegħu li jirrifjuta talba. Dan tal-aħħar għandu jkollu d-dritt li jippreżenta lment lill-korp regolatorju. |
Meta jipproċessa talbiet mhux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu joffri alternattiva u, meta jkun possibbli mil-lat taż-żmien, tkun ippreċeduta minn konsultazzjoni mal-applikanti kkonċernati. Jekk offerta alternattiva ma tkunx possibbli, il-maniġer tal-infrastruttura, meta jirrifjuta talba għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-applikant ikkonċernat bl-intenzjoni tiegħu li jirrifjuta talba. Dan tal-aħħar għandu jkollu d-dritt li jippreżenta lment lill-korp regolatorju. |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-meniġer tal-infrastruttura għandu jqis it-talbiet ippreżentati wara l-iskadenza inizjali u qabel l-iskadenza finali stabbilita fil-punt 4 tal-Anness I. F’każijiet bħal dawn, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw id-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mat-Taqsima 4, il-punt 2 tal-Anness I. |
8. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jqis it-talbiet ippreżentati wara l-iskadenza inizjali u qabel l-iskadenza finali stabbilita fit-Taqsima 4 tal-Anness I. F’każijiet bħal dawn, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw id-drittijiet tal-kapaċità f’konformità mat-Taqsima 4, il-punt 2 tal-Anness I. |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità bil-proċess tal-ippjanar kontinwu skont l-iskadenzi stabbiliti fil-punt 6 tal-Anness I. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jerfgħu kapaċità għal dan il-għan fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 18. |
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità bil-proċess tal-ippjanar kontinwu skont l-iskadenzi stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness I. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jerfgħu kapaċità għal dan il-għan fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 18. |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità għall-jiem operattivi kollha lil hinn mill-perjodu tal-iskeda operatorja li jinkludu l-ewwel jum inkluż fit-talba għal perjodu massimu speċifikat fil-punt 6 tal-Anness I. |
(b) l-ispeċifikazzjonijiet tal-kapaċità għall-jiem operattivi kollha lil hinn mill-perjodu tal-iskeda operatorja li jinkludu l-ewwel jum inkluż fit-talba għal perjodu massimu speċifikat fit-Taqsima 6 tal-Anness I. |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità riżervata għall-proċess tal-allokazzjoni tal-ippjanar kontinwu abbażi tal-prinċipju tal-allokazzjoni stabbilit fit-Taqsima 5, il-punt 2 tal-Anness I. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jallokaw il-kapaċità riżervata għall-proċess tal-allokazzjoni tal-ippjanar kontinwu abbażi tal-prinċipju tal-allokazzjoni stabbilit fit-Taqsima 6, il-punt 2 tal-Anness I. |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. F’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 20, il-meniġers tal-infrastruttura jistgħu jirrifjutaw li jallokaw kapaċità għal talbiet tal-ippjanar kontinwu jekk it-talbiet ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità adottat f’konformità mal-Artikolu 18. Rifjut għandu jiġi kkomunikat lill-applikant mingħajr dewmien. L-applikant għandu jkollu d-dritt li jippreżenta lment lill-korp regolatorju. |
4. F’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 20, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħmlu kull sforz biex joffru kapaċità alternattiva għal talbiet tal-ippjanar kontinwu jekk it-talbiet ma jkunux konsistenti mal-pjan tal-provvista tal-kapaċità adottat f’konformità mal-Artikolu 18. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi offruta alternattiva, il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jirrifjuta li jalloka kapaċità għal tali talba inkonsistenti. L-applikant għandu jkollu d-dritt li jippreżenta lment lill-korp regolatorju. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jinformaw lill-korp regolatorju dwar it-talbiet kollha għall-kapaċità riċevuti li ma kinux jaqblu mal-parametri tal-kapaċità disponibbli kif definita fil-pjan tal-provvista tal-kapaċità, irrispettivament minn jekk ikunux ġew aċċettati jew rifjutati. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-korp regolatorju għandu joħroġ opinjoni mill-anqas kull sentejn, li tista’ tirrakkomanda lill-meniġer tal-infrastruttura biex jemenda l-mudell tal-kapaċità. |
5. Imħassar |
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. L-ENIM għandu jħejji linji gwida għall-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti għat-talbiet għall-kapaċità f’diversi networks u jinkludihom fil-qafas Ewropew tal-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
8. Sa ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u wara li jikkonsulta l-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea, l-ENIM għandu jħejji linji gwida għall-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti għat-talbiet għall-kapaċità f’diversi networks u jinkludihom fil-qafas Ewropew tal-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8a. Il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti għal talbiet għall-kapaċità f’diversi networks u biex temenda l-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fil-kuntest tal-proċess formali tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, it-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom. Jekk, f’konformità mal-Artikolu 8(6), ikunu japplikaw parametri nazzjonali differenti, dawk il-parametri għandhom jintużaw għas-sezzjonijiet rispettivi. |
2. Fil-kuntest tal-mekkaniżmu formali tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, it-talbiet għad-drittijiet tal-kapaċità f’diversi networks għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom. Jekk, f’konformità mal-Artikolu 8(6), ikunu japplikaw parametri nazzjonali differenti, dawk il-parametri għandhom jintużaw għas-sezzjonijiet rispettivi. |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. F’dan ir-rigward, l-ENRRB għandu jikkompila linji gwida biex jiffaċilita l-applikazzjoni armonizzata tal-Artikolu 3. |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Fil-każijiet fejn il-kapaċità tiġi riżervata iżda ma tintużax, għandu japplika pagament ta’ kumpens f’konformità mal-Artikolu 40. |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-meniġer tal-infrastruttura għandu joffri drittijiet tal-kapaċità alternattivi lill-applikant sal-iskadenzi stabbiliti fit-Taqsima 8 tal-Anness I. Meta dan ma jkunx possibbli, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jagħti informazzjoni rilevanti lill-applikant biex ikun jista’ jagħmel talba ġdida għall-kapaċità infrastrutturali. Meta rilevanti, dik l-informazzjoni għandha tagħmel referenza għall-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 18 u għall-ippjanar ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 19. |
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu joffri drittijiet tal-kapaċità alternattivi lill-applikant sal-iskadenzi stabbiliti fit-Taqsima 8 tal-Anness I. Meta ma tkun fattibbli l-ebda offerta alternattiva f’konformità mal-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 33(4), il-maniġer(s) tal-infrastruttura għandu/hom jagħti/u informazzjoni rilevanti lill-applikant biex l-applikant ikun jista’ jagħmel talba ġdida għall-kapaċità infrastrutturali. Meta rilevanti, dik l-informazzjoni għandha tagħmel referenza għall-pjan tal-provvista tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 18 u għall-ippjanar ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 19. |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ENIM għandu jħejji u jadotta proċeduri armonizzati għall-ġestjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Sa ... [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-ENIM għandu jħejji u jadotta proċeduri armonizzati għall-ġestjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni u jinkludihom fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi regoli u proċeduri għall-ġestjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità wara l-allokazzjoni u biex temenda l-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Wara konsultazzjoni mal-ENRRB, l-ENIM għandu jiddefinixxi kundizzjonijiet armonizzati li jwasslu għal kumpens. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom iqisu r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 39(4) u (8). L-ENIM għandu jinkludi dawn il-kundizzjonijiet fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. L-ENRRB għandu jippubblika opinjoni dwar il-kundizzjonijiet definiti mill-ENIM. |
3. Wara konsultazzjoni mal-ENRRB u l-Pjattaforma Ferrovjarja Ewropea, l-ENIM għandu, sa [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jiddefinixxi kundizzjonijiet armonizzati li jwasslu għal kumpens. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom iqisu r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 39(4) u (8). L-ENIM għandu jinkludi dawn il-kundizzjonijiet fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. L-ENRRB għandu jippubblika opinjoni dwar il-kundizzjonijiet definiti mill-ENIM. |
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-korpi regolatorji għandhom jiddeċiedu dwar it-tilwim relatat mar-raġuni għall-bidla għal dritt tal-kapaċità jew għal kumpens tard u għandhom jieħdu deċiżjoni mingħajr dewmien u fi żmien xahar mill-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvalutaw il-kawża tal-bidla. Il-korpi regolatorji għandhom jinformaw u jistgħu jikkonsultaw mal-ENRRB dwar dawn id-deċiżjonijiet. L-ENRRB għandu jiżgura li dawn id-deċiżjonijiet ikunu koerenti u bbażati fuq prinċipji rikonoxxuti b’mod komuni. |
6. Il-korpi regolatorji għandhom jiddeċiedu dwar it-tilwim relatat mar-raġuni għall-bidla għal dritt tal-kapaċità jew dewmien fil-ħlas tal-kumpens u għandhom jieħdu deċiżjoni mingħajr dewmien u fi żmien xahar mill-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvalutaw il-kawża tal-bidla. Il-korpi regolatorji għandhom jinformaw u jistgħu jikkonsultaw mal-ENRRB dwar dawn id-deċiżjonijiet. L-ENRRB għandu jiżgura li dawn id-deċiżjonijiet ikunu koerenti u bbażati fuq prinċipji rikonoxxuti b’mod komuni. |
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ħlas tal-kumpensi, il-kategorizzazzjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità u l-metodoloġiji biex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ kumpens. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
7. Il-Kummissjoni għandha tingħata dritt li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ħlas tal-kumpensi, il-kategorizzazzjoni tal-bidliet fid-drittijiet tal-kapaċità u l-metodoloġiji biex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ kumpens, u biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta linji gwida għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali f’każ ta’ tfixkil fin-network b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. B’mod partikolari, l-ENIM għandu jipprovdi linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-proċess tal-allokazzjoni simultanja tal-kapaċità u l-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
Sa [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENIM għandu jiżviluppa u jadotta linji gwida għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali f’każ ta’ tfixkil fin-network b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. B’mod partikolari, l-ENIM għandu jipprovdi linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-proċess tal-allokazzjoni simultanja tal-kapaċità u l-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jkun japplika l-proċess tal-allokazzjoni simultanja, l-ENIM għandu jipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri li jridu jiġu applikati, u jinvolvi kif xieraq l-applikazzjoni tal-proċess tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 36 u tal-proċess formali tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 37. L-ENIM għandu jinkludi dawk il-linji gwida fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Meta jkun japplika l-proċess tal-allokazzjoni simultanja, l-ENIM għandu jipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri li jridu jiġu applikati, u jinvolvi kif xieraq l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni kunsenswali tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 36 u tal-mekkaniżmu formali tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmi fl-Artikolu 37. L-ENIM għandu jinkludi dawk il-linji gwida fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 6. |
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta jsir skedar mill-ġdid, il-meniġers tal-infrastruttura ma għandhomx ibiddlu jew iħassru b’mod unilaterali d-drittijiet eżistenti tal-kapaċità għall-fini tal-ġestjoni tat-tfixkil. Madankollu, abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-meniġers tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-ENIM u tal-ENRRB, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-iskedar mill-ġdid, inkluż bidliet unilaterali fid-drittijiet tal-kapaċità allokati mill-meniġers tal-infrastruttura għall-fini tal-ġestjoni tat-tfixkil fin-network. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
3. Meta jsir skedar mill-ġdid, il-maniġers tal-infrastruttura ma għandhomx ibiddlu jew iħassru b’mod unilaterali d-drittijiet eżistenti tal-kapaċità għall-fini tal-ġestjoni tat-tfixkil. Madankollu, abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-ENIM u tal-ENRRB, il-Kummissjoni għandha tingħata d-dritt li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-iskedar mill-ġdid, inkluż bidliet unilaterali fid-drittijiet tal-kapaċità allokati mill-maniġers tal-infrastruttura għall-fini tal-ġestjoni tat-tfixkil fin-network u biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jiġu inklużi fil-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kapaċità. |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli liberament ir-regoli u l-proċeduri speċjali msemmija fil-paragrafu 2. Għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. |
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-ġestjoni tad-devjazzjonijiet tal-movimenti ferrovjarji mill-iskeda operatorja. Dawk ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u għandhom ikopru l-ġestjoni tat-traffiku fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1), il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament. |
1. Sa ... [18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-ġestjoni tad-devjazzjonijiet tal-movimenti ferrovjarji mill-iskeda operatorja. Dawk ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni dwar in-network imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE u għandhom ikopru l-ġestjoni tat-traffiku fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1), il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt ġenerali tad-devjazzjonijiet mill-iskeda fuq it-traffiku ferrovjarju, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tat-tipi kollha tat-trasport. Il-prinċipji jistgħu jkunu jinvolvu regoli ta’ prijorità għall-ġestjoni bejn it-tipi differenti ta’ traffiku u l-proċeduri, il-kriterji u l-miri speċifiċi li jridu jiġu applikati f’approċċ ibbażat fuq l-ottimizzazzjoni li jistrieħ fuq l-ottimizzazzjoni ta’ xi funzjoni fil-mira, bħat-tnaqqis kemm jista’ jkun possibbli tal-minuti ttardjati jew tal-ħin għar-ritorn għal operazzjonijiet normali, aktar milli regoli ta’ prijorità espliċiti. |
2. Ir-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt ġenerali tad-devjazzjonijiet mill-iskeda fuq it-traffiku ferrovjarju, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tat-tipi kollha tat-trasport. Ir-regoli u l-proċeduri jistgħu jkunu jinvolvu regoli ta’ prijorità għall-ġestjoni bejn it-tipi differenti ta’ traffiku u l-proċeduri, il-kriterji u l-miri speċifiċi li jridu jiġu applikati f’approċċ ibbażat fuq l-ottimizzazzjoni li jistrieħ fuq l-ottimizzazzjoni ta’ xi funzjoni fil-mira, bħat-tnaqqis kemm jista’ jkun possibbli tal-minuti ttardjati jew tal-ħin għar-ritorn għal operazzjonijiet normali, aktar milli regoli ta’ prijorità espliċiti. |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fil-każ ta’ tfixkil fil-movimenti tal-ferroviji minħabba ħsara teknika jew inċident, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa’ lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak il-għan, dan għandu jimplimenta pjan ta’ kontinġenza f’konformità mal-Artikolu 19. Fil-każ ta’ disturb li jkollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntier, il-meniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw flimkien biex jerġgħu jistabbilixxu t-traffiku transfruntier għan-normal f’konformità mal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 44. |
3. Fil-każ ta’ tfixkil fil-movimenti tal-ferroviji minħabba ħsara teknika jew inċident, il-maniġer tal-infrastruttura għandu, mingħajr dewmien, jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa’ lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak il-għan, dan għandu jimplimenta pjan ta’ kontinġenza f’konformità mal-Artikolu 19. Fil-każ ta’ disturb li jkollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntier, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw flimkien biex jerġgħu jistabbilixxu t-traffiku transfruntier għan-normal f’konformità mal-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 44. |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Id-devjazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss f’każijiet raġonevoli u għandhom jiġu approvati mill-korp regolatorju nazzjonali. |
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F’każijiet ta’ force majeure u meta assolutament meħtieġ, meta minħabba xi inċident l-infrastruttura ma tkunx tista’ tintuża temporanjament, id-drittijiet tal-kapaċità allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema. |
F’każijiet ta’ force majeure u, meta assolutament meħtieġ, meta minħabba xi inċident l-infrastruttura ma tkunx tista’ tintuża temporanjament, id-drittijiet tal-kapaċità allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema filwaqt li fl-istess ħin isir kull sforz biex jiġu pprovduti alternattivi possibbli. |
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 43 - paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Fil-każ ta’ rtirar tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom iżommu lill-impriżi ferrovjarji informati f’ħin utli dwar il-ġestjoni tal-ħin tagħhom, dwar il-progress tat-tiswijiet u dwar alternattivi possibbli għall-kapaċità allokata tagħhom. |
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ devjazzjonijiet tal-movimenti tal-ferroviji mill-iskeda ta’ żmien operatorja, u biex temenda l-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(3). |
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ENIM għandu jiżviluppa l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-partijiet interessati bil-proċess tal-konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 54, filwaqt li jqis il-ħidma tal-Impriża Konġunta Ferrovjarja tal-Ewropa stabbilita fit-Titolu IV tar-Regolament (UE 2012/2085. |
L-ENIM għandu jiżviluppa l-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-partijiet interessati bil-proċess tal-konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 54, filwaqt li jqis il-ħidma tal-Impriża Konġunta Ferrovjarja tal-Ewropa stabbilita fit-Titolu IV tar-Regolament (UE 2021/2085. |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku transfruntier, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet għandu jipprovdi linji gwida għall-koordinazzjoni bejn il-meniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. |
2. Il-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku transfruntier, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet għandu jipprovdi linji gwida għall-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati operazzjonali oħra. |
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Filwaqt li jitqies il-qafas adottat mill-ENIM f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 biex tistabbilixxi d-dettalji għall-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tat-tfixkil u tal-ġestjoni tal-kriżijiet u biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta l-inċident ikollu jew aktarx ikun se jkollu impatti fuq aktar minn network wieħed, il-meniġer tal-infrastruttura fejn isir l-inċident għandu jiddikjara tfixkil f’diversi networks u jikkoordina l-azzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 44, 45 u 53. |
2. Meta l-inċident ikollu jew aktarx ikun se jkollu impatti fuq aktar minn network wieħed, il-maniġer tal-infrastruttura li fiha jsir l-inċident għandu jiddikjara tfixkil f’diversi networks u jikkoordina l-azzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 44, 45 u 53. |
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ENIM għandu jiddefinixxi metodu armonizzat biex jistma t-tul taż-żmien u l-impatt probabbli tat-tfixkil fin-network u jinkludih fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 44. |
3. L-ENIM għandu jiddefinixxi metodu armonizzat biex jistma t-tul taż-żmien u l-impatt probabbli tat-tfixkil fin-network u jinkludih fil-qafas Ewropew għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku, tat-tfixkil u tal-kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 44. |
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Fil-każ ta’ interruzzjoni parzjali jew totali tas-servizzi kkawżata minn interruzzjoni tal-operazzjoni ferrovjarja minħabba ħsara teknika, inċident jew aċċident fuq linja transfruntiera li ddum aktar minn 15-il jum, il-maniġers tal-infrastruttura milquta għandhom, fi żmien 30 jum mill-okkorrenza, iħejju rapport tal-inċident. Ir-rapport tal-inċident għandu jinkludi tal-anqas: |
|
a) informazzjoni dwar il-miżuri operazzjonali kollha meħuda biex jiġu żgurati rotot alternattivi; |
|
b) informazzjoni dwar l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġu restawrati s-servizzi regolari fuq il-linja interrotta. |
|
Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jiġi aġġornat regolarment sakemm titneħħa l-interruzzjoni. |
|
L-ERA tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar miżuri mtejba biex jiġu indirizzati t-tfixkil u r-restrizzjonijiet tal-kapaċità tat-traffiku kkawżati mill-aċċident. |
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-miżuri ta’ emerġenza jkunu jimxu kemm jista’ jkun mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jużaw il-pjanijiet eżistenti mħejjija f’konformità mal-Artikolu 19. Dawn għandhom jikkoordinaw dawn il-miżuri ta’ emerġenza ma’ Stati Membri oħra. |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-miżuri ta’ emerġenza jkunu jimxu kemm jista’ jkun mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jużaw il-pjanijiet eżistenti mħejjija f’konformità mal-Artikolu 19. Dan għandu jikkoordina dawn il-miżuri ta’ emerġenza ma’ Stati Membri oħra. |
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. F’konformità mal-Artikolu 7f, il-punt (d) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-ENIM għandu jimmonitorja u jivvaluta l-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja filwaqt li jqis l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Il-meniġers tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jimmonitorjaw ukoll il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni għall-oqsma ta’ prestazzjoni stabbiliti fl-Anness VII. Il-miri għandhom ikunu f’konformità mal-għanijiet tal-bidla modali u għandhom jiġu aġġornati regolarment. F’konformità mal-Artikolu 7f, il-punt (d) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-ENIM, bl-appoġġ mal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja, għandu jimmonitorja u jivvaluta l-prestazzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura ferrovjarja u s-servizzi tat-trasport ferrovjarju filwaqt li jqis il-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni u tal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja. L-ENIM għandu jinforma perjodikament lill-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni u lill-Kummissjoni. |
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għal dan il-għan, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-miri tal-prestazzjoni tagħhom stess fil-pjan imsemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, filwaqt li jqisu l-objettivi stabbilit fil-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva. Għandhom jistabbilixxu u jwettqu proċeduri biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri, biex jidentifikaw il-kawżi tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u biex ifasslu u jimplimentaw miżuri ta’ rimedju li jtejbu l-prestazzjoni. Dawn il-proċeduri għandhom iqisu l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network, il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-proċeduri komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. |
2. Għal dan il-għan, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-miri tal-prestazzjoni tagħhom stess fil-pjan imsemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, filwaqt li jqisu l-objettivi stabbilit fil-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-korpi nazzjonali u Ewropej rilevanti sabiex jiżguraw li dawk il-miri jkunu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni. Għandhom jistabbilixxu u jwettqu proċeduri biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri, biex jidentifikaw il-kawżi tan-nuqqasijiet fil-prestazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u biex ifasslu u jimplimentaw miżuri ta’ rimedju li jtejbu l-prestazzjoni. Dawn il-proċeduri għandhom iqisu l-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament. Fid-dikjarazzjoni dwar in-network, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jispjegaw ir-raġuni għal kull devjazzjoni mill-proċeduri komuni stabbiliti fil-qafas Ewropew għar-rieżami tal-prestazzjoni. Id-devjazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss f’każijiet raġonevoli u għandhom jiġu approvati mill-korp regolatorju. |
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1