RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
5.3.2024 - (COM(2023)0441 – C9‑0305/2023 – 2023/0266(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
(Proċedura b’kumitat konġunt – Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura)
Rapporteurs: Pascal Canfin, Barbara Thaler
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
(COM(2023)0441 – C9‑0305/2023 – 2023/0266(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0441),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0305/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0070/2024),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-appoġġ favur l-isforzi lejn sostenibbiltà u effiċjenza aħjar tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni huwa prerekwiżit biex jinżamm perkors stabbli lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti sal-2050, filwaqt li fl-istess ħin titqies il-ħtieġa li jiġu ppreservati t-tkabbir u l-kompetittività kontinwi tal-industrija Ewropea. |
(1) L-appoġġ favur l-isforzi lejn sostenibbiltà u effiċjenza aħjar tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni huwa prerekwiżit biex jinżamm perkors stabbli lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti sa mhux aktar tard mill-2050, filwaqt li fl-istess ħin titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva, jiġi ppreservat it-tkabbir kontinwu u tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tintuża f’diversi setturi ekonomiċi – inkluż it-trasport – biex tiġi kkwantifikata d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Informazzjoni aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport hija għodda qawwija biex jinħolqu inċentivi tajbin għall-utenti tat-trasport biex jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, u biex tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-organizzaturi u tal-operaturi tat-trasport. Data affidabbli u komparabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija r-rekwiżit sottostanti għall-ħolqien ta’ dawn l-inċentivi, u b’hekk għall-istimulazzjoni tat-tibdil fl-imġiba kemm fost il-konsumaturi kif ukoll in-negozji, għall-kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew52 għat-trasport, u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. |
(2) Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tintuża f’diversi setturi ekonomiċi – inkluż it-trasport – biex tiġi kkwantifikata d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Informazzjoni aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport hija għodda qawwija biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-akkwisti pubbliċi, jinħolqu inċentivi tajbin għall-utenti tat-trasport biex jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, u biex tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-organizzaturi u tal-operaturi tat-trasport. Data affidabbli u komparabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija r-rekwiżit sottostanti għall-ħolqien ta’ dawn l-inċentivi, u b’hekk għall-istimulazzjoni tat-tibdil fl-imġiba kemm fost il-konsumaturi kif ukoll in-negozji, għall-kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew għat-trasport, u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. |
__________________ |
__________________ |
52 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019) 640 final |
52 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019) 640 final |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Minkejja l-interess dejjem akbar tal-partijiet ikkonċernati tat-trasport, l-adozzjoni ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għadha limitata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-utenti ma jiksbux informazzjoni akkurata dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u l-organizzaturi u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport ma jikkalkulawx u ma jiddivulgawx l-emissjonijiet tagħhom. L-adozzjoni sproporzjonata baxxa tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija osservata b’mod partikolari fost l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tan-negozji li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-UE. |
(3) Minkejja l-interess dejjem akbar tal-partijiet ikkonċernati tat-trasport, l-adozzjoni ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għadha limitata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-utenti ma jiksbux informazzjoni akkurata dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u l-organizzaturi u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport ma jikkalkulawx u ma jiddivulgawx l-emissjonijiet tagħhom. L-adozzjoni baxxa b’mod sproporzjonat tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija osservata b’mod partikolari fost l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tan-negozji li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-UE. Fil-fatt, l-SMEs jiffaċċaw aktar piżijiet finanzjarji u burokratiċi b’mod sproporzjonat meta jiddeċiedu li jikkontabilizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ta’ Diċembru 202054 tirreferi għal inċentivi għall-għażla tal-aktar għażliet ta’ trasport sostenibbli, fi ħdan u bejn il-modi. Dawk l-inċentivi jinkludu l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport u l-loġistika, ibbażat fuq standards rikonoxxuti globalment, li mbagħad ikun jista’ jintuża biex jipprovdi lin-negozji u lill-utenti aħħarin bi stima tal-impronta tal-karbonju tal-għażliet tagħhom, u jżid id-domanda mill-utenti finali u mill-konsumaturi biex jagħżlu soluzzjonijiet ta’ trasport u mobilità aktar sostenibbli, filwaqt li jiġi evitat il-greenwashing. |
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ta’ Diċembru 2020 tirreferi għal inċentivi għall-għażla tal-aktar għażliet ta’ trasport sostenibbli, fi ħdan u bejn il-modi, b’enfasi qawwija fuq bidla għall-ferrovija kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, inklużi miri konkreti għat-tnejn li huma, bħala kontributi konkreti għar-rwol tas-settur tat-trasport fl-ilħuq tal-mira vinkolanti fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni, stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53a, biex sal-2030 l-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti tal-Unjoni jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990, u tal-objettiv biex tintlaħaq in-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050. Dawk l-inċentivi jinkludu l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport u l-loġistika, ibbażat fuq standards rikonoxxuti globalment, li mbagħad ikun jista’ jintuża biex jipprovdi lin-negozji u lill-utenti aħħarin bi stima tal-impronta tal-karbonju tal-għażliet tagħhom, u jżid id-domanda mill-utenti finali u mill-konsumaturi biex jagħżlu soluzzjonijiet ta’ trasport u mobbiltà aktar sostenibbli, inklużi l-konsenji ta’ pakketti, filwaqt li jiġi evitat il-greenwashing. |
__________________ |
__________________ |
|
53a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
54 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur; COM(2020) 789 final |
54 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur; COM(2020) 789 final |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Il-maġġoranza tal-gassijiet serra relatati mat-trasport u mal-loġistika jiġu rilaxxati matul it-tħaddim ta’ vettura, il-produzzjoni ta’ trasportatur tal-enerġija u l-manifattura ta’ vettura. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Għalhekk, l-istabbiliment ta’ regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa xieraq biex jinkisbu ċifri komparabbli għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u biex tiġi evitata informazzjoni qarrieqa dwar il-prestazzjoni tagħhom li tirriżulta mill-possibbiltà li wieħed jagħżel bejn diversi metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet u d-data tal-input. Jenħtieġ li regoli bħal dawn jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-modi, is-segmenti, u n-networks nazzjonali tat-trasport tal-Unjoni. Jenħtieġ li jgħinu wkoll biex jinħolqu inċentivi għal bidla fl-imġiba fost in-negozji u l-klijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
(6) Għalhekk, l-istabbiliment ta’ regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa xieraq biex jinkisbu ċifri komparabbli għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u biex tiġi evitata informazzjoni qarrieqa dwar il-prestazzjoni tagħhom li tirriżulta mill-possibbiltà li wieħed jagħżel bejn diversi metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet u d-data tal-input. Jenħtieġ li regoli bħal dawn jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet tat-trasport tal-UE u l-entitajiet tat-trasport minn pajjiżi terzi, bejn il-modi, is-segmenti, u n-networks nazzjonali tat-trasport tal-Unjoni. Jenħtieġ li jgħinu wkoll biex jinħolqu inċentivi għal bidla fl-imġiba fost il-korpi pubbliċi, in-negozji u klijenti oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħmel disponibbli qafas ta’ referenza għal miżuri oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jistgħu jitwettqu b’mod ulterjuri mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-industrija, inkluż meta jiġu stabbiliti klawżoli dwar it-trasparenza tal-gassijiet serra fil-kuntratti tat-trasport, tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ għażla ta’ vjaġġar jew ta’ kunsinna lill-passiġġieri jew lill-klijenti, jew jiġu stabbiliti kriterji relatati mal-klima għal proċeduri ta’ akkwist ekoloġiku. |
(7) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi qafas ta’ referenza għad-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq bażi volontarja jew kuntrattwali jew minħabba obbligi skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali. Jenħtieġ li jagħmel disponibbli qafas ta’ referenza għal miżuri oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jistgħu jitwettqu b’mod ulterjuri mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-industrija, inkluż meta jiġu stabbiliti klawżoli dwar it-trasparenza tal-gassijiet serra fil-kuntratti tat-trasport, tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ għażla ta’ vjaġġar jew ta’ konsenja lill-passiġġieri jew lill-klijenti, jew jiġu stabbiliti kriterji relatati mal-klima għal proċeduri ta’ akkwist ekoloġiku. Fil-każ tal-kummerċ elettroniku u l-konsenji tal-pakketti, jiffaċilita l-konformità mar-rekwiżit biex, flimkien mal-informazzjoni attwali dwar id-data stmata tal-konsenja, jiġu pprovduti il-prezz assoċjat u l-emissjonijiet assoċjati ta’ kull għażla. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Minkejja l-benefiċċji li jirriżultaw miż-żieda fit-trasparenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, l-applikazzjoni obbligatorja ta’ dan ir-Regolament għall-entitajiet kollha li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-Unjoni tkun sproporzjonata u twassal għal kostijiet u għal piż eċċessivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal dawk l-entitajiet li jiddeċiedu li jikkalkulaw u jiddivulgaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni, jew li huma obbligati jagħmlu dan minn reġimi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti oħra. Konsegwentement, dan jinkludi servizzi li l-punti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu f’pajjiż terz. |
(8) Minkejja l-benefiċċji li jirriżultaw miż-żieda fit-trasparenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, l-applikazzjoni obbligatorja ta’ dan ir-Regolament għall-entitajiet kollha li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-Unjoni tkun sproporzjonata u twassal għal kostijiet u għal piż eċċessivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal dawk l-entitajiet li jiddeċiedu li jikkalkulaw u jiddivulgaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni, jew li huma obbligati jagħmlu dan minn reġimi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti oħra. Konsegwentement, dan jinkludi servizzi li l-punti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu f’pajjiż terz. Tabilħaqq, sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tat-trasport rilevanti kollha jiġu kkontabilizzati u jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet tat-trasport tal-UE u l-entitajiet tat-trasport minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għas-servizzi tat-trasport li jibdew u jintemmu barra mit-territorju tal-Unjoni iżda li jieqfu fl-Unjoni sabiex jimbarkaw jew jiżbarkaw il-passiġġieri jew biex titgħabba jew tinħatt il-merkanzija. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-intermedjarji tad-data, bħal dawk li joffru servizzi ta’ mobilità diġitali multimodali, meta dawn ma jikkalkulawx direttament l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport iżda jiddivulgaw biss informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. Madankollu, jenħtieġ li l-intermedjarji tad-data jkunu marbutin bir-regoli rilevanti relatati mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza tad-data divulgata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ dik id-data fis-suq. |
(9) Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-intermedjarji tad-data, bħal dawk li joffru servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali, kif ukoll servizzi ta’ navigazzjoni diġitali u servizzi tal-ippjanar tar-rotot tal-vjaġġi, meta jikkalkulaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, inkluż meta jikkombinaw informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. L-intermedjarji tad-data, meta ma jikkalkulawx l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport iżda jiddivulgaw biss informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet jenħtieġ li jkunu marbutin bir-regoli rilevanti relatati mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza tad-data divulgata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ dik id-data fis-suq u fil-modi tat-trasport kollha. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) L-intermedjarji tad-data li joffru servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali jipprovdu lill-konsumaturi diversi għażliet ibbażati fuq il-ħin tal-ivvjaġġar, il-kostijiet relatati u l-mod tal-ivvjaġġar. Dawk l-intermedjarji tad-data jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jipprovdu lill-konsumaturi l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ vjaġġ partikolari. Għalhekk, l-entitajiet ikkonċernati jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi rilevanti oħra jenħtieġ li jkunu obbligati jipprovdu dik l-informazzjoni lill-intermedjarji tad-data. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Kwalunkwe asserzjoni li ssir abbażi ta’ data tal-output irrapportata f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun f’konformità sħiħa mad-Direttiva (UE) (.....)/(....) dwar is-sostanzjar u l-komunikazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali espliċiti (id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi) kif ukoll id-Direttiva (.....)/(....) li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/KE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni aħjar minn prattiki inġusti u informazzjoni aħjar. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Metodu xieraq għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport huwa wieħed mill-aspetti ewlenin għall-qafas armonizzat tal-Unjoni stabbilit minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-metodu jiżgura li l-kalkoli tal-emissjonijiet imwettqa tul katina tat-trasport jipprovdu data komparabbli u akkurata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi jsegwi sett wieħed ta’ passi metodoloġiċi. Jenħtieġ li jqis ukoll b’mod adegwat il-ħtiġijiet tas-suq tat-trasport, sabiex jiġu evitati l-kumplessità bla bżonn, il-piż u l-kostijiet eċċessivi, u biex jiġi aċċettat mill-partijiet ikkonċernati. |
(11) Metodu xieraq għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport huwa wieħed mill-aspetti ewlenin għall-qafas armonizzat tal-Unjoni stabbilit minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-metodu jiżgura li l-kalkoli tal-emissjonijiet imwettqa tul katina tat-trasport jipprovdu data komparabbli u akkurata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi jsegwi sett wieħed ta’ passi metodoloġiċi. Jenħtieġ li jqis ukoll b’mod adegwat il-ħtiġijiet tas-suq tat-trasport, sabiex jiġu evitati l-kumplessità bla bżonn, il-piż u l-kostijiet eċċessivi (b’mod partikolari għall-SMEs), u biex jiġi aċċettat mill-partijiet ikkonċernati. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-istandard EN ISO 14083:2023, ippubblikat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni57 f’April 2023, u li jittrasponi l-istandard ISO 14083:2023, intgħażel bħala l-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport skont dan ir-Regolament. L-analiżi wriet li l-istandard ISO 14083:2023 wera li kien l-aktar wieħed rilevanti u proporzjonat fl-indirizzar tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet titwettaq fuq bażi well-to-wheel, li tinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-provvista tal-enerġija u mill-użu tal-vettura matul l-operazzjonijiet tat-trasport u tal-hub. |
(12) L-istandard EN ISO 14083:2023, ippubblikat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni57 f’April 2023, u li jittrasponi l-istandard ISO 14083:2023, jenħtieġ li jkun il-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel tas-servizzi tat-trasport skont dan ir-Regolament. L-analiżi wriet li l-istandard ISO 14083:2023 wera li kien l-aktar wieħed rilevanti u proporzjonat fl-indirizzar tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, inklużi adozzjoni rapida fis-suq u komparabbiltà tad-data. Il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet titwettaq fuq bażi well-to-wheel, li tinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-provvista tal-enerġija u mill-użu tal-vettura matul l-operazzjonijiet tat-trasport u tal-hub. |
__________________ |
__________________ |
57 https://www.cencenelec.eu |
57 https://www.cencenelec.eu |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) L-istandard EN ISO 14083:2023 għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari n-nuqqas li ma jqisx l-emissjonijiet tal-gassijiet serra miċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tas-servizzi tat-trasport. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fil-futur qrib biex tipprevedi l-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizzi tat-trasport. Il-metodoloġija futura jenħtieġ li tqis l-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14, il-paragrafu 5, tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-isforzi eżistenti, bħall-ISO 14067:2018 u r-Regoli tal-Kategorija tal-Prodott, dwar servizzi ta’ trasport stabbiliti fis-Sistema Internazzjonali ta’ Dikjarazzjoni tal-Prodott Ambjentali. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12b) Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li tistinka biex tipprovdi lis-settur tat-trasport aċċess għall-istandard ISO 14083:2023 jew għall-istandard ekwivalenti Ewropew CEN ISO 14083 mingħajr ħlas lill-intrapriżi mikro, żgħar u medji (“SMEs”) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. L-istandards jenħtieġ li jkunu aċċessibbli fil-verżjoni awtentika tagħhom kif ukoll fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni biex dan ir-Regolament isir aktar aċċessibbli għal dawk kollha li huma soġġetti għalih. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12c) L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ġeneralment jitqiesu li jinkludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel, u l-emissjonijiet tal-produzzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi tal-vetturi, kif ukoll l-infrastruttura, sa fejn ikun rilevanti, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u sabiex jiġu limitati l-kumplessità amministrattiva u l-kostijiet tal-implimentazzjoni, meta jiġu vvalutati l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, l-infrastruttura jenħtieġ li ma tiġix inkluża. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm devjazzjoni mill-għażliet metodoloġiċi oriġinali tal-istandard EN ISO 14083:2023, sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fis-suq, speċjalment fil-kuntest tal-ktajjen tat-trasport internazzjonali. Madankollu, minn żmien għal żmien, huwa xieraq li tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ aġġustament possibbli tal-EN ISO 14083:2023 mill-perspettiva tal-politiki tal-Unjoni, kif ukoll ta’ emendi futuri għal dak l-istandard li jistgħu jitwettqu mill-Kumitat Ewropew għalll-Istandardizzazzjoni, jew minn korp kompetenti ieħor. F’każ li dawn il-valutazzjonijiet juru riskju li ċerta parti tal-istandard tista’ toħloq żbilanċi bla bżonn fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport f’segmenti speċifiċi tas-suq jew twassal għal diskrepanzi bejn dak l-istandard u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tikkunsidra titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard kif xieraq, jew tiddeċiedi li teskludi dik il-parti tal-istandard mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(13) Jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm devjazzjoni mill-għażliet metodoloġiċi oriġinali tal-istandard EN ISO 14083:2023, sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fis-suq, speċjalment fil-kuntest tal-ktajjen tat-trasport internazzjonali. Madankollu huwa xieraq li, perjodikament, tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ aġġustament possibbli tal-EN ISO 14083:2023 mill-perspettiva tal-politiki tal-Unjoni, inkluża leġiżlazzjoni futura, kif ukoll ta’ emendi futuri għal dak l-istandard li jistgħu jitwettqu mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, jew minn korp kompetenti ieħor. Jekk dawn il-valutazzjonijiet jikkonkludu li hemm riskju li ċerta parti tal-istandard tista’ toħloq żbilanċi bla bżonn fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport f’segmenti speċifiċi tas-suq jew twassal għal diskrepanzi bejn dak l-istandard u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tikkunsidra titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard kif xieraq, jew tiddeċiedi li teskludi dik il-parti tal-istandard mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Emenda tal-istandard jew ta’ komponent li joħloq riskju ovvju ta’ inkompatibbiltà mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u ta’ regoli applikabbli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv fit-tul dwar il-klima u l-miri intermedjarji tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-klima, jenħtieġ li tiġi eskluża. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Jistgħu jintużaw tipi differenti ta’ data tal-input, inkluża data primarja u sekondarja, għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. L-użu ta’ data primarja jwassal għall-aktar riżultati affidabbli u akkurati, u għalhekk jenħtieġ li jingħata prijorità biex tiġi prevista l-adozzjoni gradwali ta’ din id-data fil-proċessi tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Madankollu, id-data primarja tista’ ma tkunx tista’ tinkiseb jew tkun għalja b’mod projbittiv għal ċerti partijiet ikkonċernati, speċjalment l-SMEs. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ data sekondarja jkun permess taħt kundizzjonijiet ċari. |
(15) Jistgħu jintużaw tipi differenti ta’ data tal-input, inkluża data primarja u sekondarja, għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. L-użu ta’ data primarja jwassal għall-aktar riżultati affidabbli u akkurati, u għalhekk jenħtieġ li jkun obbligatorju fil-proċessi tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Madankollu, peress li d-data primarja tista’ ma tkunx tista’ tinkiseb jew tkun għalja b’mod projbittiv għall-kumpaniji żgħar u medji, l-SMEs jenħtieġ li jkunu eżentati. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ data sekondarja jkun permess taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-OEMs jenħtieġ li jipprovdu lill-SMEs aċċess għal data ta’ ġol-vettura rilevanti għal dan il-fini. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Meta organizzatur ta’ servizz tat-trasport li jissottokuntratta parzjalment jew kompletament it-twettiq konkret ta’ servizz tat-trasport u jiddeċiedi li jintegra d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-sottokuntrattur fil-kalkolu globali tiegħu, jenħtieġ li jkun jista’ joqgħod fuq data sekondarja fir-rigward tas-servizzi tat-trasport imwettqa mis-sottokuntrattur(i). Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà biex tintuża data sekondarja minn sottokuntrattur wieħed jew aktar, anke jekk id-data primarja tintuża għall-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mis-servizzi tat-trasport imwettqa minn sottokuntratturi oħra jew mill-flotta tal-organizzatur tas-servizz tat-trasport stess. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) L-Istati Membri jistgħu jintroduċu inċentivi ta’ natura amministrattiva, finanzjarja jew operattiva biex jistimulaw l-użu ta’ data primarja u, f’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jistabbilixxu tali inċentivi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Fir-rigward tad-data sekondarja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu ta’ valuri prestabbiliti jew ta’ data mmudellata. Madankollu, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti u ta’ data mmudellata jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz speċifiku tat-trasport, u għalhekk jenħtieġ li dawk il-valuri prestabbiliti jiġu stabbiliti u d-data mmudellata tiġi żviluppata b’mod newtrali u oġġettiv, abbażi ta’ sorsi affidabbli u ta’ parametri adegwati. |
(16) Fir-rigward tad-data sekondarja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu ta’ valuri prestabbiliti jew ta’ data mmudellata. Madankollu, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti u ta’ data mmudellata jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz speċifiku tat-trasport, u għalhekk jenħtieġ li dawk il-valuri prestabbiliti jiġu stabbiliti u d-data mmudellata tiġi żviluppata u aġġornata regolarment b’mod newtrali u oġġettiv, abbażi ta’ sorsi affidabbli u ta’ parametri adegwati. Il-bażijiet tad-data u l-valuri prestabbiliti li jwasslu biex l-emissjonijiet riżultanti jiġu sottodikjarati meta mqabbla ma’ dawk iddikjarati fir-rapportar tad-data primarja jitqiesu bħala li ma għaddewx mill-kontrolli tekniċi tal-kwalità rigward l-akkuratezza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni. Dawk il-kontrolli tekniċi tal-kwalità jenħtieġ li jiġu ripetuti regolarment. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex tittejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali ta’ dawk il-valuri prestabbiliti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jkunu permessi bażijiet tad-data u settijiet tad-data rilevanti oħra operati minn partijiet terzi bil-kundizzjoni li dawn jgħaddu minn kontroll tekniku tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni. |
(17) Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex tittejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li din il-bażi tad-data, meta applikabbli, tipprovdi biżżejjed granularità u tirrifletti l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali madwar l-Unjoni, u jenħtieġ li tinkludi tabelli separati għal kull tip ta’ trasport, filwaqt li tiżgura aġġornament regolari u inkorporazzjoni ta’ avvanzi teknoloġiċi tal-ogħla livell fit-tnaqqis tal-emissjonijiet. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali ta’ dawk il-valuri prestabbiliti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jkunu permessi bażijiet tad-data u settijiet tad-data rilevanti oħra operati minn partijiet terzi bil-kundizzjoni li dawn jgħaddu minn kontroll tekniku tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ approċċ ibbażat fuq il-post, abbażi tal-fatt li jiġi żgurat sett ta’ valuri tal-intensità aġġornati u akkurati għall-Istati Membri differenti, meta jiġu kkwantifikati emissjonijiet relatati mal-użu ta’ elettriku abbażi ta’ valuri tal-intensità tal-emissjonijiet aġġornati u akkurati għal kull Stat Membru. Huwa mixtieq ukoll approċċ ibbażat fuq is-suq, dment li tiġi żgurata traċċabbiltà xierqa, permezz ta’ kuntratt akkreditabbli mal-garanziji tal-oriġini. Il-bażijiet tad-data stabbiliti minn dan ir-regolament jenħtieġ li jużaw ċifri bbażati fuq approċċ ibbażat fuq il-post. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Jenħtieġ li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra, kif ukoll il-verifika tal-kwalità teknika tal-bażijiet tad-data esterni u tas-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jitwettqu minn korp newtrali u kompetenti li jopera fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-mandat tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-parti tar-Regolament. Meta rilevanti, din il-ħidma tista’ tiddependi fuq il-kontribuzzjoni minn korpi settorjali oħra tal-UE u tiġi appoġġata minnhom, f’konformità mad-dritt separat tal-Unjoni. |
(19) Jenħtieġ li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra stabbiliti minn dan ir-Regolament, kif ukoll il-kontroll tekniku tal-kwalità tal-bażijiet tad-data esterni u tas-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jitwettqu minn korp newtrali u kompetenti li jopera fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-mandat tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-parti tar-Regolament. Meta rilevanti, din il-ħidma tista’ tiddependi fuq il-kontribuzzjoni minn korpi settorjali oħra tal-UE u tiġi appoġġata minnhom, f’konformità mad-dritt separat tal-Unjoni. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Ir-Regolament (UE) 2015/75758 u d-Direttiva 2003/87/KE59 jirrikjedu l-ġbir, il-kalkolu u r-rappurtar annwali tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-bastimenti u mill-inġenji tal-ajru, rispettivament. Ir-Regolament (UE) 2015/757 u d-Direttiva 2003/87/KE jistgħu sa ċertu punt ikunu komplementari għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, speċjalment f’termini tal-produzzjoni ta’ data dwar il-fjuwil maħruq bħala input għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ servizzi tat-trasport. Id-data tal-input għall-ġenerazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tista’ toriġina wkoll mill-implimentazzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi oħra, bħar-Regolament (UE) 2019/124260 u r-Regolament (UE) 2019/63161. |
(21) Ir-Regolament (UE) 2015/75758 u d-Direttiva 2003/87/KE59 jirrikjedu l-ġbir, il-kalkolu u r-rappurtar annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bastimenti u mill-inġenji tal-ajru, rispettivament. Ir-Regolament (UE) 2015/757 u d-Direttiva 2003/87/KE jistgħu sa ċertu punt ikunu komplementari għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, speċjalment f’termini tal-produzzjoni ta’ data dwar il-fjuwil maħruq bħala input għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ servizzi tat-trasport. Id-data tal-input għall-ġenerazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tista’ toriġina wkoll mill-implimentazzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi oħra, bħar-Regolament (UE) 2019/1242, ir-Regolament (UE) 2019/631 u r-Regolament (UE) 2023/2405. |
__________________ |
__________________ |
58 Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55–76) |
58 Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55–76). |
59 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46) |
59 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46). |
60 Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019) |
60 Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019). |
61 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13–53) |
61 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13–53). |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metriki komuni biex tiġi espressa d-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li hija l-bażi tal-komparabbiltà ta’ dik id-data u li tippermetti valutazzjoni komparattiva effettiva ta’ diversi servizzi tat-trasport. Jenħtieġ li l-metriki komuni jippermettu wkoll komunikazzjoni ċara minn fornitur tad-data u fehim akkurat ta’ din il-komunikazzjoni minn riċevitur tad-data. |
(22) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metriki komuni biex tiġi espressa d-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li hija l-bażi tal-komparabbiltà ta’ dik id-data u li tippermetti valutazzjoni komparattiva effettiva ta’ diversi servizzi tat-trasport. Jenħtieġ li l-metriki komuni jippermettu wkoll komunikazzjoni ċara minn fornitur tad-data u fehim akkurat ta’ din il-komunikazzjoni minn riċevitur tad-data. F’dan is-sens, meta jiġu ddeterminati d-distanzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment tal-intensità tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika r-regoli dettaljati dwar l-użu tal-għażla tad-Distanza Ortodromika (“GCD”) fl-ISO14083. Dawk ir-regoli jenħtieġ li ma jipprevjenux l-użu ta’ data primarja dwar id-distanza reali, bħal fis-settur ferrovjarju. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni rigward l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel il-forniment ta’ servizz tat-trasport hija kruċjali biex jiġi mħeġġeġ proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat miċ-ċittadini u tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ entitajiet li jorganizzaw u jipprovdu dawn is-servizzi fis-suq. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatata ma’ servizz tat-trasport speċifiku jenħtieġ li tiġi ddivulgata mill-entitajiet ikkonċernati u l-intermedjarji tad-data, kull meta possibbli, qabel il-forniment tas-servizz tat-trasport. Madankollu, l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tista’ tiġi ddivulgata wara l-forniment tas-servizz tat-trasport, b’mod partikolari meta l-komunikazzjonijiet bejn il-kumpaniji jeħtieġu livell aktar dettaljat ta’ informazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ktajjen loġistiċi u r-relazzjonijiet kuntrattwali tas-sottokuntrattar. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 23b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23b) L-intermedjarji tad-data jenħtieġ li jkunu obbligati jinkorporaw l-informazzjoni b’mod viżibbli f’kull riżultat tat-tiftix u jinkludu l-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet bħala għażla ta’ klassifikazzjoni prestabbilta, fejn tintwera l-ewwel l-għażla l-aktar ekoloġika, kif ukoll tqabbil faċli bejn għażliet modali differenti, inkluż l-użu ta’ vetturi privati kif ukoll għażliet ta’ roti, meta xieraq. L-operaturi tal-kummerċ elettroniku jenħtieġ li juru wkoll l-emissjonijiet tas-servizz tat-trasport assoċjati mal-għażliet differenti ta’ konsenja tal-pakketti, flimkien mad-data u l-kost stmati attwalment disponibbli. Id-data tal-output relatata mal-emissjonijiet reali tas-servizz tat-trasport jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll wara t-tlestija tagħha. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 26
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) L-għodod ta’ kalkolu esterni li huma pprovduti fis-suq għall-użu kummerċjali u mhux kummerċjali usa’ jistgħu jiffaċilitaw il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u b’hekk jappoġġaw l-adozzjoni tagħha mill-gruppi usa’ ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-għodod jiġi ċċertifikat biex jiggarantixxi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-metodoloġija ta’ referenza komuni u ta’ sett xieraq ta’ data tal-input. |
(26) L-għodod ta’ kalkolu esterni li huma pprovduti fis-suq għall-użu kummerċjali u mhux kummerċjali usa’ jistgħu jiffaċilitaw il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u b’hekk jappoġġaw l-adozzjoni tagħha mill-gruppi usa’ ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-għodod jiġi ċċertifikat biex jiggarantixxi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-metodoloġija ta’ referenza komuni u ta’ sett xieraq ta’ data tal-input. Iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika jekk l-għodda ta’ kalkolu tappoġġax kalkoli bbażati fuq data primarja. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26a) Sabiex tinħoloq proċedura komuni u li titqabbel faċilment, kif ukoll biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-entitajiet li jixtiequ jikkalkulaw l-emissjonijiet tagħhom, b’mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa għodda ta’ kalkolu li tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, li tiggarantixxi aċċessibbiltà tad-data tal-output u li tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli online. Din l-għodda ta’ kalkolu jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ gwida pass pass. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li din l-għodda tgħin biex titqajjem kuxjenza u tinċentiva l-użu tad-data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 27
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Sistema ta’ verifika mfassla kif xieraq għall-konformità tad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra divulgata fis-suq u l-proċessi ta’ kalkolu sottostanti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandha żżid sostanzjalment il-fiduċja fl-affidabbiltà u l-akkuratezza ta’ dik id-data. Jenħtieġ li l-entitajiet li jkunu għaddew b’suċċess mill-valutazzjoni tal-konformità jkunu intitolati li jiksbu prova tal-konformità, li għandha tiġi rrikonoxxuta b’mod komuni madwar l-Unjoni. Meta tiġi inkluża data primarja, jenħtieġ li l-prova tal-konformità tirrikonoxxiha, speċjalment biex tinċentiva l-ġbir u l-użu ta’ data primarja minn kwalunkwe entità kkonċernata mir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament. |
(27) Sistema ta’ verifika mfassla kif xieraq għall-konformità tad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra divulgata fis-suq u l-proċessi ta’ kalkolu sottostanti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija mistennija żżid sostanzjalment il-fiduċja fl-affidabbiltà u l-akkuratezza ta’ dik id-data. Jenħtieġ li l-entitajiet li jkunu għaddew b’suċċess mill-valutazzjoni tal-konformità jkunu intitolati li jiksbu prova tal-konformità, li jeħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b’mod komuni madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-prova tal-konformità tispeċifika s-sehem ta’ data primarja użata, sabiex tinċentiva l-ġbir u l-użu ta’ data primarja minn kwalunkwe entità kkonċernata mir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bbażata fuq data primarja tista’ tiżvela l-ammont ta’ fjuwil jew enerġija kkonsmati li huwa relatat mal-inkarigi ta’ klijenti speċifiċi, u għalhekk l-emissjonijiet jistgħu jiġu kkonvertiti b’mod invers fil-kost tal-operazzjoni. Speċjalment fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, dan jaffettwa b’mod negattiv is-setgħa ta’ negozjar tal-SMEs. Għalhekk, l-intrapriżi l-kbar jenħtieġ li ma jitħallewx jitolbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra abbażi ta’ data primarja mis-sħab tal-katina tal-valur, b’mod partikolari mill-SMEs. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 29b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29b) Biex jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tiegħu, inkluż bl-istabbiliment ta’ sistema ta’ penali. Il-penali finanzjarji jenħtieġ li jkunu proporzjonati u dissważivi, u jqisu kwalunkwe okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ informazzjoni jew tal-forniment ta’ informazzjoni qarrieqa minn entitajiet ikkonċernati. L-ammonti minimi jew massimi stabbiliti jenħtieġ li bl-ebda mod ma jiġġeneraw xi inċentiv għan-nonkonformità. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontabbiltà u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe entità li tipprovdi jew torganizza servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Unjoni li tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni u li tiddivulga informazzjoni diżaggregata dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza għal finijiet kummerċjali jew regolatorji. |
Dan ir-Regolament japplika għal: |
|
(a) entitajiet li jipprovdu jew jorganizzaw servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Unjoni li jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni, u jiddivulgaw informazzjoni diżaggregata dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza. |
|
(b) intermedjarji tad-data li jikkalkulaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u mhux biss jiddivulgaw informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) “gass serra” tfisser kostitwent gassuż tal-atmosfera, kemm naturali kif ukoll antropoġeniku, li jassorbi u jarmi radjazzjoni f’tul ta’ mewġa speċifiku fl-ispettru tar-radjazzjoni infraħamra emessa mill-wiċċ tad-dinja, mill-atmosfera u mis-sħab; |
(1) “gass serra” tfisser kostitwent gassuż tal-atmosfera, kemm naturali kif ukoll antropoġeniku, li jassorbi u jarmi radjazzjoni f’tul ta’ mewġa speċifiku fl-ispettru tar-radjazzjoni infraħamra emessa mill-wiċċ tad-dinja, mill-atmosfera u mis-sħab, kif stabbilit fl-aktar Rapport ta’ Valutazzjoni reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC); |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) “intermedjarju tad-data” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tiġbor u tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport abbażi ta’ arranġamenti legali, kuntrattwali jew rilevanti oħra separati; |
(13) “intermedjarju tad-data” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tiġbor, tikkalkula jew tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) “fattur ta’ emissjoni tal-gassijiet serra” tfisser il-koeffiċjent li jirrelata l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra; |
(17) “fattur ta’ emissjoni tal-gassijiet serra” tfisser koeffiċjent li jirrelata d-data speċifikata dwar l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra; |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) “emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel” tfisser emissjonijiet li jirrappreżentaw l-impatt tal-gassijiet serra li jirriżultaw kemm mill-użu tal-vettura kif ukoll mill-provvista tal-enerġija tal-vetturi |
(18) “emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel” tfisser emissjonijiet li jirrappreżentaw l-impatt tal-gassijiet serra li jirriżultaw kemm mill-użu tal-vettura kif ukoll mill-provvista tal-enerġija tal-vetturi, li huma subsett tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) “emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ” tfisser l-emissjonijiet li jirrappreżentaw is-somma tas-sehem korrispondenti ta’ emissjonijiet relatati mal-kostruzzjoni tal-infrastruttura użata mill-vettura, l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni, il-manutenzjoni u t-tmiem tal-ħajja tal-vettura u l-emissjonijiet well-to-wheel; |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) “valur prestabbilit” tfisser valur tad-data sekondarja meħud minn sors ippubblikat, li jitqies bħala prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ data primarja jew immudellata; |
(23) “valur prestabbilit” tfisser valur tad-data sekondarja meħud minn sors ippubblikat u vverifikat minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jitqies bħala prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ data primarja jew immudellata; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 30a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30a) “organizzatur ta’ servizzi tat-trasport” tfisser entità li tipprovdi servizzi tat-trasport li fihom l-operazzjoni ta’ xi elementi tal-katina tat-trasport tiġi sottokuntrattata lil entità waħda jew aktar li toperahom; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 30b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30b) “sottokuntrattur tat-trasport” tfisser entità li tipprovdi operazzjonijiet ta’ trasport għal element wieħed jew aktar tal-ktajjen tat-trasport f’isem organizzatur ta’ servizzi tat-trasport, fl-ambitu ta’ arranġamenti kuntrattwali. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-metodoloġija definita fl-istandard EN ISO 14083:2023, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, u tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. |
1. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel tas-servizzi tat-trasport għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-metodoloġija definita fl-istandard EN ISO 14083:2023, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, u tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aċċess għall-istandard EN ISO 14083:2023 mingħajr ħlas, permezz ta’ sit web faċilment aċċessibbli. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aġġustament ta’ kwalunkwe komponent tal-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
2. Mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aġġustament ta’ kwalunkwe komponent tal-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari sabiex tiżgura l-konsistenza tiegħu mal-objettiv klimatiku fit-tul u mal-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 u f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-modi kollha tat-trasport, b’mod partikolari l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-manifattura, il-manutenzjoni u r-rimi tal-vetturi. Għandha tqis kif xieraq kwalunkwe metodoloġija għall-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja żviluppata f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolament (UE) 2023/1542 u r-Regolament (UE) 2019/1242. Ir-rapport għandu jivvaluta l-aħjar approċċ biex tiġi implimentata l-metodoloġija komuni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-Unjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat immedjatament minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali, tas-saħħa u soċjali tal-inklużjoni tal-kontabbiltà tat-tniġġis tal-arja kkawżat mis-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tiċċara l-metodoloġija ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tagħha fis-suq fir-rigward tal-approċċ għad-determinazzjoni ta’ parametri xierqa rilevanti għall-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel ma jiġi pprovdut servizz, u, meta applikabbli, parametri tekniċi oħra relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data li ma humiex spjegati b’mod espliċitu f’dik il-metodoloġija. |
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tiċċara l-metodoloġija ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tagħha fis-suq fir-rigward tal-approċċ għad-determinazzjoni ta’ parametri xierqa rilevanti għall-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel ma jiġi pprovdut servizz, u, meta applikabbli, parametri tekniċi oħra relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data li ma humiex spjegati b’mod espliċitu f’dik il-metodoloġija. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jagħtu prijorità lill-użu ta’ data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport. |
1. L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jużaw data primarja biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jipprovdu, bl-eċċezzjoni tas-servizzi pprovduti minn intrapriżi mikro, żgħar u medji kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. L-SMEs għandhom jagħtu prijorità lill-użu ta’ data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Meta l-SMEs joperaw bħala sottokuntratturi tat-trasport, għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq data sekondarja, anki jekk l-organizzatur tat-trasport ikun qed juża data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn servizz tat-trasport imwettaq minn sottokuntratturi oħra tat-trasport jew mill-flotta tiegħu stess. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu inċentivi amministrattivi, finanzjarji jew operazzjonali biex jistimulaw l-użu ta’ data primarja u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-natura u l-iskeda ta’ żmien tagħhom. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-użu ta’ data sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport għandu jkun permess fil-qafas tal-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. L-użu ta’ data sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport għandu jkun permess għall-SMEs fil-qafas tal-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ esklużjoni u devjazzjonijiet mid-distanza ortodromika (“GCD”). |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Il-Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali (“OEMs”) għandhom jagħtu aċċess adegwat għal data rilevanti ta’ ġol-vettura lill-SMEs, sal-punt li jkun meħtieġ għall-fini tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, u sakemm ikun rilevanti għall-fini li jiġi ffaċilitat il-ġbir akkurat tad-data tagħhom u l-kalkoli sussegwenti. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tistabbilixxi bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 5(2). |
1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, filwaqt li tqis l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u ta’ korpi settorjali oħra tal-UE, għandha tistabbilixxi fi żmien 18-il xahar wara d-dħul tas-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(i) li tkun disponibbli mingħajr ħlas. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Meta jistabbilixxu l-bażi tad-data ewlenija tal-UE tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(i), il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandhom jipproduċu tabella separata għal kull mod ta’ trasport. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. 1b. Meta tiżviluppa l-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha: |
|
(a) tapplika l-approċċ ibbażat fuq il-post previst fl-istandard imsemmi fl-Artikolu 4 (“l-approċċ ibbażat fuq il-post”); |
|
(b) tqis il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-elettriku kkunsmat mit-trasport ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-post u l-approċċ ibbażat fuq is-suq skont l-EN ISO 14083:2023, għandha tiġi rrapportata t-taħlita ta’ elettriku bbażata fuq is-suq, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness J tal-istandard imsemmi. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1d. Sakemm tiġi stabbilita l-bażi tad-data ewlenija tal-UE, l-entitajiet jistgħu jirreferu għal bażijiet tad-data nazzjonali oħra, li jitqiesu li jkunu ġew ivverifikati, skont l-Artikolu 13(8) jew li jkunu ġew ivverifikati skont liġi eżistenti oħra tal-Unjoni dment li tali data tkun disponibbli fl-istess livell ta’ aggregazzjoni bħal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp kontinwu tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, mill-inqas annwalment, il-manutenzjoni, l-aġġornament, l-iżvilupp kontinwu, u livell xieraq ta’ sigurtà tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kwalunkwe aġġornament tal-valuri prestabbiliti għandu jiġi nnotifikat lill-pubbliku mingħajr dewmien. Wara tali aġġornament, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiddivulgaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u filwaqt li tqis l-għarfien espert tal-persuni kkonċernati rilevanti, għandha tiżgura li jitwettqu kontrolli tekniċi tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, b’mod simili għal dawk applikabbli għall-bażijiet tad-data jew is-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas. |
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun faċilment aċċessibbli, miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Żviluppatur ta’ bażi tad-data jew sett tad-data msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii) għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontroll tekniku tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra inklużi f’dik il-bażi tad-data jew sett tad-data. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha twettaq il-verifika tal-kwalità teknika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament. |
1. Bażi tad-data jew sett tad-data msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii), jistgħu jintużaw biss biex tinkiseb data sekondarja dment li jipprovdu data aktar granulari jew relatata mas-settur minn dik inkluża fil-bażi tad-data ewlenija tal-UE msemmija fl-Artikolu 6. Żviluppatur ta’ bażi tad-data jew sett tad-data msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii) għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontroll tekniku tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra inklużi f’dik il-bażi tad-data jew sett tad-data. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha twettaq il-kontroll tekniku tal-kwalità f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament. Il-kontroll tekniku tal-kwalità għandu jsir fi żmien 12-il xahar mill-wasla uffiċjali tal-applikazzjoni. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-kontroll tekniku tal-kwalità tal-bażijiet tad-data u tas-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi tqabbil bejn l-emissjonijiet kif irrapportati bl-użu tad-data primarja, u l-emissjonijiet kif jiġu rrapportati bl-użu tal-bażi tad-data jew tal-valuri prestabbiliti, għal każijiet ta’ użu rappreżentattiv ekwivalenti. Il-bażijiet tad-data u l-valuri prestabbiliti li jwasslu għal sottodikjarazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw meta mqabbla ma’ dawk iddikjarati fir-rapportar tad-data primarja għandhom jirċievu valutazzjoni negattiva mill-kontroll tekniku tal-kwalità. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Il-kontroll tekniku tal-kwalità għandu jiżgura wkoll li l-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jikkonformaw mar-regoli dettaljati fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2a tal-Artikolu 5. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għandhom jintużaw biss il-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet li ġew ivvalutati b’mod pożittiv f’dak il-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1 għall-finijiet tal-użu ta’ data sekondarja f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii). |
2. Għandhom jintużaw biss il-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet li ġew ivvalutati b’mod pożittiv f’dak il-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1 għall-finijiet tal-użu ta’ data sekondarja f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii). Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm lista aġġornata tal-bażijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mħaddma minn partijiet terzi li jkunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv. Il-lista aġġornata għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-kontroll tekniku tal-kwalità huwa meħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Rekord ta’ valutazzjoni pożittiva ta’ dak il-kontroll tal-kwalità għandu jkun validu għal sentejn. |
3. Il-kontroll tekniku tal-kwalità huwa meħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Rekord ta’ valutazzjoni pożittiva ta’ dak il-kontroll tal-kwalità għandu jkun validu għal sentejn. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas għall-SMEs. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b). |
1. Sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u filwaqt li jitqies l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati u ta’ korpi settorjali oħra tal-UE, għandha tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b). |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Meta tiżviluppa l-fatturi stabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha: |
|
(a) tapplika l-approċċ ibbażat fuq il-post previst fl-istandard imsemmi fl-Artikolu 4 (“l-approċċ ibbażat fuq il-post”); |
|
(b) tqis il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-elettriku kkunsmat mit-trasport ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-post u l-approċċ ibbażat fuq is-suq skont l-EN ISO 14083:2023, għandha tiġi rrapportata t-taħlita ta’ elettriku bbażata fuq is-suq, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness J tal-istandard imsemmi. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. Sakemm tiġi stabbilita l-bażi tad-data ċentrali tal-UE, l-entitajiet jistgħu jirreferu għal bażijiet tad-data nazzjonali oħra, li jitqiesu li jkunu ġew ivverifikati, skont l-Artikolu 13(8) jew li jkunu ġew ivverifikati skont liġi eżistenti oħra tal-Unjoni dment li tali data tkun disponibbli fl-istess livell ta’ aggregazzjoni bħal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp kontinwu tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
2. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżgura, mill-inqas annwalment, il-manutenzjoni, l-aġġornament, u l-iżvilupp kontinwu, u livell xieraq ta’ sigurtà, tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kwalunkwe aġġornament tal-valuri prestabbiliti għandu jiġi nnotifikat lill-pubbliku mingħajr dewmien. Wara tali aġġornament, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiddivulgaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-fatturi prestabbiliti tal-intensità ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas. |
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-fatturi prestabbiliti tal-intensità ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport għandu jkun faċilment aċċessibbli, miftuħ għall-pubbliku, u mingħajr ħlas. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8a |
|
Appoġġ għall-governanza għall-intrapriżi żgħar u medji |
|
1. Sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda ta’ kalkolu simplifikat għall-SMEs li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, faċli għall-utent u mingħajr ħlas, f’konformità mal-Artikolu 11. Għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ gwida pass pass, li jispjegaw b’mod ċar kif dik l-għodda ta’ kalkolu tiffunzjona. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riskju li d-data divulgata mill-SMEs li jaġixxu bħala sottokuntratturi, skont dan ir-Regolament, tista’ tintuża mill-organizzaturi tas-servizzi tat-trasport għal prattiki tas-suq inġusti. Sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġu pprovduti miżuri għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ data kummerċjalment sensittiva. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-data tal-output bħala minimu għandha tikkonsisti f’massa totali ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e) għal kull servizz tat-trasport, u, fir-rigward ta’ tip ta’ servizz tat-trasport ikkonċernat, f’mill-inqas waħda mill-metriki tad-data li ġejjin: |
3. Id-data tal-output għandha tikkonsisti f’massa totali ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e) għal kull servizz tat-trasport, u, fir-rigward ta’ tip ta’ servizz tat-trasport ikkonċernat, f’mill-inqas waħda mill-metriki tad-data li ġejjin: |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-entitajiet ikkonċernati għandhom jiddivulgaw id-data tal-output b’mod ċar u mhux ambigwu. Meta l-entitajiet ikkonċernati jiddivulgaw id-data tal-output, fil-komunikazzjoni li takkumpanja din id-divulgazzjoni, dawn għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja: “Emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel ikkalkulati f’konformità mar-Regolament [referenza għal dan ir-Regolament] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u fejn possibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq is-servizz. |
1. L-entitajiet ikkonċernati għandhom jiddivulgaw id-data tal-output b’mod ċar u mhux ambigwu kull meta possibbli qabel il-forniment ta’ servizz tat-trasport jew il-konklużjoni tal-kuntratt. Meta l-entitajiet ikkonċernati jiddivulgaw id-data tal-output, fil-komunikazzjoni li takkumpanja din id-divulgazzjoni, dawn għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja: “Emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel ikkalkulati f’konformità mar-Regolament tal-UE [referenza għal dan ir-Regolament]”, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u fejn possibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq is-servizz. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jagħżlu li juru b’mod viżibbli l-informazzjoni li ġejja: |
|
(a) jekk id-data tagħhom hijiex soġġetta għall-verifika annwali; |
|
(b) jekk użawx data primarja, f’liema każ għandhom jiġu pprovduti l-varjabbli derivati minn data primarja; |
|
(c) jekk użawx l-għodda ta’ kalkolu tal-UE stabbilita mill-paragrafu 2a tal-Artikolu 9. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta d-data tal-output tinkiseb u tiġi ddivulgata minn intermedjarju tad-data abbażi ta’ arranġamenti separati, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9(3). Meta jiddivulga d-data tal-output, l-intermedjarju tad-data għandu jinkludi referenza għas-sors ta’ din id-data. |
2. Meta d-data tal-output tiġi ddivulgata minn intermedjarju tad-data, b’mod partikolari servizzi ta’ navigazzjoni diġitali u ta’ ppjanar tar-rotot tal-vjaġġi, abbażi ta’ arranġamenti separati, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9(3). Meta jiddivulga d-data tal-output, l-intermedjarju tad-data għandu jinkludi referenza għas-sors ta’ din id-data. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għandha tiġi pprovduta lil intermedjarji tad-data diġitali minn entità kkonċernata jew persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. Id-data tal-output divulgata minn dawk l-intermedjarji tad-data diġitali għandha tinkorpora l-informazzjoni b’mod viżibbli f’kull riżultat tat-tiftix u tinkludi l-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet bħala għażla ta’ klassifikazzjoni prestabbilta, fejn tintwera l-ewwel l-għażla l-aktar ekoloġika, kif ukoll tqabbil faċli bejn għażliet modali differenti, inkluż l-użu ta’ vetturi privati, kif ukoll għażliet ta’ roti, meta xieraq. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) din għandha ssir disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti, jew ta’ parti terza oħra sakemm japplikaw arranġamenti legali jew kuntrattwali separati; |
(b) din għandha ssir disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 13(9), jew ta’ parti terza oħra sakemm japplikaw arranġamenti legali jew kuntrattwali separati; |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-data tal-output u l-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u mhux ambigwu, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Meta jkun possibbli, dawn għandhom ikunu disponibbli fil-forma ta’ weblink, kodiċi QR jew ekwivalenti. |
5. Id-data tal-output u l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u mhux ambigwu, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dawn għandhom ikunu disponibbli f’forma armonizzata u sempliċi, fil-forma ta’ weblink, kodiċi QR jew ekwivalenti, filwaqt li jippermettu l-interoperabbiltà tad-data tal-output u l-evidenza fost fornituri differenti ta’ servizzi tat-trasport. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Kwalunkwe riċevitur tad-data tal-output u tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandu jieħu miżuri biex jiżgura l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali rilevanti li tiġi pproċessata u kkomunikata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jiżgura li tali data tkun tista’ tiġi aċċessata, ipproċessata u ddivulgata biss meta tkun awtorizzata. |
7. Kwalunkwe riċevitur tad-data tal-output u tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 għandu jieħu miżuri biex jiżgura l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali rilevanti li tiġi pproċessata u kkomunikata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jiżgura li tali data tkun tista’ tiġi aċċessata, ipproċessata u ddivulgata biss meta tkun awtorizzata. |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-iżviluppatur tal-għodda ta’ kalkolu għandu jissottometti applikazzjoni lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandu jivvaluta l-konformità tal-għodda ta’ kalkolu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità tal-għodda ta’ kalkolu ma’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi r-raġunijiet għall-valutazzjoni negattiva lill-applikant. |
2. L-iżviluppatur tal-għodda ta’ kalkolu għandu jissottometti applikazzjoni lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandu jivvaluta l-konformità tal-għodda ta’ kalkolu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità tal-għodda ta’ kalkolu ma’ dan ir-Regolament billi jispeċifika jekk l-għodda tappoġġax kalkoli bbażati fuq data primarja. Fil-każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi r-raġunijiet għall-valutazzjoni negattiva lill-applikant. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-għodod ta’ kalkolu li jintużaw internament minn entità biex tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu allinjati wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti mill-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1). |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista tal-għodod kollha ta’ kalkolu li huma ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-paragrafu 2. |
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista faċilment aċċessibbli tal-għodod kollha ta’ kalkolu li huma ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-paragrafu 2, kif ukoll link għas-siti web imsemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-data tal-output imsemmija fl-Artikolu 9 għandha tkun soġġetta għall-verifika tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament. |
1. Id-data tal-output imsemmija fl-Artikolu 9 għandha tkun soġġetta għall-verifika tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament. Il-verifika għandha titwettaq mill-inqas annwalment f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(9). Il-verifika tista’ tintalab ukoll mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, minn entità kkonċernata oħra jew mill-klijenti tagħha. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rekwiżiti ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-entitajiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE66. L-intrapriżi mikro, żgħar u medji tista’ ssirilhom il-verifika fuq talba tagħhom. |
2. Ir-rekwiżiti ta’ verifika annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-entitajiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE66. L-intrapriżi mikro, żgħar u medji tista’ ssirilhom il-verifika fuq talba tagħhom. |
__________________ |
__________________ |
66 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). |
66 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 għandu jivverifika l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-aderenza u l-akkuratezza tad-data tal-output divulgata minn entità kkonċernata. |
1. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 għandu jivverifika l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-aderenza u l-akkuratezza tad-data tal-output divulgata minn entità kkonċernata. Il-verifika għandha titwettaq mill-inqas annwalment, u f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(9). |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) is-sors(i) tad-data tal-input użati għall-kalkolu; |
(b) is-sors(i) tad-data tal-input użati għall-kalkolu, u s-sehem ta’ data primarja użata; |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-intermedjarji tad-data għandhom jiġu vverifikati abbażi ta’ jekk l-algoritmi tagħhom jinkorporawx u jippermettux il-wiri ta’ informazzjoni sseparata b’mod affidabbli skont l-emissjonijiet billi jinkluduha bħala għażla prestabbilita, kif ukoll il-filtri jew il-punti ewlenin differenti relatati mal-kwalità tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2a). |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta l-entità tuża l-għodod ta’ kalkolu tagħha stess għad-data tal-output imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(1), il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jivvaluta l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1). |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta l-valutazzjoni tal-verifika tidentifika kalkoli skorretti jew nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-entità kkonċernata dwar dan f’waqtu. Imbagħad dik l-entità għandha tikkoreġi l-kalkolu jew tirranġa n-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex il-proċess ta’ verifika jkun jista’ jitlesta. |
4. Meta l-valutazzjoni tal-verifika tidentifika kalkoli skorretti jew nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-entità kkonċernata dwar dan mingħajr dewmien. Imbagħad dik l-entità għandha tikkoreġi l-kalkolu jew tirranġa n-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex il-proċess ta’ verifika jkun jista’ jitlesta. |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Jekk l-entità, wara mill-inqas żewġ notifiki mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, tirrifjuta li tikkoreġi l-kalkoli jew li tirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità fir-rigward tal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, fuq talba tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, għandha tibda proċedura ta’ penali f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 9. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jqisu, fost aspetti oħra, il-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati jew mistennija li jiġu ġġenerati mill-entità kkonċernata min-nuqqas ta’ konformità, meta applikabbli. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-entità kkonċernata għandha tipprovdi lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-kalkoli. |
5. L-entità kkonċernata għandha tipprovdi, fi żmien 30 jum, lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika, f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu (9), biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-kalkoli. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Mat-tlestija tal-verifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jfassal, meta xieraq, prova tal-konformità li tikkonferma li d-data tal-output tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
6. Mat-tlestija tal-verifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jfassal prova tal-konformità li tikkonferma li d-data tal-output tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament u li tispeċifika jekk l-entità tużax data primarja. |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jfassal u jżomm lista aġġornata tal-entitajiet li jkunu għaddew mill-verifika skont il-paragrafi 1 sa 6. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinnotifika dik il-lista lill-Kummissjoni. |
7. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jfassal u jżomm lista aġġornata tal-entitajiet li jkunu għaddew mill-verifika annwali skont il-paragrafi 1 sa 6. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinnotifika dik il-lista lill-Kummissjoni. |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-verifika tad-data tal-output u l-prova ta’ konformità relatata. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5), u d-drittijiet ta’ komunikazzjoni assoċjati mal-użu ta’ data primarja msemmija fl-Artikolu 10(4). |
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-verifika tad-data tal-output, il-prova ta’ konformità relatata u l-proċedura ta’ penali. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5), u d-drittijiet ta’ komunikazzjoni assoċjati mal-użu ta’ data primarja msemmija fl-Artikolu 10(4). |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti minn entità li tapplika għall-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13. |
2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe entità li tapplika għall-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13. |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati kif imsemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 15(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 5(2a), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 13(9) u fl-Artikolu 15(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn: [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 15(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 5(2a), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 13(9) u fl-Artikolu 15(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 15(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(2a), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 13(9) u l-Artikolu 15(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [OP: jekk jogħġbok daħħal data: 5 snin wara li r-Regolament isir applikabbli]. |
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [OP: jekk jogħġbok daħħal data: 36 xahar wara li r-Regolament isir applikabbli]. |
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi: |
|
(a) valutazzjoni tal-impatti għall-entitajiet ikkonċernati rigward il-piż burokratiku maħluq mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) valutazzjoni tal-impatti tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-operazzjonijiet sottokuntrattati; |
|
(c) valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-inċentivi amministrattivi, finanzjarji jew operazzjonali nazzjonali introdotti mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1b; |
|
(d) valutazzjoni tal-impatti ta’ rekwiżit obbligatorju għall-kwantifikazzjoni u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, f’konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament applikabbli għall-entitajiet kollha li jorganizzaw u jipprovdu servizzi tat-trasport. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
2. Għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Madankollu, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 13(9) u l-Artikolu 15(4) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
3. Madankollu, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 13(9) u l-Artikolu 15(4) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-11 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni adottat il-proposta għal regolament dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tas-servizzi tat-trasport fl-UE (CountEmissionsEU) bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv dwar it-trasport tal-merkanzija ekoloġiku.
Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) hija miżura użata f’diversi setturi ekonomiċi biex tiġi ġġenerata data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Fis-settur tat-trasport, informazzjoni trasparenti dwar l-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport tagħti s-setgħa lill-klijenti biex jagħmlu għażliet infurmati tajjeb u tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-entitajiet li jorganizzaw u jipprovdu dawn is-servizzi fis-suq. Id-disponibbiltà ta’ data affidabbli dwar l-emissjonijiet tista’ tħeġġeġ is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u t-tibdil fl-imġiba favur għażliet ta’ trasport iktar sostenibbli.
CountEmissionsEU tipprovdi qafas komuni għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tas-servizzi tat-trasport abbażi ta’ standard ISO. L-għan huwa li titjieb il-komparabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) kondiviża fil-katina tat-trasport multimodali. Barra minn hekk, l-inizjattiva għandha l-għan li tħeġġeġ lill-operaturi ekonomiċi u lil entitajiet rilevanti oħra biex jadottaw dejjem aktar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG), u b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) mis-servizzi tat-trasport.
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmilx il-kalkolu jew id-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) obbligatorji. Madankollu, tirrikjedi li entità tipprovdi jew torganizza servizz tat-trasport bl-użu tal-qafas komuni stabbilit f’din il-proposta meta tiddivulga data jew jekk liġijiet oħra tal-Unjoni jew liġi nazzjonali applikabbli jeħtiġux tali kalkolu u divulgazzjoni.
L-istandard ISO 14083:2023
Bħala metodoloġija unika, il-Kummissjoni qed tipproponi l-istandard il-ġdid tal-ISO 14083:2023, għall-kalkolu tal-emissjonijiet mis-servizzi tat-trasport. Dan l-istandard huwa rikonoxxut mad-dinja kollha, u b’hekk joħloq l-opportunità għal allinjament globali.
Data tal-input
Sabiex jiġu żgurati outputs tal-kalkolu tal-gassijiet serra komparabbli u akkurati, il-proposta tal-Kummissjoni tagħti prijorità lill-użu tad-data primarja. Madankollu, peress li d-data primarja tista’ ma tkunx tista’ tinkiseb jew tiswa tant li tkun projbittiva għal ċerti partijiet ikkonċernati, l-użu ta’ data sekondarja, inklużi valuri prestabbiliti, għandu jkun permess taħt kundizzjonijiet ċari. Il-Kummissjoni se toħloq sett armonizzat ta’ valuri prestabbiliti li se jiġu ppubblikati f’bażijiet tad-data ċentrali tal-UE filwaqt li tippermetti l-użu ta’ bażijiet tad-data esterni ċċertifikati żviluppati minn partijiet terzi. Biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ data primarja, ir-rapporteurs jagħmlu l-użu ta’ data primarja obbligatorju għall-entitajiet ikkonċernati kollha, ħlief għall-SMEs. Qed jipproponu wkoll li l-provi ta’ konformità maħruġa mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jispeċifikaw b’mod ċar jekk l-entitajiet ikkonċernati użawx data primarja. Fl-aħħar nett, qed jippjanaw li jiddivulgaw jekk l-għodda ta’ kalkolu tappoġġax kalkolu bbażat fuq data primarja.
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Bħala parti mill-klawżola ta’ rieżami, ir-rapporteurs jitolbu lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatti tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit obbligatorju għall-entitajiet li jipprovdu jew jorganizzaw servizz tat-trasport biex jikkwantifikaw u jiddivulgaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur Pascal Canfin jiddikjara li rċieva kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Entità u/jew persuna |
CEFIC |
SNCF |
T&E |
ICCT |
Smart Freight Centre |
ADEME |
Trainline |
La Poste |
BEUC |
Arbeiterkammer Wien AK |
Volvo |
Scania |
UNIFE |
A4E |
F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur Barbara Thaler tiddikjara li rċiviet kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Entità u/jew persuna |
ACEA |
Alstom |
DB |
GE Aerospace |
FS Itaniane |
CER |
FuelsEurope |
Volvo |
Connekt |
UNIFE |
UPS |
Rolls Royce |
Daimler |
CEFIC |
Il-listi ta’ hawn fuq huma mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteurs.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport |
|||
Referenzi |
COM(2023)0441 – C9-0305/2023 – 2023/0266(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
12.7.2023 |
|
|
|
Kumitati responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 19.10.2023 |
TRAN 19.10.2023 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Pascal Canfin 12.10.2023 |
Barbara Thaler 12.10.2023 |
|
|
Artikolu 58 – Proċedura b’kumitat konġunt Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.10.2023 |
|||
Eżami fil-kumitat |
11.1.2024 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.3.2024 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
58 19 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Arena, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, José Ramón Bauzá Díaz, Sergio Berlato, Izaskun Bilbao Barandica, Malin Björk, Karolin Braunsberger-Reinhold, Nathalie Colin-Oesterlé, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Jens Gieseke, Linus Glanzelius, Catherine Griset, Martin Hojsík, Jan Huitema, Karin Karlsbro, Elena Kountoura, Bogusław Liberadzki, César Luena, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Lydie Massard, Tilly Metz, Silvia Modig, Alessandra Moretti, Ljudmila Novak, Jan-Christoph Oetjen, Nikos Papandreou, Rovana Plumb, Jessica Polfjärd, Dominique Riquet, Sándor Rónai, Maria Veronica Rossi, Maria Spyraki, Barbara Thaler, Edina Tóth, Achille Variati, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Stefania Zambelli |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
João Albuquerque, Catherine Chabaud, Christophe Clergeau, Estrella Durá Ferrandis, Angel Dzhambazki, Michael Gahler, Martin Häusling, Radan Kanev, Ska Keller, Max Orville, Andrey Slabakov |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrus Ansip, Gabriele Bischoff, Ilana Cicurel, Katalin Cseh, Marie Dauchy, Martina Dlabajová, Francisco Guerreiro, Anja Haga, Heidi Hautala, Sophia in ‘t Veld, Marina Kaljurand, Fabienne Keller, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Miapetra Kumpula-Natri, Javier Moreno Sánchez, Maria Noichl, Witold Pahl, Mounir Satouri, Birgit Sippel, Thomas Waitz |
|||
Data tat-tressiq |
6.3.2024 |
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
58 |
+ |
PPE |
Nathalie Colin‑Oesterlé, Jessica Polfjärd, Maria Spyraki, Stefania Zambelli |
Renew |
Andrus Ansip, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Catherine Chabaud, Ilana Cicurel, Katalin Cseh, Martina Dlabajová, Martin Hojsík, Jan Huitema, Karin Karlsbro, Fabienne Keller, Moritz Körner, Jan‑Christoph Oetjen, Max Orville, Dominique Riquet, Michal Wiezik, Sophia in 't Veld |
S&D |
João Albuquerque, Maria Arena, Marek Paweł Balt, Gabriele Bischoff, Christophe Clergeau, Estrella Durá Ferrandis, Cyrus Engerer, Linus Glanzelius, Marina Kaljurand, Miapetra Kumpula‑Natri, Bogusław Liberadzki, César Luena, Javier Moreno Sánchez, Alessandra Moretti, Maria Noichl, Nikos Papandreou, Rovana Plumb, Sándor Rónai, Birgit Sippel, Achille Variati |
The Left |
Malin Björk, Elena Kountoura, Silvia Modig, Mick Wallace |
Verts/ALE |
Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Bas Eickhout, Francisco Guerreiro, Heidi Hautala, Martin Häusling, Ska Keller, Alice Kuhnke, Lydie Massard, Tilly Metz, Mounir Satouri, Thomas Waitz |
19 |
- |
ECR |
Sergio Berlato, Angel Dzhambazki, Peter Lundgren, Andrey Slabakov |
ID |
Marie Dauchy, Catherine Griset |
NI |
Edina Tóth |
PPE |
Karolin Braunsberger‑Reinhold, Traian Băsescu, Michael Gahler, Jens Gieseke, Anja Haga, Radan Kanev, Benoît Lutgen, Marian‑Jean Marinescu, Ljudmila Novak, Witold Pahl, Barbara Thaler, Pernille Weiss |
1 |
0 |
ID |
Maria Veronica Rossi |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni