RAKKOMANDAZZJONI dwar abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027
22.3.2024 - (12125/2023 – C9‑0004/2024 – 2023/0231(NLE)) - ***
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Malik Azmani
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027
(12125/2023 – C9‑0004/2024 – 2023/0231(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12125/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b’rabta mal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri għall-perjodu 2021 sa 2027 (12124/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0004/2024),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0146/2024),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.
NOTA SPJEGATTIVA
a. Sfond
Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu 2021 sa 2027 (ir-Regolament BMVI) ġie adottat fis-7 ta’ Lulju 2021.
L-għan tar-Regolament BMVI huwa li jkun hemm solidarjetà permezz tal-assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati (Membri) li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-fruntieri esterni. Dan jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen li fih jipparteċipaw il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-acquis ta’ Schengen (il-“pajjiżi assoċjati ma’ Schengen” jew il-“pajjiżi assoċjati”).
Il-paragrafu 6 tal-Artikolu 7 tar-Regolament BMVI jipprevedi li għandhom isiru “arranġamenti” li jispeċifikaw in-natura u l-modi ta’ parteċipazzjoni fil-BMVI tal-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi. Dawn l-arranġamenti jieħdu l-forma ta’ ftehimiet konklużi mill-Unjoni mal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 216 tat-TFUE.
Fl-1 ta’ Settembru 2021 l-Iżlanda nnotifikat id-deċiżjoni tagħha li taċċetta l-kontenut tar-Regolament BMVI u li timplimentah fl-ordni legali intern tagħha.
Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati[1] mal-Iżlanda, mar-Renju tan-Norveġja, mal-Konfederazzjoni Żvizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pajjiżi u r-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu 2021 sa 2027, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, li għandhom jiġu konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2]. In-negozjati mal-Iżlanda ġew konklużi b’suċċess mill-Kummissjoni bl-inizjalar tal-Ftehim fl-14 ta’ Frar 2023.
Fit-13 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027.
Fit-28 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-istess jum talab lill-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim imsemmi hawn fuq. Il-Ftehim ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2023 fi Brussell.
Fil-21 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim imsemmi hawn fuq.
b. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
L-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jikkostitwixxi strument speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta’ Schengen imfassal biex jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri b’saħħitha u effettiva fil-fruntieri esterni, filwaqt li jissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni, f’konformità sħiħa mal-impenji tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati dwar id-drittijiet fundamentali, u biex jappoġġja l-implimentazzjoni u l-modernizzazzjoni uniformi tal-politika komuni dwar il-viżi, u b’hekk jikkontribwixxi għall-garanzija ta’ livell għoli ta’ sigurtà fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati.
Mid-dokumentazzjoni pprovduta, jista’ jiġi stabbilit li l-Iżlanda issa ssegwi r-regoli definiti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, u l-artikoli applikabbli tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament Finanzjarju, l-istess bħall-Istati Membri tal-UE.
Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi r-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021 sa 2027 f’konformità mal-Artikolu 7(6) tar-Regolament BMVI.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Ir-rapporteur jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li ma rċieva l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri |
|||
Referenzi |
12125/2023 – C9-0004/2024 – 2023/0231(NLE) |
|||
Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni |
21.12.2023 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 25.1.2024 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Malik Azmani 14.2.2024 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
4.3.2024 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.3.2024 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 4 7 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Malik Azmani, Katarina Barley, Pietro Bartolo, Theresa Bielowski, Malin Björk, Karolin Braunsberger-Reinhold, Patrick Breyer, Annika Bruna, Patricia Chagnon, Clare Daly, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cornelia Ernst, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Łukasz Kohut, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Erik Marquardt, Javier Moreno Sánchez, Emil Radev, Paulo Rangel, Isabel Santos, Birgit Sippel, Tineke Strik, Milan Uhrík, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Susanna Ceccardi, Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund, José Gusmão, Matjaž Nemec, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Gabriele Bischoff, Gilles Boyer, Carlos Coelho, Rosa D’Amato, Radan Kanev, Antonius Manders, Gabriel Mato, Henk Jan Ormel, Dennis Radtke, Antonio Maria Rinaldi |
|||
Data tat-tressiq |
22.3.2024 |
|||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
ECR |
Assita Kanko |
ID |
Annika Bruna, Susanna Ceccardi, Patricia Chagnon, Philippe Olivier, Antonio Maria Rinaldi |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Pablo Arias Echeverría, Karolin Braunsberger-Reinhold, Carlos Coelho, Lena Düpont, Andrzej Halicki, Radan Kanev, Jeroen Lenaers, Antonius Manders, Lukas Mandl, Gabriel Mato, Henk Jan Ormel, Emil Radev, Dennis Radtke, Paulo Rangel, Javier Zarzalejos |
Renew |
Malik Azmani, Gilles Boyer, Anna Júlia Donáth, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Jan-Christoph Oetjen |
S&D |
Katarina Barley, Pietro Bartolo, Theresa Bielowski, Gabriele Bischoff, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Matjaž Nemec, Isabel Santos, Birgit Sippel, Elena Yoncheva |
4 |
- |
The Left |
Malin Björk, Clare Daly, Cornelia Ernst, José Gusmão |
7 |
0 |
NI |
Milan Uhrík |
Verts/ALE |
Patrick Breyer, Rosa D'Amato, Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund, Erik Marquardt, Tineke Strik |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (ĠU L 90, 18.3.2022, p. 116).
- [2] Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).