4.Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-Allokazzjoni ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għall-importazzjonijiet ta' laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja
5.Konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
6.Preżentazzjoni dwar il-ħidma tad-Dipartiment Tematiku għall-Politika Strutturali u ta' Koeżjoni
7.Studju dwar "Megatrends in the agri-food sector: global overview and possible policy response from an EU perspective" (Ix-xejriet kbar fis-settur agroalimentari: stampa globali u risposta ta' politika possibbli minn perspettiva tal-UE). Preżentazzjoni mis-Sa Monica Pesce (VVA Brussels) u s-Sur Daniel Traon (Arcadia). L-istudju ntalab mill-Kumitat AGRI, u ġie kkummissjonat u ġestit mid-Dipartiment Tematiku B
* * *
Il-5 ta' Novembru 2019, 11.00 – 12.30(bil-magħluq)
8.Laqgħa tal-koordinaturi
* * *
Il-5 ta' Novembru 2019, 14.30 – 18.30
9.Skambju ta' fehmiet mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni (DĠ AGRI, DĠ COMP u DĠ TRADE) dwar il-prospetti fit-tul għas-settur tal-laħam taċ-ċanga Ewropew
10.L-istabbiliment tal-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea
Rapport dwar in-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin bħalissa
11.Preżentazzjoni minn rappreżentant tal-Kummissjoni (DĠ AGRI) ta':
— Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena 2020; u
— Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021