Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0160/2006Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0160/2006

PROPOSTA TA' RIŻOLUZZJONI

1.2.2006

imressqa wara l-mistoqsija bi tweġiba verbali B6-...
skond l-Artikolu 108, paragrafu 5 tar-Regoli ta' Proċedura
mill- Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
dwar il-prostituzzjoni sfurzata fil-qafas tal-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali

Proċedura : 2006/2508(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0160/2006
Testi mressqa :
B6-0160/2006
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B6‑...

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prostituzzjoni sfurzata fil-qafas tal-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra ċ-ċelebrazzjoni tal-ġurnata internazzjonali ddedikata għan-nisa, nhar it-8 ta' Marzu 2006,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea li jispeċifika li "l-iskjavitu tal-bniedem huwa projbit",

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni razzjali,li daħħlet fis-seħħ fl-4 ta' Jannar 1969,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-eliminazzjoni ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni tan-nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, intitulata "Niġġieldu kontra l-iskjavitu tal-bniedem - approċċ sħiħ u propożizzjonijiet għal ta' pjan ta' azzjoni",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-istragteġiji għall-prevenzjoni ta' l-iskjavitu tan-nisa u tat-tfal vulnerabbli għall-esplojtazzjoni sesswali (A6 - 0400/2005),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108, paragrafu 5, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-iskjavitù tal-bniedem, speċjalment tan-nisa u tat-tfal, għall-fini ta' esplojtazzjoni sesswali jew oħrajn huwa wieħed mill-agħar ksur tad-drittijiet tal-bniedem u billi li l-iskjavitù tal-bniedem qed jiżdied fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kriminalità organizzata u tal-qligħ minnu,

B.  billi l-prostituzzjoni sfurzata, li fiha nnifisha hija l-esplojtazzjoni tan-nisa u tat-tfal, hija problema, li tagħmel ħsara mhux biss lin-nisa u lit-tfal ikkonċernata, imma wkoll lis-soċjetà inġenerali,

Ċ.  billi l-esperjenza turi li f'kull manifestazzjoni kbira sportiva li tiġbor numru kbir ta' persuni, wieħed jinnota żieda temporanja spettakolari fit-talba għas-servizzi sesswali,

D.  billi li l-biċċa l-kbira tan-nisa li huma vittmi ta' l-iskjavitù tal-bniedem ikunu waqgħu fin-nassa tal-kriminalità organizzata, kienu reklutati permezz ta' dokumenti foloz, kienu attirati minn offerti ta' xogħol, ħafna drabi kienu mqarrqa mill-premessa falza ta' xogħol leġittimu, u imbagħad ġew sfurzati jaħdmu bħala prostituti,

E.  billi l-prattiki appoġġjati fl-Istati Membri kollha, bħalma huma l-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni effikaċi u l-implimentazzjoni ta' kampanji koerenti li jqajmu kuxjenza, bl-intervent tal-midja u ta' persuni magħrufa fid-dinja sportiva, jistgħu jkollhom influwenza pożittiva fuq il-bidla fil-mentalità u l-imġieba tal-popolazzjoni,

1.  Jifraħ bil-kampanja implimentata mill-Kunsill nazzjonali tan-nisa Ġermanizi bl-isem "Karta ħamra għall-prostituzzjoni sfurzata", u jitlob għal koperazzjoni transnazzjonali u għall-iskambju ta' prattiki tajbin; jenfasizza l-bżonn ta' kampanja integrata fuq livell Ewropew; għalhekk jistieden lill-Istati Membri jibdew u jippromovu il-kampanja "Karta Ħamra" b'koperazzjoni sħiħa mill-partijiet konċernati kollha, jiġifieri l-NGOs konċernati, il-pulizija, is-servizzi ripressivi, il-knejjes u s-servizzi tas-saħħa;

2.  jistieden lill-Ġermanja timplimenta linja tat-telefon b'ħafna lingwi, segwita minn kampanja ta' komunikazzjoni viżibbli bl-għan li twassal l-informazzjoni meħtieġa u tgħin lin-nisa sfurzati għall-prostituzzjoni u vittmi oħra, li ħafna drabi jinsabu mwarrbin f'xi nħawi residenzjali jew zoni industrijali, ma jitkellmux il-lingwa tal-pajjiż li jgħaddu minnu jew tad-destinazzjoni tagħhom u ma għandhomx l-informazzjoni bażika li tippermettilhom li jsiru jafu fuq min iduru jew liema miżuri jistgħu jieħdu;

3.  jistieden lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, l-assoċjazzjonijiet sportivi, jiġifieri lill-FIFA, l-UEFA, l-assoċjazzjonijiet tal-futbol Ġermaniżi u oħrajn, kif ukoll lill-isportivi nnifishom biex jissapportjaw lill-kampanja "Karta Ħamra" u biex jikkundannaw b'mod l-aktar qawwi l-iskjavitù tal-bniedem u l-prostituzzjoni sfurzata;

4.  jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibdew kampanja mwettqa fuq livell Ewropew speċjalment waqt manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali, biex jinfurmaw u jedukaw lill-pubbliku inġenerali, partikularment il-pubbliku sportiv, l-ammiraturi u s-sapporters dwar il-problema u l-impatt tal-prostituzzjoni sfurzata u l-iskjavitù tal-bniedem, iżda fuq kollox - u dan huwa l-aktar punt importanti - biex titnaqqas it-talba billi tissensibilizza il-klijenti potenzjali;

5.  jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibdew kampanja ta' prevenzjoni indirizzata għall-vittmi potenzjali, li tinfurmahom dwar ir-riskji u l-perikli meta li jsibu rwieħhom maqbudin f'nassa ta' netwerks ta' skjavitù tal-bniedem u b'riżultat ta' dan isiru vittmi tal-prostituzzjoni sfurzata u ta' l-esplojtazzjoni sesswali;

6.  jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni preżenti lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi li qed jaħsbu biex jissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea.