Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0577/2006

Testi mressqa :

B6-0577/2006

Dibattiti :

PV 25/10/2006 - 12
CRE 25/10/2006 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2006 - 6.9

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 109kWORD 56k
24.10.2006
PE 379.746v01-00
 
B6‑0577/2006
imressqa wara l-mistoqsijiet bi tweġiba orali B6-0438/2006 lill-Kunsill u B6-0439/2006 lill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Patrick Louis u Jens-Peter Bonde
f'isem il-Grupp IND/DEM
dwar il-passi li għandhom jittieħdu dwar is-sentenza ewlenija tat-13 ta' Settembru 2005 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-passi li għandhom jittieħdu dwar is-sentenza ewlenija tat-13 ta' Settembru 2005 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. 
B6‑0577/2006

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-titoli IV tat-Trattat KE u VI tat-Trattat UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 29, 30 u 31 tat-Trattat UE,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) għall-każ C-176/03, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' l-avukat ġenerali Damaso Ruiz-Jarabo Colomer ippreżentati fis-26 ta' Mejju 2005, fl-imsemmi każ C-176/03,

–  wara li kkunsidra li t-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa tilef il-validità legali tiegħu fid-29 ta' Mejju 2005,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-23 ta' Novembru 2005 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti fil-każ C-176/03

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fil-qasam tal-liġi kriminali ma hemm ebda attribuzzjoni speċifika ta' ġuriżdizzjoni, u billi wieħed irid jikkunsidra l-importanza kbira tal-liġi kriminali għas-sovranità ta' l-Istati Membri, m'għandu jiġi accettat xejn ħlief li din il-ġuriżdizzjoni tiġi impliċitament ittrasferita lill-Komunità fl-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet materjali speċifiċi,

B.  wara li kkunsidra l-mottivazzjonijiet tas-sentenza C-176/03, u partikularment il-punt 47 li jistqarr hekk: "Bħala prinċipju, il-liġi kriminali, l-istess bħar-Regoli ta' proċedura kriminali, ma jnaqqsux mill-ġurisdizzjoni tal-Komunità", kif ukoll il-punt straordinarju numru 48 li skond dan il-punt "Din l-aħħar konstatazzjoni m'għandhiex madankollu timpedixxi l-leġiżlatur Komunitarju [...] milli jieħu l-miżuri dwar il-liġi kriminali ta' l-Istati Membri [...] biex jiggarantixxi l-effikaċja sħiħa ta' normi li jipploklama",

C.  wara li kkunsidra li l-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat KE espliċitament jirriservaw l-implimentazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għall-Istati Membri,

D.  wara li kkunsidra li t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea jiddedika titolu speċifiku għall-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (l-Artikolu 29 u ta' warajh tat-Trattat UE), partikolarment dwar id-determinazzjoni ta' l-elementi konstituttivi ta' l-ksur tal-liġi u tal-penali applikabbli,

E.  wara li kkunsidra li l-atti leġiżlattivi derivati dejjem imxew fuq il-formola tradizzjonali li jaqbel li jitfasslu "sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disważżivi" mingħajr ma jintefa' dell fuq il-libertà ta' l-Istati Membri li jagħżlu bejn procedimenti amministrattivi u dawk kriminali,

F.  wara li kkunsidra li l-interpretazzjoni teleoloġika li l-Qorti tal-Ġustiżżja reġgħet ikkonċediet lilha innifisha, se jkollha l-effett li tikkomunitarizza l-liġi kriminali kollha fil-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt liġi Komunitarja, b'dannu għad-dispożizzjonijiet diġà msemmija tat-trattati, kif ukoll għall-kostituzzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri li l-fl-applikazzjoni tagħhom il-liġi kriminali hi suġġetta għall-votazzjoni fil-Parlamenti nazzjonali; ifakkar li rapport tad-delegazzjoni ta' l-Unjoni Europea għall-Assemblea Nazzjonali (Nru 2829, Jannar 2006) jistieden lill-istess Gvern Franċiż biex jimxi mal-konsegwenzi u jagħmel riforma tal-kostituzzjoni Franċiża.

G.  wara li kkunsidra li interpretazzjoni bħal din tat-Trattati huwa ċarissimu li tmur kontra l-pożizzjoni li ħadu tajjeb il-Kunsill u l-Istati Membri quddiem il-Qorti, li wara kollox huma l-uniċi li jistgħu jindikaw x'kienet u x'għadha l-intenzjoni komuni tagħhom meta nnegozjaw, iffirnmaw u rrattifikaw it-Trattati Komunitarji msemmija;

H.  wara li kkunsidra li l-istituzzjonijiet sovranazzjonali li nħolqu mit-trattati huma riżultat ta' kunsens kostituzzjonali u revokabbli, l-Istati Membri u d-diversi popli Ewropej rrappreżentati fil-Parlament Ewropew qed jisfaw biċ-ċar vittmi ta' nuqqas gravi kontra r-rieda tagħhom minħabba deċiżjoni ġudizzjarja vinkolanti li qed timponi fuqhom interpretazzjoni tat-trattati li huma ffirmaw li tmur kontra dik li kellhom meta ffirmawhom,

I.  wara li kkunsidra li interpretazzjoni contra legem bħal din tat-trattati Ewropej tirriżulta fil-fużżjoni tal-pilastri f'qafas istituzzjonali wieħed, li kien jantiċipa ċ-ċahda massiva tal-Kostituzzjon Ewropea u jikkostitwixxi attakk ġuridiku li jinjora l-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri,

J.  wara li kkunsidra li bl-applikazzjoni ta' din l-interpretazzjoni tal-liġi għall-materji kollha li jikkostitwixxu "objettiv essenzjali tal-Komunità", il-leġiżlatur komunitarju qed jimponi normi li għandhom effett dirett u prevalenti fuq il-liġijiet nazzjonali tagħna, inklużi l-kostituzzjonijiet tagħna, minħabba interpretazzjoni tal-liġi inġusta u persistenti ta' l-istess Qorti sa mill-1964,

K.  wara li kkunsidra li, kif tixhed l-istess deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 2005 u l-kummenti uffiċjali kollha li ġew wara, din il-komunitarizzazzjoni tal-liġi kriminali "biex tiggarantixxi l-effikaċja sħiħa tan-normi" tista' tinfirex bla tmiem - naturalment fuq il-politika għall-ambjent, imma wkoll fuq l-immigrazzjoni, fuq il-kompetettività, fuq l-impjiegi, fuq il-politika soċjali, fuq it-trasport, eċċ - u tiġġustifka l-assorbiment kontinwu ta' poteri nazzjonali favur Ewropa bla qiegħ u bla tmiem,

L.  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-23 ta' Novembru 2005 li permezz tagħha l-Kummissjoni ħabbret l-ewwel lista ta' disa' materji ġodda li għalihom se tibda tapplika l-interpretazzjoni tal-liġi tat-13 ta' Settembru 2005 billi tħassar disa' proġetti ta' deċiżjonijiet ta' qafas meħuda mill-Kunsill fil-qasam tal-koperazzjoni fil-"Ġustizzja u affarijiet interni" biex hekk tkun qed tapplika l-komunitarizzazzjoni tal-liġi kriminali għal dawn l-oqsma: l-għajnuna għad-dħul, it-transtu u r-residenza ta' immigranti klandestini, it-tniġġis tal-baħar, il-frodi permezz ta' metodi ta' ħlas, il-ħasil tal-flus, il-kriminalità permezz tal-kompjuter, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-ksur tal-liġi fejn jirrigwarda l-euro,

M.  wara li kkunsidra li din l-applikazzjoni tal-komunitarizzazzjoni tal-liġi mhux biss tmur lilhinn mill-liġi għall-ambjent imma wkoll mil-liġi kriminali nnifisha, minħabba li l-imħallfin tal-Lussemburgu jassumu tabilħaqq missjoni ta' federaliżżmu ġudizzjarju, li huwa ilhinn mit-trattati u f'ġieh l-istess prinċipju eġenomiku 'divin' li wassal lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jinjoraw il-"le",

N.  wara li kkunisdra li parellarament ma' din il-komumiterizzazzjoni tal-liġi kriminali, il-Kummisjoni kienet diġà nidiet, mingħajr l-iċken mandat u mingħajr l-iċken bażi li toħroġ mit-trattati, proġett dwar "kodiċi ċivili Ewropew" ippreparat minn ċertu grupp "Von Bar" iffinanzjat b'mhux anqas minn EUR 4,400,400 fi ħdan il-programm Cordis; li fejn ikun bla dubju siewi li jiġi stabbilit qafas ta' riferenza indikattiv biex jgħin fit-tqabbil tal-liġijiet nazzjonali (sieħeb ir-'restatement' fl-Istati Uniti), dan il-proġett ta' unifikazzjoni bil-kuntrarju qiegħed iħejji l-qerda tal-leġiżlazzjonijiet ċivili u nazzjonali differenti f'għadd ta' oqsma differenti bħalma huma l-liġi tal-kuntratti, tar-responsabbiltà, tal-familja, ta' l-assigurazzjoni, eċċ.,

O  wara li kkunsidra li huma proprju dawn il-metodi insidjużi u s-superstat li huma jippruvaw joħolqu li l-koċittadini tagħna ma jridux aktar, u li Franza u l-Olanda ikkundannaw massivament, taħt l-għajnejn benevolenti tal-popli miċħuda minn referendum, hekk li invalidaw t-trattat biex jistabilixxi Kostituzzjoni Ewropea bl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tat-23 ta' Mejju 1969,

1.  Josserva li d-deċiżjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja kontra l-Kunsill u l-Istati Membri fit-13 ta' Settembru 2005 fil-każ C-176/03 jeċċedi l-istipulazzjonijiet tat-trattat, bil-konsegwenza li jagħmel ħsara gravi għall-kunsens bejn l-Istati u għas-sovranità tal-popli;

2.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew tal-Kapijiet ta' Stat u ta' gvernijiet biex jiltaqgħu f'sessjoni straordinarja biex jiddeliberaw u jadottaw deċiżjoni li tgħid li fil-każ ta' kunflitt ta' interpretazzjoni tat-trattati, l-interpretazzjoni li jadotta l-Kunsill tkun obbligatorjament vinkolanti, kemm bi dritt u kemm de facto;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi r-riżoluzzjoni preżenti lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza