Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0645/2006Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0645/2006

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

7.12.2006

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar il-programm tal-Kummissjoni nnominata
skond l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura
mill- Konferenza tal-Presidenti
li tagħti l-approvazzjoni għall-ħatra tal-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni nnominat mir-Rumanija, is-Sur Leonard ORBAN

Proċedura : 2006/0810(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0645/2006
Testi mressqa :
B6-0645/2006
Dibattiti :
Testi adottati :

B6‑0645/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tagħti l-approvazzjoni għall-ħatra tal-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni nnominat mir-Rumanija, is-Sur Leonard ORBAN

Il-Parlament Ewropew,

-  wara li kkunsidra l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' sħubija tar-Rumanija, u b'mod partikulari l-Arikolu 45 tiegħu,

-  wara li kkunsidra l-kandidat innominat mill-Istati Membru aderenti, jiġifieri s-Sur Leonard ORBAN, fid-dawl tal-ħatra tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni,

-  wara li kkunsidra s-smigħ tal-kandidat li sar fis-27 ta' Novembru 2006,

-  wara li kkunsidra l-intenzjoni tal-Kunsill li jipproċedi bil-ħatra tal-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni, bi ftehim komuni mal-President tal-Kummissjoni, mid-data ta' adeżjoni, jiġifieri l-1 ta' Jannar 2007, kif inhu indikat fl-ittra li l-Kunsill indirizza lill-President tal-Parlament Ewropew fil-31 ta' Ottubru 2006,

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi jfakkar fid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 214(2), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

B.  billi jikkunsidra r-riżultat tas-smigħ tal-Kummissarju maħtur mir-Repubblika tar-Rumanija, miġbur f'sommarju fl-ittra ta' evalwazzjoni indirizzata mill-President tal-Kumitat Parlamentari kompetenti lill-President tal-Parlament Ewropew kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti,

C.  billi jfakkar il-ħtieġa li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 4(2) u (3) tal-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni mehmuż mat-Trattat ta' Nizza dwar il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida minn Novembru 2009 fil-kuntest tal-proċess Kostituzzjonali Ewropew,

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tal-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni, is-Sur Leonard ORBAN, għall-mandat li jtemm fil-31 ta' Ottubru 2009,

2.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.