Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0037/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0037/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

24.1.2007

biex jingħalaq id-dibattitu dwar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
imressqa minn Eugenijus Maldeikis, Roberta Angelilli u Eoin Ryan
f'isem il-Grupp UEN
dwar l-inizjattiva għal moratorju universali dwar il-piena tal-mewt

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0037/2007
Testi mressqa :
B6-0037/2007
Testi adottati :

B6‑0037/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-inizjattiva għal moratorju universali dwar il-piena tal-mewt

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar moratorju universali dwar il-piena tal-mewt u partikularment ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2003[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet dwar il-moratorju dwar il-piena kapitali adottata minn korpi varji tan-NU inkluża l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' l-UE li jappoġġaw moratorju universali dwar il-piena kapitali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea, fil-linji gwida dwar il-piena tal-mewt adottati mill-Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu fis-6 ta' Ġunju 1998, iddeċidiet li taħdem fi ħdan korpi internazzjonali lejn moratorju universali dwar il-piena tal-mewt u l-eventwali abolizzjoni tagħha,

B.  billi fis-27 ta' Lulju 2006 il-Kamra tad-Deputati Taljana approvat unanimament mozzjoni li permezz tagħha l-gvern Taljan impenja ruħu li: 'fl-Assemblea Ġenerali tan-NU li jmiss jippreżenta, wara konsusltazzjoni ma' l-imsieħba ta' l-UE, imma mingħajr ma tkun suġġetta għall-approvazzjoni unanima tal-Membri kollha ta' l-UE, proposta għal riżoluzzjoni għal moratorju universali dwar il-piena tal-mewt, bil-għan li l-piena tal-mewt tkun abolita kompletament fid-dinja kollha',

C.  billi fid-9 ta' Jannar 2007 il-Gvern Taljan u l-Kunsill ta' l-Ewropa ddeċidew li jaħdmu flimkien sabiex jiġbru kull appoġġ possibbli għal inizjattiva bbażata fuq l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal moratorju dinji dwar l-eżekuzzjonijiet bil-għan li l-piena tal-mewt tkun abolita kompletament,

1.  Jinnota l-inizjattiva tal-Kamra tad-Deputati Taljana appoġġata mill-Kunsill ta' l-Ewropa;

2.  Jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill sabiex jieħu azzjoni li tiżgura li jkun hemm dibattitu dwar riżoluzzjoni rigward moratorju universali dwar il-piena kapitali fl-Assemblea Ġenerali tan-NU;

3.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu kull sforz possibbli fl-oqsma politiċi u diplomatiċi sabiex jiżguraw l-aktar appoġġ xieraq għal din ir-riżoluzzjoni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU;

4.  Jitlob lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jinfurmaw lill-Parlament Ewropew bir-riżultati miksuba fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-ewwel sessjoni plenarja possibbli wara l-konklużjonijiet tad-deliberazzjonijet;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenza tal-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-pajjiżi membri kollha ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU.