Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0088/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0088/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

7.3.2007

biex tagħlaq id-dibattitu fuql-istqarrijiet tal-Kunsill u l-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Ģirts Valdis Kristovskis u Ryszard Czarnecki
f'isem il-Grupp UEN
dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarm nukleari

Proċedura : 2007/2522(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0088/2007
Testi mressqa :
B6-0088/2007
Testi adottati :

B6‑0088/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarm nukleari

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Trattat ta' Non-Proliferazzjoni (NPT), partikularment ir-riżoluzzjoni tiegħu adottata fl-10 ta' Marzu 2005 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari ta' Mejju 2005,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Materjali u ta' l-Armi tal-Qerda tal-Massa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra l-ħtieġa li dejjem qed tikber għal kunsens internazzjonali dwar l-urġenza tad-diżarm nukleari sabiex jissaħħaħ l-NPT minn issa sal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT ta' l-2010 li għad trid issir,

B.  billi l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' l-Armi tal-Qerda tal-Massa (WMD) kif ukoll ir-Riżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU jenfasizzaw l-importanza tan-non-proliferazzjoni nukleari u diżarm, u jiddeskrivu l-proliferazzjoni ta' l-armi tal-qerda tal-massa u l-metodu ta' twassil tagħhom bħala waħda mit-theddidiet l-aktar importanti għall-paċi u s-sikurezza internazzjonali,

C.  ifakkar l-istqarrija fir-rapport tal-Bord Għoli mwaqqaf mis-Secretarju Ġenerali tan-NU dwar it-Theddidiet, l-Isfidi u l-Bidla li 'qed nilħqu punt fejn t-tgħawwir tar-reġim tan-non-proliferazzjoni jista' jsir irriversibbli u jirriżulta f'żieda qawwija fil-proliferazzjoni',

1.  Jerġa jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu u jtenni li l-NPT huwa l-pedament tar-reġim multilaterali ta' non-proliferazzjoni;

2.  Uħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjonijiet li qed isiru fil-laqgħa tal-Kumitat Preparatorju ta' l-NPT fi Vjenna u sabiex jagħtu kontribut, f'isem l-UE, koordinat, relevanti u viżibbli lejn ir-riżultat pożittiv tal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT ta' l-2010;

3.  Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jippreżenta rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni ta' kull waħda mill-43 miżura adottata mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-2005 relatata mal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT kif ukoll lista ta' impenji ġodda li l-Kunsill jispera li jilħaq fil-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT ta' l-2010;

4.  Jistieden kemm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi jew il-kundizzjonijiet minn qabel li huma meħtieġa sabiex jinkisbu l-objetti ta' diżarm; barra minn hekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jippromwovu numru ta' inizzjattivi mifthema fil-Konferenzi preċedenti ta' Reviżjoni ta' l-NPT, sabiex isaħħu t-Trattat ta' Non-Proliferazzjoni u jsegwu multilateraliżmu effettiv, kif iddikjarat fl-Istrateġija ta' l-UE ta' Diċembru 2003 dwar il-Proliferazzjoni tal-Materjali u l-Armi tal-Qerda tal-Massa;

5.  Jissottolinea l-bżonn li jitħaffu l-firma u r-ratifikazzjoni tat-Trattat Komprensiv ta' Projbizzjoni bi Prova (CTBT) tal-pajjiżi kollha sabiex ikun jista' jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien;

6.  Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jibgħat delgazzjoni fi Vjenna sabiex tipparteċipa fl-avvenimenti tal-Kumitat Preparatorju ta' l-NPT;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil the Presidenza fil-kariga tal-Kunsill, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Istati kollha msieħba fl-NPT, u lill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA).