Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0100/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0100/2007

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

12.3.2007

imresqqa skond l-Artikolu 188 tar-Regoli ta' Proċedura
minn   Joseph Daul, f'isem il-grupp PPE-DE
   Martin Schulz, f'isem il-grupp PSE
   Graham Watson, f'isem il-grupp ALDE
   Brian Crowley, f'isem il-grupp UEN
   Daniel Cohn-Bendit, f'isem il-grupp Verts/ALE
   Francis Wurtz, f'isem il-grupp GUE/NGL
   Jens-Peter Bonde, f'isem il-grupp IND/DEM
   Bruno Gollnisch, f'isem il-grupp ITS
dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari u l-għadd tal-membri tagħhom

Proċedura : 2007/2540(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0100/2007
Testi mressqa :
B6-0100/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B6‑0100/2007

dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari u l-għadd tal-membri tagħhom

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 188 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' l-14 ta' Settembru 2004 dwar l-għadd ta' membri tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, kif ukoll tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-koperazzjoni parlamentari;

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, kif ukoll tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-koperazzjoni parlamentari;

1.  Jiddeċiedi li jemenda kif ġej l-għadd tal-membri għad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa    25 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarus   19 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Iżrael   25 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġizlattiv Palestinjan:   25 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi (inkluża l-Libja)   25 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maxreq:   23 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Golf, inkluż il-Jemen:   19 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Iran:   21 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti:   42 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada:   22 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali:   26 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Komunità Andina:   20 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Mercosur:   28 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun:   28 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina:   39 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja u ma' l-Assoċjazzjoni tal-Ġnus tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN):   22 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana   17 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Awstralja u New Zealand   24 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afrika t'Isfel   17 membru;

2.  Jiddeċieci li jaqsam id-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja u l-Assoċjazzjoni għall-koperazzjoni reġjunali għax-Xlokk ta' l-Ażja (SAARC) fi tliet delegazzjonijiet u li jiffissa l-għadd ta' membri ta kull waħda kif ġej:

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja:   20 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Indja:   22 membru

   Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afganistan:   16 membru.