Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0118/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0118/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

13.3.2007

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
imressqa skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura minn
dwar persuni neqsin f'Ċipru

Proċedura : 2007/2533(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0118/2007

B6‑0118/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar persuni neqsin f'Ċipru

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet B4-0669, 0679 u 0688/95[1] tal-Parlament Ewropew dwar il-problema tal-persuni neqsin f'Ċipru,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tas-Segretarju Ġenerali u ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (N.U.) għal Ċipru, kif ukoll l-inizjattivi internazzjonali li ttieħdu fl-istħarriġ dwar x'seta' sar mill-persuni neqsin f'Ċipru,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-10 ta' Mejju 25781 (każ Nru 25781/94) dwar persuni neqsin,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-problema tal-persuni neqsin (Ċiprijotti Griegi, Ċiprijotti Torok, Griegi, Torok u oħrajn) hija esklussivament problema umanitarja li toħroġ mid-dritt tal-qraba tal-persuni neqsin li jsiru jafu x'sar minnhom,

B.  billi l-agunija u tbatija tal-familji tal-persuni neqsin, li baqgħu fl-għama dwar id-destin tagħhom għal deċennji, ma tistax tibqa' sejra u finalment trid tieqaf,

C.  C. billi l-Kumitat għall-Persuni Neqsin (C.M.P) f'Ċipru beda jaħdem mill-ġdid taħt il-patroċinju tas-Segretarju Ġenerali tan-N.U., u billi sar xi progress, għalkemm b'pass kajman, fl-eżumazzjoni u l-identifikar tal-fdalijiet,

D.  D. billi l-Parlament Ewropew jilqa' bil-ferħ il-koperazzjoni kostruttiva bejn il-membri Ċiprijotti-Griegi u Ċiprijotti-Torok tas-C.M.P.,

1.  Jitlob lill-partijiet konċernati biex jikkoperaw b'mod sinċier u onest sabiex l-investigazzjonijiet adegwati dwar id-destin tal-persuni neqsin kollha f'Ċipru jitlestew bla dewmien, u biex jimplimentaw b'mod sħiħ is-sentenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Mejju 2001.

2.  Jitlob lill-partijiet u lil dawk kollha li għandhom jew li huma f'qagħda li jkollhom xi informazzjoni jew evidenza li toħroġ minn tagħrif personali, arkivji, rapporti mill-kamp tal-battaljas (battlefield reports) jew rekords ta' postijiet ta' detenzjoni, sabiex jgħadduha lill-Kumitat għall-Persuni Neqsin (C.M.P) bla aktar dewmien.

3.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jieħdu interess b'mod attiv dwar din il-problema, billi jipprovdu inter alia għajnuna finanzjarja lis-C.M.P. u billi jieħdu l-passi kollha meħtieġa b'koperazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiġi implimentata s-sentenza diġà msemmija tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-N.U. u tal-Parlament Ewropew.

4.  Jirreferi l-problema lill-kumitat xieraq tal-Parlament bil-ħsieb li, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, isegwi l-iżviluppi dwar il-problema, u jagħti istruzzjonijiet biex il-kumitat jirraporta perjodikament lill-Parlament; l-ewwel rapport għandu jitressaq fi żmien sitt xhur;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvernijiet ta' Ċipru, tat-Turkija, tal-Greċja u tar-Renju Unit.