MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
2.5.2007
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Jan Jerzy Kułakowski u Bernard Lehideux
f'isem il-Grupp ALDE
dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema
B6‑0189/2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u speċjalment id-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali kif ukoll l-Artikolu 136 tat-trattat KE, skond liema wieħed mill-objettivi ta' l-Istati Membri huwa l-promozzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet imtejba ta' l-għajxien u tax-xogħol, il-ħarsien soċjali xieraq, id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-għan li jinkiseb l-ikbar numru ta' impjiegi possibbli u l-ġlieda kontra l-esklużjoni,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-11 ta' Marzu 2002[1] dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, id-Direttiva 98/59/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar it-tqarrib tal-leġiżlazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sensji kollettivi, u d-Direttiva 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta' Kumitati għall-intrapriża Ewropej; wara li kkunsidra li dawn l-aħħar żewġ direttivi, jittrattaw l-istandardizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar l-istrumenti ta' djalogu bejn l-imsieħba soċjali ;
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strutturar mill-ġdid u impjiegli tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjiegi: ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0120 finali) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2005 (CESE 1495/2005);
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "Ristrutturar mill-ġdid u Impjiegi" (2005/2188(INI)) adottata fis-16 ta' Marzu 2005,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamlet il-Kummissjoni waqt is-sessjoni plenarja tal-25 ta' April 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Istrateġija ta' Liżbona għandha l-għan li titrasforma l-Unjoni Ewropea fl-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja, li kapaċi jkollha tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien mal-ħolqien ta' numru ikbar ta' impjiegi kif ukoll ta' impjiegi aħjar u koeżjoni soċjali ikbar,
B. billi l-Ewropa tesiġi politiki koerenti u effikaċi sabiex jinbnew pontijiet bejn is-soċjetà postindustrijali lejn soċjetà globalizzata ibbażata fuq l-għarfien filwaqt li tikkonserva il-valuri u l-identitajiet tagħha,
C. billi, djalogu soċjali qawwi, politika industrijali orjentata lejn l-innovazzjoni u politiki tax-xogħol attivi, huma l-mezzi ewlenin kif jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona bi tkabbir intelliġenti u ekoloġiku, kif turi l-Istrateġija ta' Liżbona, filwaqt li tirrapreżenta l-kundizzjonijiet li fihom l-attivitajiet industrijali li jħaddmu parti kbira mill-popolazzjoni attiva fl-Ewropa, jistgħu jinżammu u jiġu żviluppati,
D. billi l-proċessi ta' strutturar mill-ġdid, l-assoċjazzjonijiet, il-lokazzjonijiet mill-ġdid eċċ, imissu is-setturi kollha ta' l-attività u jipprovokaw bidla fl-istruttura tas-soċjetajiet u jintensifikaw il-produzzjoni u l-impjiegi,
1. Jistieden lill-Kummissjoni, kif diġà talabha f'diversi okkazzjonijiet oħra u riċentiment fir-riżoluzzjoni tas-16 ta' Marzu 2006 (2005/2188(INI)), sabiex teżamina u timmodernizza l-leġiżlazzjoni Ewropea li tikkonċerna l-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-ħaddiema sabiex ikun assigurat qafas ġuridiku koerenti u effikaċi, sabiex tkun evitata l-inċertezza ġuridika u sabiex tittejjeb l-artikulazzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu malajr kemm jista' jkun miżuri sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u sabiex tieħu malajr kemm jista' jkun miżuri kontra l-Istati Membri fejn id-direttivi fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma ġewx implimentati;
3. Jinnota li d-Direttiva 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta' kumitati ta' entrapriża Ewropea kemm jekk ġew imwaqqfin u kemm jekk le, sabiex jiġu mwaqqfa iżda b'diverġenzi kbar skond l-għażliet ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tagħhom; jappella lill-Kummissjoni sabiex malajr kemm jista' jkun tevalwa s-sitwazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, tieħu l-miżuri xierqa rigward l-Istati Membri;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex itejjeb il-kordinazzjoni interna tal-politiki tagħha fil-qasam ta' l-impjiegi u ta' l-affarijiet soċjali, ta' l-affarijiet ekonomiċi u monetarji, ta' l-industrija, tar-riċerka u l-iżvilupp u sabiex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali jieħdu parti attiva fl-iżvilupp u l-politiki koerenti kollha għaż-żamma ta' industrija Ewropea kompetittiva u innovattiva;
5. Jistieden lill-Kumitati kompetenti tal-parlament Ewropew sabiex jinkludu fil-programm ta' ħidma tagħhom rapporti li jservu ta' bażi għall-Kummissjoni għall-iżvilupp ta' politiki attivi li jaffaċċjaw il-globalizzazzjoni permezz ta' djalogu soċjali mtejjeb, tat-tkabbir ta' l-investiment privat u pubbliku fl-R&D u billi jiżguraw taħriġ kontinwu aħjar u politiki tax-xogħol attivi;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija iktar determinata għat-tbassir ta' l-istrutturar mill-ġdid industrijali u sabiex tikkunsidra l-impatt soċjali tiegħu, kif ukoll sabiex tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-anzjetajiet taċ-ċittadini Ewropej dwar is-suġġett tal-globalizzazzjoni;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lill-imsieħba soċjali ta' l-Istati Membri.
- [1] ĠU L 80 tat-23.2.2002, p. 29.