Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0193/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0193/2007

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

    2.5.2007

    imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
    skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura
    imressqa minn Jean Lambert, Elisabeth Schroedter u Sepp Kusstatscher
    f'isem il-Grupp Verts/ALE
    dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

    Proċedura : 2007/2546(RSP)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    B6-0193/2007
    Testi mressqa :
    B6-0193/2007
    Testi adottati :

    B6‑0193/2007

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward id-drittijiet soċjali, u l-Artikolu 136 tat-Trattat KE, skond liema l-Istati Membri għandu jkollhom bħala l-objettivi tagħhom il-promozzjoni ta’ l-impjiegi, kundizzjonijiet aħjar ta’ l-għajxien u tax-xogħol, ħarsien soċjali xieraq, djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb li jkun hemm iktar impjiegi fit-tul u l-ġlieda kontra l-esklużjoni,

    –  wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-11 ta’ Marzu 2002[1] dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma’ l-impjegati, id-Direttiva 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998[2] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sitwazzjonijiet kollettivi ta’ ħaddiema żejda li jkunu f’riskju li jitkeċċew, u d-Direttiva 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994[3] dwar it-twaqqif ta’ Kunsilli Ewropej tax-Xogħolijiet u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001[4] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi, ta' negozji, jew ta' partijiet minn intrapriżi jew negozji; billi d-direttivi msemmija hawn fuq jikkonċernaw l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-istrumenti ta’ djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema,

    –  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strutturar mill-ġdid u impjieg - li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea’ (COM (2005) 0120 finali) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 (CESE 1495/2005),

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar ‘Strutturar mill-ġdid u impjieg’ (2005/2188(INI)) adottata fis-16 ta’ Marzu 2005,

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Settembru 2001 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-direttiva dwar it-twaqqif ta’ kunsill Ewropew tax-xogħlijiet”,

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-inkorporazzjonijiet (‘mergers’),

    –  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni lis-sessjoni plenarja fil-25 ta’ April 2007 dwar is-suġġett li tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema,

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.  billi l-għanijiet ta’ Liżbona jfittxu li jippromwovu impjieg sħiħ, kwalita ta' l-impjiegi, koeżjoni soċjali u territorjali u żvilupp sostenibbli,

    B.  billi l-konsegwenza tar-ristrutturar xi kultant tmur kontra l-għanijiet ta' Liżbona li jippromwovi impjieg sħiħ, kwalita ta' l-impjiegi, koeżjoni soċjali u territorjali u żvilupp sostenibbli,

    C.  billi djalogu soċjali u negozjar kollettiv intensivi, politika industrijali orjentata lejn l-innovazzjoni, leġiżlazzjoni tax-xogħol effiċjenti, immirata u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol huma importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tkabbir intelliġenti u favur l-ambjent kif stipulat fl-istrateġija ta’ Liżbona u biex jipprovdu kundizzjonijiet li fihom l-attivitajiet industrijali li jimpjegaw sezzjoni kbira tal-popolazzjoni li taħdem ta’ l-Ewropa jkunu jistgħu jinżammu u jiġu żviluppati,

    D.  billi d-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni huma għodda essenzjali fid-Djalogu Soċjali Ewropew, u għalhekk parti essenzjali mill-Ewropa Soċjali; billi l-Ewropa Soċjali għandha bżonn tissaħħaħ permezz ta' strumenti bħal-leġiżlazzjoni,

    E.  billi n-numru ta’ proċeduri ta’ ristrutturar madwar l-Ewropa, fejn il-ħaddiema jirrappurtaw li d-drittijiet ta’ l-informazzjoni ma kienux irrispettati, żdied b’ammont konsiderevoli fi snin riċenti,

    F.  billi l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu (A5-0282/2001) ta’ Settembru 2001 talab li d-Direttiva 94/45/KE tiġi modifikata, u billi l-Kummissjoni ma rrispondietx bi proposta,

    G.  billi l-proċess ta’ riorganizzazzjoni permezz ta’, pereżempju, l-iristrutturar, l-inkorporazzjoni (‘mergers’) u r-rilokazzjonijiet, jaffettwaw iċ-ċittadini, il-ħaddiema u r-reġjuni madwar l-Unjoni Ewropea; billi f’dan il-proċess huwa essenzjali li l-leġiżlazzjoni kollha hija rrispettata u implimentata kif meħtieġ, b’mod speċjali sabiex l-involviment tal-partijiet interessati jkun garantit; billi n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni trid tkun segwita b'ħeffa sabiex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs,

    H.  billi waħda mill-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni hija aktar konċentrazzjoni, il-ġbir mill-ġdid u l-ħolqien ta’ gruppi internazzjonali kbar, xi kultant f’setturi ta’ interess strateġiku vitali; billi, għalhekk, għandha tingħata assistenzza għan-naħat kollha ta’ l-industrija sabiex tilħaq mal-bidliet; billi dan jinkludi d-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni,

    1.  Jistieden lill-Kummissjoni, kif diġà mitluba mill-Parlament Ewropew f’diversi okkażjonijiet u l-iktar reċenti fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2006 (2005/2188(INI)), biex tirrevedi u timmodernizza l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni sabiex ikun żgurat qafas legali koerenti u effiċjenti, tkun evitata l-inċertezza legali u jitjiebu kemm l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kif ukoll l-artikolazzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej;

    2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżentaħ b’kalendarju għar-reviżjoni u l-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni;

    3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jkun hemm implimentazzjoni xierqa fl-Istati Membri u jagħti rapport lill-Parlament dwar l-istat ta’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsultazzjoni u l-informazzjoni;

    4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex jgħarraf lil dawk l-Istati Membri li ma implimentawx id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni kif xieraq.

    5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-koordinazzjoni interna tal-politiki tagħha fl-oqsma ta’ l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, l-affarijiet ekonomiċi u monetarji, l-industrija u r-riċerka u l-iżvilupp u biex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali biex jieħdu sehem attiv fl-iżvilupp ta’ sett koerenti ta’ politiki bl-għan li tinżamm Ewropa kompetittiva u innovattiva;

    6.  Ifakkar lill-Kummissjoni tal-ħtieġa, skond l-Artikolu 127 tat-Trattat, biex tiżgura li hemm rabta koerenti bejn ir-regoli tal-kompetizzjoni u l-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-oqsma soċjali u ta’ l-impjiegi; jitlob li l-approvazzjoni ta’ l-inkorporazzjonijiet (mergers) tkun suġġetta għal prova ta’ konformità ma’ l-obbligu biex impjegati u Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet jkunu infurmati u kkonsultati;

    7.  Jistieden lill-kumitati rilevanti tiegħu biex jinkludu fil-programm ta' ħidma tagħhom rapporti li jipprovdu bażi għall-Kummissjoni biex tiżviluppa politiki iktar vigorużi biex tkun iffaċċjata l-globalizzazzjoni fil-livell Ewropew bi djalogu soċjali mtejjeb, iktar investiment privat u pubbliku fir-Riċerka u l-Iżvilupp, tagħlim aħjar tul il-ħajja u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol;

    8.  Jinsisti li l-ebda flejjes ta' Fondi Strutturali ma għandhom jingħataw lil kumpaniji li jkunu kisru aspetti ewlenin ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom skond id-Direttivi dwar l-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni u/jew li dawn il-kumpaniji jkunu meħtieġa jagħtu lura dawn il-fondi u kwalunkwe fondi Komunitarji jew għajnuna nazzjonali mogħtija lilhom għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali u l-impjieg, u li għandhom ikunu esklużi mill-appalt pubbliku u mis-sussidji pubbliċi;

    9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta strateġija iktar deċiżiva biex tantiċipa r-ristrutturazzjoni industrijali u tittratta l-impatt soċjali u ambjentali tagħha;

    10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri, u lill-imsieħba soċjali.