Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0251/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0251/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

18.6.2007

imressqa wara il-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali B6‑0127/2007 u B6‑0128/2007
skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Michael Cashman, Joan Calabuig Rull u Carlos Carnero González, f'isem il-Grupp PSE
–   Luciana Sbarbati, f’isem il-Grupp ALDE
–   David Hammerstein, f’isem il-Grupp Verts/ALE
–   Willy Meyer Pleite, f’isem il-Grupp GUE/NGL
dwar ir-riżultati tal-missjoni għat-tiftix tal-fatti fir-reġjuni ta’ l-Andalusija, il-Valenzja u Madrid kondotti f’isem il-Kumitat ghall-Petizzjonijiet

Proċedura : 2007/2587(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0251/2007

B6‑0251/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-missjoni għat-tiftix tal-fatti fir-reġjuni ta’ l-Andalusija, il-Valenzja u Madrid kondotti f’isem il-Kumitat ghall-Petizzjonijiet

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat ta’ l-UE li jagħti d-dritt tal-petizzjoni liċ-ċittadini kollha ta’ l-UE u r-residenti kollha fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat UE li jiddikjara li l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif inhuma garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet Fundamentali, ...u għandha tipprovdi lilha nfusha bil-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra l-kontenut u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tat-tielet missjoni għat-tiftix tal-fatti fi Spanja (PE 386.549v02-00), approvat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-11 ta’ April 2007, li investiga l-allegazzjonijiet kontenuti f’għadd kbir ta’ petizzjonijiet li jikkonċernaw l-abbuż tad-drittijiet leġittimi taċ-ċittadini Ewropej għall-proprjetà tagħhom u għal tħassib iddettaljat fir-rigward ta’ l-iżvilupp sostenibbli, il-ħarsien ambjentali, il-provvista u l-kwalità ta’ l-ilma, u l-akkwist pubbliku inġenerali fir-rigward tal-kontroll mhux suffiċjenti ta’ proċeduri ta’ urbanizzazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali,

B.  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu adottata f’Diċembru 2005 (A6-0382/2005) dwar l-abbuż tad-drittijiet ta’ ċittadini u residenti ta’ l-UE fir-rigward tal-Liġi dwar l-Art tal-Valenzja magħrufa bħala l-LRAU,

C.  billi hemm każi rrappurtati ta’ prattika korrotta fir-rigward ta’ proġetti enormi ta’ urbanizzazzjoni li għalihom ġew arrestati u nstabu ħatja uffiċjali lokali u politiċi eletti,

D.  billi Spanja riċentement fasslet leġizlazzjoni nazzjonali ta’ qafas ġdida dwar il-liġi dwar l-art, li għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju,

E.  billi l-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri ta’ ksur kontra Spanja peress li naqqset milli tapplika d-Direttivi ta’ l-UE dwar l-akkwist pubbliku fir-rigward ta' programmi ta' urbanizzazzjoni fil-Valenzja,

1.  Jaħseb li l-obbligu li wieħed iċedi, mingħajr proċess tal-liġi u kumpens xieraq, proprjetà privata akkwistata b’mod leġittimu, marbut ma’ l-obbligu li wieħed iħallas spejjeż arbitrarji għal żvilupp ta’ l-infrastruttura mhux mitlub u ġieli mhux meħtieġ, huwa ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ l-individwu kif inhuma stipulati mill-Konvenzjoni Ewropea u l-ġurisprudenza dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ara, pereżempju, Aka v. it-Turkija) u kif inhuma kontenuti fit-Tratta UE;

2.  Jiddispjaċih ħafna li prattiki bħal dawn huma mifruxa f’diversi reġjuni awtonomi ta’ Spanja, b’mod partikulari fir-reġjun ta’ Valenzja u partijiet oħrajn taz-zona kostali tal-Mediterran, iżda wkoll, pereżempju, fir-reġjun ta’ Madrid;

3.  Jesprimi l-kundanna u l-oppożizzjoni severa tiegħu għal proġetti enormi ta’ urbanizzazzjoni minn kumpaniji tal-kostruzzjoni u zviluppaturi tal-proprjetà li ma ghandhomx l-ebda relazzjoni mal-htigijiet reali tal-bliet u l-irhula affettwati, li mhumiex sostenibbli ambjentalment, u li ghandhom impatt dizastruz fuq l-identità storika u kulturali taz-zoni affettwati;

4.  Jikkundanna l-approvazzjoni taċita minn xi awtoritajiet lokali tal-proġetti ta’ kostruzzjoni li sussegwentement ġew dikjarati illegali u li bħala riżultat jaslu għat-twaqqigħ, jew it-theddida ta' twaqqigħ, ta' proprjetà li nxtrat in bona fede miċ-ċittadini Ewropew permezz ta' żviluppaturi kummerċjali u aġenti tal-bejgħ regolari;

5.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li Spanja tkun konformi tad-Direttivi ta’ l-akkwist pubbliku, iżda jaħseb li l-Kummissjoni għandha tqis b’mod speċjali l-każi dokumentati ta’ ksur ta’ direttivi dwar kwistjonijiet ta’ l-ambjent, ta’ l-ilma u tal-politika tal-konsumatur;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Istat Membru kkonċernat, biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja u tad-drittijiet fundamentali ta’ kull ċittadin ta’ l-UE u r-residenti kollha fl-UE.

7.  Jistieden lill-awtoritajiet u l-gvernijiet reġjonali ta’ Spanja, b’mod partikulari l-Gvern tal-Valenzja, li għandhom l-obbligu li jirrispettaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-liġijiet ta' l-UE, biex jirrikonoxxu d-dritt leġittimu ta' l-individwu għall-proprjetà tiegħu akkwistata b'mod legali, u li jkunu stabbiliti, mil-liġi, kriterji definiti b'iktar preċiżjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni ta' Spanja li jikkonċerna l-interess pubbliku, sabiex ikun evitat u pprojbit l-abbuż tad-drittijiet għall-proprjetà tan-nies minħabba deċiżjonijiet mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.  Jitfa’ fid-dubju l-metodi ta’ nomina u l-poteri li frekwentement ikunu eċċessivi li jingħataw fil-prattika lill-urbanizzaturi u l-iżviluppaturi tal-proprjetà minn ċerti awtoritajiet lokali fuq dahar il-komunitajiet lokali u ċ-ċittadini li għandhom hemmhekk djarhom u l-proprjetà tagħhom akkwistata legalment;

9.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali biex jikkonsultaw iċ-ċittadini tagħhom u jinvolvuhom fi proġetti ta’ żvilupp urban sabiex jinkoraġġixxu żvilupp urban aċċettabbli u sostenibbli fejn ikun meħtieġ, fl-interess tal-komunitajiet lokali, u mhux fl-interess biss ta’ l-iżviluppaturi tal-proprjetà, l-aġenti tal-proprjetà u interessi oħrajn;

10.  Jikkundanna bil-qawwa l-prattika sigireta minn certi zviluppaturi tal-proprejtà li jdghajfu, bl-ingann, is-sjieda legittima ta’ proprjetà ta’ cittadini Ewropej billi jindahhlu fil-process tar-registrazzjoni ta’ l-art u jitlob lill-awtoritajiet lokali biex jistabbilixxu salvagwardji legali xierqa kontra din il-prattika;

11.  Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali biex jistabbilixxu kumitati amministrattivi speċjali li jinvolvu l-ombudsmen lokali, li lilhom għandhom jirrappurtaw is-servizzi ta’ investigazzjoni indipendenti, li għandu jkollhom is-setgħa ta’ l-arbitraġġ fir-rigward ta’ tilwim li jikkonċerna proġetti ta’ urbanizzazzjoni, u li għandhom ikunu aċċessibbli mingħajr ħlas għal dawk li huma affettwati b’mod dirett minn programmi ta’ urbanizzazzjoni, inkluż dawk li huma vittmi ta’ negozju illegali fil-proprjetà fil-kuntest ta’ żvilupp urban mhux awtorizzat;

12.  Jaħseb li fejn huwa meħtieġ kumpens għat-telf ta’ proprjetà, dan għandu jsir skond rati xierqa li huma konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

13  Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi kampanja ta’ informazzjoni diretta lejn dawk iċ-ċittadini Ewropej li jixtru proprjetà fi Stat Membru li mhuwiex tagħhom;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-awtoritajiet u l-gvernijiet reġjonali ta’ Spanja.