imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Pasqualina Napoletano, Glenys Kinnock u Barbara Weiler
f'isem il-Grupp PSE
dwar il-Burma
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Burma
B6‑0370-2007
Il-Parlament Ewropew,
–
wara li kkunsidra ir-riżoluzzjonijiet tiegħu preċedenti dwar il-Burma, u b'mod speċifiku dik tas-6 ta' Settembru 2007,
–
wara li kkunsidra l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A.
billi għexieren ta' nies, fosthom reliġjużi, qegħdin jiġu arrestati talli qegħdin jiddimostraw b'mod paċifiku u jesprimu d-dispjaċir tagħhom għall-iggvernar ħażin tal-ġunta militari;
B.
billi dawk li qegħdin jipprotestaw qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' aktar theddid vjolenti mill-ġunta militari,
C.
billi l-ġunta se tinżamm responsabbli f'għajnejn il-komunità internazzjonali għas-sigurtà ta' min qiegħed jipprotesta b'mod paċifiku,
D.
billi r-reliġjużi u l-popolazzjoni ċivili bdew il-protesti tagħhom ġimgħa ilu wara li l-gvern naqas li jitlob apoloġija meta ssawtu xi reliġjużi waqt dimostrazzjoni fil-belt ċentrali ta' Pakkoku tliet ġimgħat ilu,
E.
billi d-dimostrazzjonijiet kibru minkejja xnigħat li forzi tal-gvern dalwaqt jistgħu jibdew miżuri mifruxa ta' trażżin,
F.
billi jemmen li ma jistax ikun hemm aktar dewmien biex is-sitwazzjoni attwali fil-Burma tingħatalha l-attenzjoni tal-Kunsill tas-Siġurtà u ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU,
2.
Jistieden lill-Presidenza ta' l-UE, lill-ASEA, liċ-Ċina, lill-komunità internazzjonali u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jaġixxu mill-aktar fis biex jiġi evitat it-telf ta' bnedmin fil-Burma;
3.
Jistieden, għalhekk, lill-Kunsill tas-Sigurtà u lill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jittrattaw is-sitwazzjoni fil-Burma b'urġenza u biex jagħtu s-setgħa lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jagħmilha ta' medjatur fil-Burma sabiex iwassal għal rikonċiljazzjoni nazzjonali u tranżizzjoni lejn id-demokrazija, u jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jimponi sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Burma fi sforz biex issir il-bidla;
4.
Jistieden lill-Kunsill tas-Siġurtà tan-NU biex jiżgura li l-Mibgħut Speċjali tan-NU, Ibrahim Gambari, iżur il-Burma kif ippjanat mill-aktar fis;
5.
Jikkundanna lill-Kunsill għall-Paċi u l-Iżvilupp ta' l-Istat (SPDC) għall-oppressjoni bla heda tal-poplu tal-Burma għal aktar minn 40 sena u n-nuqqas assolut tiegħu li jagħmel xi mossa sinifikanti lejn id-demokrazija;
6.
Jikkundanna n-nuqqas totali ta' rispett tad-dittatura militari għall-ġid tal-poplu tal-Burma;
7.
Jitlob biex tittieħed l-opportunità ħalli jerġa' jibda d-djalogu favur ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali;
8.
Iħeġġeġ il-waqfien tal-proċess kostituzzjonali illeġittimu attwali, u s-sostituzzjoni tiegħu minn Konvenzjoni Nazzjonali kompletament rappreżentattiva li tinkludi l-Għaqda Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) u partiti, gruppi politiċi oħra u nazzjonalitajiet etniċi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jinbidel fi proċess inklużiv u demokratiku għall-formolazzjoni ta’ kostituzzjoni;
9.
Jitlob għall-ħelsien mill-aktar fis u bla kundizzjonijiet ta' Daw Aung San Suu Kyi;
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-ASEAN, lill-Għaqda Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD), lill-Kunsill għall-Paċi u l-Iżvilupp ta' l-Istat u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.