Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0484/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0484/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

21.11.2007

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn
Nirj Deva f'isem il-Grupp PPE-DE
Corina Creţu f'isem il-Grupp PSE
Thierry Cornillet f'isem il-Grupp ALDE
Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN
Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE
Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL
Jens-Peter Bonde
dwar il-proklamazzjoni ta’ Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja

Proċedura : 2007/2648(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0484/2007
Testi mressqa :
B6-0484/2007
Testi adottati :

B6‑0484/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni ta’ Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konsensus li ntlaħaq mill-Kunsill għall-Kwistjonijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tad-19 u l-20 ta’ Novembru 2007 dwar ‘Stqarrija Konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja’;

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Riforma li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew f’Liżbona fit-18 u d-19 ta’ Ottubru 2007, li rrikonoxxa l-għajnuna umanitarja bħala qasam tal-politika ta’ l-UE bis-saħħa tad-dritt tagħha.

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 dwar Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għall-ewwel darba il-Kunsill, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni qablu li jiddefinixxu viżjoni komuni, objettivi komuni għall-politika u prinċipji komuni għat-twassil aktar effettiv ta’ għajnuna umanitarja ta’ l-UE f’pajjiżi terzi;

2.  Japprova għaldaqstant id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: ‘Il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja’;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.