PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI
17.6.2008
minn Joseph Daul, f'isem il-Grupp PPE-DE
Martin Schulz, f'isem il-Grupp PSE
Graham Watson, f'isem il-Grupp ALDE
Brian Crowley, f'isem il-Grupp UEN
Monica Frassoni, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Irena Belohorská
li tapprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot
Proċedura : 2008/2142(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
B6-0306/2008
Testi mressqa :
B6-0306/2008
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
B6‑0306/2008
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tapprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 217(2) tat-Trattat KE,
– | wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Ftehima ta' Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea[1],– | wara li kkunsidra l-proposta tad-9 ta' Mejju 2008 biex tinbidel l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot, |
– wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Viċi President mill-kumitat parlamentari responsabbli fis-16 ta' Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Japprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President Jacques Barrot għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.
- [1] ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123.