Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0313/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0313/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

16.6.2008

imressqa wara l-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali B6‑0162/2008 u B6‑0163/2008
skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Marie-Hélène Aubert u Carl Schlyter
f'isem il-Grupp Verts/ALE
dwar il-kriżi tas-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0313/2008
Testi mressqa :
B6-0313/2008
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B6‑0313/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tas-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ż-żidiet reċenti fil-prezz tal-fjuwil kellhom impatt ekonomiku serju fuq l-industrija tas-sajd, speċjalment fuq dawk is-setturi li jużaw tagħmir tas-sajd attiv li jikkonsma ħafna enerġija,

B.  billi s-sitwazzjoni hija aggravata minħabba li bosta sajjieda ma jirnexxilhomx jittrasferixxu l-ispejjeż ta' l-attivitajiet tagħhom għal fuq il-prezz tal-bejgħ, minħabba l-istruttura tas-suq attwali u minħabba d-dominanza ta' intermedjarji korporattivi,

B.  billi storikament, f'ħafna Stati Membri, is-sussidji disponibbli ta' l-UE ntużaw ta' sikwiet wisq biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' flotot tas-sajd fuq skala kbira, b'konsum kbir ta' enerġija, u li jeqirdu l-ambjent, bis-suppożizzjoni li l-enerġija kienet se tibqa' rħisa,

D.  billi minkejja tnaqqis sotanzjali ta' kapaċità f'ċerti flotot, ħafna flotot fl-UE għadhom kbar wisq, relattivament għar-riżorsi disponibli għall-qbid fuq bażi sostenibbli, u għalhekk hemm bżonn ta' tnaqqis ulterjuri f'dawn il-flotot,

E.  billi l-prezzijiet għoljin ta' l-enerġija m'humiex fenomenu temporanju, iżda huma pjuttost strutturali u permanenti fin-natura tagħhom, u billi s-settur għandu jadatta kif xieraq,

F.  billi jekk sempliċement jintużaw muturi iktar effiċjenti f'sens ta' enerġija mhux se tissolva l-problema ta' industrija ferm dipendenti fuq l-enerġija rħisa, u dan jaf iwassal għal żieda fl-attività tas-sajd,

G.  billi l-industrija tas-sajd hija affettwata ħafna bill-globalizzazzjoni, u l-flotta ta' l-UE trid tikkompeti f'suq fejn it-tendenzi ta' prezzijiet dejjem irħas ukoll għandhom impatt fuq l-konomija,

H.  billi ċerti Stati Membri nedew skemi mmirati biex jonqos il-konsum tal-fjuwil mill-flotot tagħhom u billi dawn l-innovazzjonijiet għandhom jiġu appoġġjati,

I.  billi l-Istati Membri għandhom irwol ewlieni fil-miżuri għall-konservazzjoni ta' l-industrija tal-ħut, minħabba li ngħataw responsabilitajiet f'oqsma bħall-allokazzjoni ta' ġranet fuq il-baħar u ta' kwoti, fil-flotot tagħhom stess; billi konsegwentement għandu jkollhom irwol ewlieni fl-iżvilupp u l-inkuraġġiment ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija fi ħdan il-flotot tagħhom stess,

J.  billi d-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003[1]) diġà tippermetii lill-Istati Membri biex jipprovdu eżenzjoni parzjali jew totali fuq ix-xiri ta' diżil għall-baħar, għalkemm mhux kollha kemm huma ħadu azzjoni dwar dan,

1.  Konsegwentement jikkonkludi li hemm bżonn urġenti li l-flotot tas-sajd Ewropej jirristrutturaw biex jitbiegħdu minn bastimenti u tagħmir li jikkonsmaw ħafna enerġija u li jeqirdu l-ambjent u jadottaw prattiki iktar tajbin li jirrikjedu inqas enerġija u li jkunu iktar sostenibbli fit-tul f'sens ambjentali, soċjali u ekonomiku;

2.  Iqis li l-konverżjoni u d-diversifikazzjoni tat-tagħmir għas-sajd għandhom irwol importanti u jqis li t-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-enerġija jista' jwassal għal żieda fl-impjiegi fis-settur;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonsultaw b'mod wiesa' mas-settur tas-sajd u ma' partijiet interessati oħrajn biex jissolleċitaw l-ideat tagħhom dwar l-aqwa modi biex jinkiseb dan l-objettiv, filwaqt li jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni, u għaldaqstant is-soluzzjonijiet mhux neċessarjament se jkunu l-istess fl-industriji tas-sajd jew fir-reġjuni kollha;

4.  Iqis li l-programmi għat-tnaqqis ta' kapaċità għandhom jiffavorixxu t-tneħħija ta' dawk il-bastimenti li jikkonsmaw l-aktar enerġija u li jħallu l-aktar dannu fuq l-ambjent tal-baħar;

5.  Jirrikonoxxi li dan ir-ristrutturar se jirrikjedi appoġġ finanzjarju kemm għall-flotta u kif ukoll għas-sajjieda li jaħdmu fuq il-bastimenti, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jisfruttaw il-possibilitajiet diġà pprovduti taħt l-EFF; bl-istess mod iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex turi flessibilità fil-proċess ta' approvazzjoni tagħha, sakemm il-programmi jirriżultaw fi prattiki tas-sajd li jikkonsmaw inqas enerġija;

6.  Jikkunsidra li r-riforma li hemm għaddejja tas-COM tipprovdi opportunità għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi li jipprovdu prezz ġust għas-sajjieda li jirrifletti l-ispejjeż tagħhom filwaqt li l-prezz tal-bejgħ finali jinżamm tajjeb għall-but tal-konsumaturi; jirrikonoxxi li dan jirrikjedi mekkaniżmu għat-tnaqqis tad-dominanza kummerċjali ta' l-intermedjarji fis-suq;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u lir-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-industrija tas-sajd.