Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0376/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0376/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

27.8.2008

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Joseph Daul u Philip Bushill-Matthews
f'isem il-Grupp PPE-DE
dwar il-Pakkett Soċjali

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0376/2008
Testi mressqa :
B6-0376/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

B6‑0376/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Pakkett Soċjali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-preżentazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fuq l-Aġenda Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi issa hemm aċċettazzjoni mifruxa li, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-istrateġija ta' Liżbona mġedda għat-tkabbir u l-impjiegi, il-mudell soċjali Ewropew għandu jkun modernizzat u żviluppat,

B.  billi n-nuqqas ta' kreditu globali qed tpoġġi pressjoni fuq ħafna kumpaniji Ewropej, fost affarijiet oħra minħabba tnaqqis possibbli fl-impjiegi u fil-ħtieġa għar-ristrutturar,

C.  billi huwa importanti, b'mod speċjali matul perjodi ta' taqlib bħal dawn, li jkun hemm livelli xierqa ta' ħarsien ta' l-impjieg, sabiex is-soċjetà kollha kemm hi tkun mgħammra u mmotivata aħjar biex tkun tista' tlaħħaq ma' l-isfida tal-bidla,

1.  Jilqa bi pjaċir il-proposta tal-Kummssjoni għal pakkett soċjali ġdid, li jipprova jindirizza kwistjonijiet importanti, inklużi l-bidla demografika, il-globalizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar;

2.  Jaqbel li hemm bżonn ta' prinċipji komuni għal inklużjoni aktar attiva ta' ċittadini li bħalissa huma esklużi mis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-ġlieda kontra l-faqar u jqisu s-suċċessi li wettqu l-Istati Membri l-oħra;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi d-djalogu soċjali, peress li s-sħubija bejn l-intrapriżi bbażata fuq il-fiduċja hija element prinċipali għas-suċċess fis-suq;

4.  Iqis, madankollu, li l-proposti jistgħu jkunu msaħħa dwar kif l-anzjani jistgħu jkunu integrati aħjar fis-suq tax-xogħol, kif jista' jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ, u kif il-globalizzazzjoni tista' titqies aktar bħala opportunità u nqas bħala theddida;

5.  Iqis li huwa urġenti li tiġi indirizzata l-ħtieġa ta' aktar mobilità ġeografika u professjonali;

6.  Jiġbed l-attenzjoni li għad hemm differenzi bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li huma kwalità ta' l-impjiegi u ugwaljanza fil-ħlas; jistenna miżuri aktar konkreti għal trattament ugwali fl-impjiegi sabiex jiġi promoss bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;

7.  Iqis li uħud mis-suġġetti koperti mill-Kummissjoni, sa ċerta punt huma r-responsabilità ta' l-Istati Membri skond il-prinċipju tas-sussedjarjetà;

8.  Ifakkar lill-Kummissjoni fil-ftehima li kwalunkwe proposta ġdida għandu jsirilha evalwazzjoni ta' l-impatt indipendenti u li jsiru bir-reqqa;

9.  Jinnota li, filwaqt li l-Parlament għandu jindirizza numru ta' dokumenti sensittivi, riċentament il-Kunsill seta' jagħmel progress kunsiderevoli fl-ispirtu tal-kompromess minkejja id-differenzi ta' oppinjonijiet; jimpenja ruħhu għall-prinċipju li jfittex kunsens ekwivalenti fil-Parlament sabiex l-UE tkun tista' timxi 'l quddiem b'aktar ħeffa u ċertezza;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.