Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0540/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0540/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

15.10.2008

imressqa wara l-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali B6‑0473/2008 u B6‑0474/2008
skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Vittorio Agnoletto
f'isem il-Grupp GUE/NGL
dwar il-Ftehima ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0540/2008
Testi mressqa :
B6-0540/2008
Testi adottati :

B6‑0540/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Ftehima ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-tieni 'round' tad-diskussjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Kooperazzjoni UE-Vjetnam qed issir f'Hanoi fl-20-21 ta' Ottubru 2008,

B.  billi l-laqgħa li jmiss tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn it-Trojka tal-UE u l-Vjetnam hija skedata għal Diċembru 2008,

C.  billi l-Artikolu 1 tal-Ftehima ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam jiddikjara li 'r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi huwa l-bażi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet u għad-dispożizzjoni tal-ftehima u li dan jikkostitwixxi element essenzjali tal-ftehima',

1.  Jirrikonoxxi l-importanza tar-riformi politiċi u ekonomiċi implimentati mill-Gvern Vjetnamiż; u jinsab konvint li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam għandu jwassal għal titjib tanġibbli f'dak il-pajjiż;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi limiti ċari għall-evalwazzjoni tal-proġetti tal-iżvilupp attwali fil-Vjetnam sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-'klawżola demokratika';

3.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin għal Ftehima ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġdida li tinkludi klawżola demokratika ċara, biex iqajmu l-punt man-naħa Vjetnamiża tal-bżonn għal titjib fid-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jitlob lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jeħilsu n-nies kollha fil-ħabs jew miżmuma minħabba l-espressjoni paċifika ta' twemmin politiku jew reliġjuż; jitlob lill-Gvern Vjetnamiż, b'mod partikolari, biex itemm iċ-ċensura u l-kontroll fuq il-midja domestika, inklużi l-internet u l-komunikazzjonijiet elettroniċi;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Vjetnamiżi;