Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0544/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0544/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

15.10.2008

skont l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura
imressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta tat-2 ta’ Ġunju 2008 għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu, min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabilità ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom
u
dwar il-proposta tat-2 ta’ Ġunju 2008 għal regolament tal-Kummissjoni li jemeda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami
(Ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità)
(C6‑0000/2008)
B6‑0544/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tat-2 ta’ Ġunju 2008 għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu, min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabilità ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom
u

Proċedura : 2008/2648(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0544/2008
Testi mressqa :
B6-0544/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

dwar il-proposta tat-2 ta’ Ġunju 2008 għal regolament tal-Kummissjoni li jemeda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami
(Ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità)
(C6‑0000/2008)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE[1],

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE[2],

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007[3] dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skont standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007[4] tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Fir-rigward tal-proposta għal regolament u l-proposta għal deċiżjoni

1.  Jinnota l-progress miksub mill-Kummissjoni fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rikonċiljazzjoni għall-entitatjiet tal-UE li joħorġu t-titoli f’pajjiżi terzi; jagħraf il-passi li ttieħdu lejn ir-rikonoxximent tal-GAAP u l-IFRS tal-Amerika bbażati fuq standards tal-UE;

2.  Huwa tal-fehma li l-GAAP ta’ pajjiżi terzi għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-IFRS kif adottat skont ir-Regolament 1606/2002 biex l-investituri jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu deċiżjoni simili irrispettivament minn jekk ikunux ġew ipprovduti b’rendikonti finanzjarji bbażati fuq l-IFRS jew fuq il-GAAP ta’ pajjiż terz u jekk l-assigurazzjoni u l-infurzar tal-verifika fuq il-livelli ta' entità humiex biżżejjed biex l-investituri joqogħdu fuqhom;

3.  Iqis li r-regolaturi għandhom iżommu djalogu attiv għaddej mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-IFRS u jsaħħu l-koperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni;

4.  Jinnota li l-IFRS approvati mill-IASB huma bażi soda biex ir-regolaturi jaħdmu fuq il-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità globalment; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni dinjija tal-istandards tal-kontabilità aċċettati tista’ ttejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tar-rendikonti finanzjarji, u b’hekk toffri benefiċċji sostanzjali kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-investituri;

5.  Jemmen li l-ħolqien tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità jikkostitwixxi kompitu importanti, però jenfasizza li l-għan aħħari jrid ikun li kull ġurisdizzjoni tadotta l-IFRS filwaqt li tirrispetta l-qafas demokratiku u legali tagħha;

6.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz; jenfasizza li dan ir-regolament jeħtieġ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat;

7.  Jinnota li l-Istati Uniti biss tirrikonoxxi r-rapporti finanzjarji skont l-IFRS kif maħruġa mill-IASB; jirrikonoxxi madakollu li l-Istati Uniti jippermettu li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni qasir li matulu rendikonti finanzjarji preparati taħt l-IFRS kif adottati skont ir-Regolament 1606/2002, jiġu aċċettati wkoll mingħajr il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni;

8.  Jenfasizza li ċertu pajjiżi terzi ma stqarrux b’mod ċar u pubblikament meta se japplikaw l-IFRS għall-emittenti domestiċi tagħhom;

9.  Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati mir-regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ ekwivalenza u l-fatti stipulati hawn fuq;

10.  Jilqa’ l-pjanijiet direzzjonali li ġew ippreżentati reċentement minn ċerti pajjiżi terzi sabiex jaqilbu għall-IFRS. jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-progress ta’ dawn il-pjanijiet direzzjonali mħabbra pubblikament bil-għan li jitneħħa r-rikonoxximent ta' ekwivalenza meta jintlaħqu d-dati predeterminati tal-bidla;

11.  Jinnota li saru proposti sabiex tiġi żviluppata governanza tal-IASB;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2008 dwar il-progress li qed isir fl-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni u għall-isforzi magħmula minn dawk li jistipulaw l-istandards tal-kontabilitá (accounting standard setters) f'pajjiżi terzi biex dawn jikkonformaw mal-IFRS;

13.  Jipproponi l-emendi li ġejjin għall-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emeda 1Emeda 1
Premessa 7Premessa 7
(7) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.(7) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li jitqies it-teħid tal-opportunità offruta.
Emeda 2Emeda 2
Artikolu 1Artikolu 1
L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) Il-paragrafi 5 u 5A għandhom jinbidlu b'dan li ġej:(1) Il-paragrafi 5 u 5A għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
'5. Mill-1 ta' Jannar 2009, l-emittenti ta' pajjiżi terzi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika tagħhom skont wieħed jew l-ieħor minn dawn l-istandards tal-kontabbiltà li ġejjin:'5. Mill-1 ta' Jannar 2009, l-emittenti ta' pajjiżi terzi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika tagħhom skont wieħed jew l-ieħor minn dawn l-istandards tal-kontabbiltà li ġejjin:
(a) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;(a) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(b) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju bil-kundizzjoni li n-noti dwar ir-rapporti finanzjarji vverifikati li jiffurmaw parti mill-informazzjoni finanzjarja storika jkun fihom stqarrija espliċita u bla riserva li dawn ir-rapporti finanzjarji jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju skont l-IAS 1 Il-Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanz jarji;(b) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju bil-kundizzjoni li n-noti dwar ir-rapporti finanzjarji vverifikati li jiffurmaw parti mill-informazzjoni finanzjarja storika jkun fihom stqarrija espliċita u bla riserva li dawn ir-rapporti finanzjarji jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju skont l-IAS 1 Il-Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanz jarji;
(c) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Ġappun; (c) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Ġappun;
(d) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Istati Uniti tal-Amerika.(d) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Istati Uniti tal-Amerika.
5A. L-emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skont l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skont l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skont il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.';5A. L-emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skont l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skont l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skont il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.';
Emeda 3Emeda 3
Artikolu 1 a (ġdid)Artikolu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress li jsir lill-Parlament Ewropew u lill-ECS fl-2009.
Emeda 4Emeda 4
Artikolu 1 b (ġdid)Artikolu 1 b (ġdid)
Dati mħabbra pubblikament għall-bidla lejn l-IFRS minn pajjiżi terzi għandhom iservu ta’ dati ta’ referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal pajjiżi terzi bħal dawn.

14.  Jipproponi l-emendi li ġejjin għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu mill-entitajiet ta’ pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta’ informazzjoni mħejjija skont l-istandards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emeda 5Emeda 5
Premessa 8Premessa 8
(8) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.(8) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li jitqies it-teħid tal-opportunità offruta.
Emeda 6Emeda 6
Artikolu 1 - paragrafu 1Artikolu 1 - paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu skont l-istandards li ġejjin:Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-istandards li ġejjin se jitiqiesu ekwivalenti għall-IFRS adodatti skont ir-Regolament (EK) Nru 1606/2002 rigward ir-rapporti finanzjarji konsolidati:
Emeda 7Emeda 7
Artikolu 1 a (ġdid)Artikolu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress li jsir lill-Parlament Ewropew u lill-ECS fl-2009.
Emeda 8Emeda 8
Artikolu 1 b (ġdid)Artikolu 1 b (ġdid)
Dati mħabbra pubblikament għall-bidla lejn l-IFRS minn pajjiżi terzi għandhom iservu ta’ dati ta’ referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal pajjiżi terzi bħal dawn.

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.