Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0562/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0562/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

20.10.2008

imressqa wara l-mistoqsija li titlob tweġiba orali B6‑0478/2008
skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Philip Bradbourn, Manfred Weber          f'isem il-Grupp PPE-DE                     minn Claudio Fava, Martine Roure                  f'isem il-Grupp PSE                        minn Marco Cappato, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ignasi Guardans Cambó, Sarah Ludford                           f'isem il-Grupp ALDE                        minn Kathalijne Maria Buitenweg, Eva Lichtenberger            f'isem il-Grupp Verts/ALE                        minn Roberta Angelilli                     f'isem il-Grupp UEN                           minn Søren Bo Søndergaard, Giusto Catania, Mary Lou McDonald, Adamos Adamou, Marco Rizzo, Willy Meyer Pleite, Bairbre de Brún         f'isem il-Grupp GUE/NGL
dwar l-impatt tal-miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-privatezza, id-dinjità umana u l-protezzjoni tad-dejta

Proċedura : 2008/2651(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0562/2008

B6‑0562/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-impatt tal-miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-privatezza, id-dinjità umana u l-protezzjoni tad-dejta

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 80(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u r-Regolament 300/2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal avjazzjoni ċivili,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni pproponiet abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jissuplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, li jinserixxi fost il-metodi permessi għal screening ta' passiġġieri fl-ajruporti tal-UE 'body scanners', i.e. magni li jipproduċu immaġini skenjata ta' persuni daqs li kieku kienu għarwenin, ekwivalenti għal tiftixa virtwali fuq persuna għarwiena,

B.  billi l-miżura, li żgur mhijiex biss teknika, għandha impatt serju fuq id-dritt tal-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta u d-dritt għad-dinjità tal-persuna, u għalhekk teħtieġ li tkun akkumpanjata minn salvagwardji b'saħħithom u adegwati,

C.  billi l-Kummissjoni ma akkumpanjatx il-miżura b'evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali kif mitlub mill-komunikazzjoni dwar il-konformità mal-Karta tal-Drittijiet Fundamentali u mal-proposti tal-Kummissjoni fl-ECHR, u ma kkonsultatx la lill-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Dejta Ewropew (EDPS) kif mitlub mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament 45/2001, lanqas l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma, jew l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), waqt li l-ebda stħarriġ ma sar dwar l-impatt possibbli fuq is-saħħa tal-passiġġieri minn magni bħal dawn,

D.  billi, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, jidħlu dubji fir-rigward tal-ġustifikazzjoni għal din il-miżura kif ukoll il-proporzjonalità u l-ħtieġa tagħha f'soċjetà demokratika,

E.  billi din il-miżura dwar metodi ta' screening ta' passiġġieri, eżaminata mill-komitoloġija (PRAC), se tkun segwita minn miżuri implimentattivi dwar rekwiżiti u proċeduri għal screening li se jkunu deċiżi permezz ta' proċeduri li dwarhom il-PE ma għandu kważi l-ebda setgħa,

F.  billi ma sar l-ebda dibattitu wiesa', trasparenti u miftuħ li jinvolvi passiġġieri, persuni interessati u istituzzjonijiet f'livell ta' UE u dak nazzjonali dwar dik li hi kwistjoni estremament delikata li taffettwa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini,

1.  Iqis li l-kundizzjonijiet għal deċiżjoni għadhom ma ntlaħqux, minħabba li għad hemm informazzjoni essenzjali nieqsa, u jistaqsi lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza ta' tliet xhur, sabiex:

  • -tagħmel evalwazzjoni tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali;
  • -tikkonsulta mal-EDPS, mal-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma u mal-FRA;
  • -tagħmel evalwazzjoni xjentifika u medika tal-impatt possibbli ta' dawn it-teknoloġiji fuq is-saħħa       
  • -tagħmel evalwazzjoni tal-impatt ekonomiku, kummerċjali u tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż;

2.   Jemmen li dan l-abbozz ta' miżura jista' jeċċedi s-setgħat implimentattivi previsti fl-istrument bażiku, minħabba li l-miżuri previsti ma jistgħux ikunu kkunsidrati sempliċement bħala miżuri tekniċi fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni, imma għandhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.  Iqis, f'dan ir-rigward, li l-miżuri kollha ta' sigurtà tal-avjazzjoni, kif ukoll l-użu ta' body scanners, għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità kif ġustifikati u meħtieġa f'soċjetà demokratika, u għalhekk jitlob lill-EDPS, l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma u lill-FRA, bħala kwistjoni ta' urġenza, li mingħajr telf ta' żmien jagħtu opinjoni dwar il-body scanners sal-bidu ta' Novembru 2008;

4.  Iżomm id-dritt li jivverifika mas-servizzi legali tal-UE dwar il-kompatibilità ta' dawn il-miżuri mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali, u li jieħu l-miżuri ta' segwitu meħtieġa;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.