PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI
21.10.2008
skont l-Artikolu 99(4) tar-Regoli ta' Proċedura
minn
- –Joseph Daul, f'isem il-Grupp PPE-DE
- –Martin Schulz, f'isem il-Grupp PSE
- –Graham Watson, f'isem il-Grupp ALDE
- –Brian Crowley, f'isem il-Grupp UEN
- –Monica Frassoni, f'isem il-Grupp Verts/ALE
- –Francis Wurtz, f'isem il-Grupp GUE/NGL
B6‑0575/2008
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tapprova l-ħatra ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunissa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 214(2), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 215 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Ftehima ta' Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni[1],
– wara li kkunsidra l-ittra ta' riżenja tas-Sur Peter Mandelson minn Membru tal-Kummissjoni, bid-data tat-3 ta' Ottubru 2008,
– wara li kkunsidra n-nomina mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunissa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2008 li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej[2],
– wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju magħżula quddiem il-kumitat responsabbli, li saret fl-20 ta' Ottubru 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Japprova l-ħatra ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunissa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.