Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0617/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0617/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

20.11.2008

imressqa wara l-mistoqsija li titlob tweġiba orali B6‑0485/2008
skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-passi favur it-titjib tal-ambjent għall-SMEs fl-Ewropea - l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar

Proċedura : 2008/2669(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0617/2008
Testi mressqa :
B6-0617/2008
Testi adottati :

B6‑0617/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-passi favur it-titjib tal-ambjent għall-SMEs fl-Ewropea - l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija Orali B6-/0485/2008 lill-Kunsill,

–  Wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa u l-evalwazzjoni tal-impatt realatat magħha

–  wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar l-intrapriżi zgħar u ta' daqs medju,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-SMEs huma kruċjali għall-ekonomija Ewropea, minħabba li jipprovdu iktar minn 100 miljun impjieg, fatt li jikkontribwixx għat-tkabbir ekonomiku minħabba li huwa sors kbir ta’ innovazzjoni u ta’ promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp reġjonali,

B.  billi l-proposta għal ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' (SBA) għall-Ewropa għandu tintlaqa' tajjeb ħafna iżda se jkun effettiv biss jekk m'hemmx impenn konkret fuq livell nazzjonali u Ewropew għall-implimentazzjoni tiegħu,

C.  billi l-kriżi attwali tas-swieq finanzjarji għamlet in-nuqqasjiet ta’ dan il-kuntest għall-SMEs iktar evidenti u żiedet l-urġenza li jkollhom il-bżonnijiet tagħhom iktar ikkunsidrati u li d-dispożizzjonijiet fl-SBA jkunu implimentati b’mod effettiv,

1.  Jistieden lill-Kunsill biex jikkonferma li għandu l-ħsieb li japprova formalment l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar waqt il-Kunsill Ewropew sabiex tkun żgurata l-viżibilità għojla neċessarja u jistieden lill-Kunsill meta jadotta l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, biex jagħmel id-dispożizzjonijiet tiegħu vinkolanti sabiex l-Att ikollu effett pożittiv sinifikanti għall-ambjent tal-SMEs;

2.  Jenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar sabiex dawn id-dispożizzjonijiet ikunu effettivi, u jitlob li jittieħdu miżuri konkreti kemm mill-Istat Membru u kemm fuq livell reġjonali li jikkumplimentaw miżuri adottati fuq livell tal-UE; jitlob lill-Istati Membri għalhekk biex iħabbru kif u meta l-elementi tal-prinċipju 'L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir' se jkunu inkorporati fl-oqfsa regolatorji nazzjonali;

3.  Ifakkar li sabiex ikun żgurat li l-miżuri tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar huma effettivi, għandha tkun stabbilita sistema ta’ skrining li timmonitorja l-progress u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri; iħeġġeġ li l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-prinċipju SBA ikun inkluż f’kapitoli individwali apposta fir-rapporti annwali dwar il-programmi ta’ riforma nazzjonali tal-Istrateġija ta’ Liżbona ;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jinsewx ’l-ekonomija reali’ meta jkunu qed jittrattaw il-kriżi finanzjarja kurrenti, billi jipprovdu appoġġ konkret għall-SMEs billi jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-finanzi f’dan il-mument kritiku; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward, il-pakkett il-ġdid tal-Bank Ewropew tal-Investiment li qed jalloka EUR 30 biljun f’self għall-SMEs kif miftiehem mill-ECOFIN; huwa tal-opinjoni li l-ammont mhux se jkun biżżejjed biex jissolvew il-problemi attwali tal-iffinanzjar tal-SMEs;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.