Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0110/2009Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0110/2009

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

9.3.2009

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Grupp PPE-DE
minn Ieke van den Burg, f'isem il-Grupp PSE
minn Diana Wallis, f'isem il-Grupp ALDE
minn Francesco Enrico Speroni, f'isem il-Grupp UEN
dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema f'kumpaniji bi statut Ewropew u miżuri oħra li jakkumpanjaw

Proċedura : 2009/2549(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0110/2009
Testi mressqa :
B6-0110/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

B6‑0110/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema f'kumpaniji bi statut Ewropew u miżuri oħra li jakkumpanjaw

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Att tan-Negozji ż-Żgħar u l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2008/2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi -Statut għall-Kumpanija Privata Ewropea (SPE) jiffaċilita n-negozju tal-SME fis-suq intern, pero' jkun ukoll aċċessibbli għall-kumpaniji akbar,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda konsultazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 138 tat-Trattat KE, mas-sieħba soċjali, bil-ħsieb li jkunu evalwati u fejn neċessarju is-simplifikazjoni, il-ħolqien jew l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-suq intern Ewropew;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tal-istatuti eżistenti tal-kumpaniji Ewropej u deċiżjonijiet relevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (eż. id-'Daily Mail u General Trust', 'Sevic Systems', 'Inspire Art', 'Überseering', and 'Cartesio') fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-bordijiet ta' kumpaniji u l-iskansament possibbli jew l-evażjoni mid-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi transkonfinali fir-rigward tat-tmexxija korporattiva, il-liġi tat-taxxa u l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-ħaddiema fi programmi ta' pussess ta' ishma relatati ma din il-konsultazzjoni; jitlob li possibilment ikun hemm reviżjoni u/jew proposti ġodda biex jiġu diskussi mal-Kunsill u l-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa regola għall-istatut tal-SPE skont liema r-rimborż ta' self jew kontribuzzjoni oħra minn azzjonist għandha tkun subordinata fejn kontribuzzjoni fil-kapital azzjonali kienet tkun aktar adattata (jiġifieri f'każ ta' livell għoli ħafna ta' dejn tal-kumpanija nnifisha); jemmen li għandha tiġi kkunsidrata regola li tipprovdi li azzjonist għandhu jirritorna r-rimborż mogħti jekk ikun tħallas f'perjodu qrib l-insolvenza tal-kumpanija;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.