Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0168/2009Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0168/2009

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

25.3.2009

imressqa wara l-mistoqsija li titlob tweġiba orali B6‑0226/2009
skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Helga Trüpel u Gisela Kallenbach
f'isem il-Grupp Verts/ALE
dwar l-irwol tal-kultura fl-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B6-0166/2009

Proċedura : 2009/2570(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0168/2009
Testi mressqa :
B6-0168/2009
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B6‑0168/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-irwol tal-kultura fl-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontribut tas-settur kulturali u dak kreattiv għall-kisba tal-objettivi ta’ Liżbona,

–  wara li kkunsidra l-azzjonijiet fil-qasam tal-kultura skont il-programm Kultura 2007 (2007-2013),

–  wara li kkunsidra l-azzjonijiet fil-qasam tal-politika reġjonali, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali 2007-2013 u tal-programmi URBACT u INTERREG 2007-2013,

–  wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kultura hija element importanti fl-iżvilupp sostenibbli reġjonali u urban bħala l-fattur kruċjali għall-identità reġjonali u lokali, filwaqt li jiġu rispettati b'mod sħiħ id-diversità kulturali u lingwistika,

B.  billi l-industriji kulturali, kreattivi u tal-arti huma fergħa li qed tikber tal-ekonomiji reġjonali u lokali, u stimolu għalihom, u intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju fis-settur kreattiv qed imexxu l-modernizzazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni fir-reġjuni u l-ibliet Ewropej,

C.  billi l-kreattività u l-innovazzjoni jirrikjedu kemm ambjent ta' inkoraġġament kif ukoll ambjent impenjattiv, u anke opportunitajiet ta' żvilupp u ta' taħriġ, li jistgħu jiġu provduti l-aħjar lokalment,

D.  billi ħafna awtoritajiet reġjonali u lokali żviluppaw strateġija, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba tas-soċjetà ċivili, biex tiġi mħeġġa l-kultura u l-kreattività, jiġu appoġġati l-kultura u l-industriji kreattivi u joħolqu ambjent li jistimola lill-ekonomija lokali, ir-riġenerazzjoni urbana, is-suq tad-djar u b'mod partikolari swieq lokali tax-xogħol, u dan iħeġġeġ spirtu ġdid ta' innovazzjoni u governanza u s-soċjetà tal-għerf,

E.  billi l-kultura sservi wkoll ta' katalist għall-inklużjoni soċjali u d-demokrazija fir-reġjunijiet u l-ibliet Ewropej, partikolarment meta dawn huma bbażati fuq l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili,

F.  billi l-kunċett ta' żvilupp sostenibbli għandu jinkludi dimensjoni kulturali,

1.  Jenfasizza li l-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali u lokali li jinkorporaw il-kultura, l-kreattività u l-arti jagħtu kontribut sostanzjali lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni u l-ibliet Ewropej billi jrawwmu d-diversità kulturali, id-demokrazija, il-parteċipazzjoni u d-djalogu interkulturali;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ proġetti adattati b'mod speċjali għal reġjun jew lokalità għax dawn huma l-iktar proġetti effikaċji u sostenibbli għall-iżvilupp reġjonali u urban;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment sħiħ tal-imsieħba tas-soċjetà ċivili fl-azzjonijiet kulturali organizzati jew kofinanzjati mill-UE; jipproponi li jieħu l-prinċipju tas-sħubija skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (regolamentazzjoni ġeneral dwar il-fondi strutturali) bħala mudell għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex torganizza l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-azzjonijiet kulturali u biex iressqu flimkien l-atturi rilevanti mis-settur pubbliku, dak privat u dak tas-soċjetà ċivili sabiex jittejjeb in-netwerking;

5.  Jistenna lill-Kummissjoni tippreżenta l-istudju dwar l-influwenza tal-kultura fil-livelli reġjonali u lokali lill-Parlament mal-ewwel opportunità, flimkien mal-konklużjonijiet u azzjonijiet li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel abbażi tiegħu;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.