Proċedura : 2009/2663(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0054/2009

Testi mressqa :

B7-0054/2009

Dibattiti :

PV 17/09/2009 - 2
CRE 17/09/2009 - 2

Votazzjonijiet :

PV 17/09/2009 - 4.7

Testi adottati :

P7_TA(2009)0020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 133kWORD 62k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0047/2009
14.9.2009
PE428.658v01.00
 
B7-0054/2009

imressqa wara l-mistoqsija li titlob tweġiba orali B7‑0208/2009

skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib


Luis Manuel Capoulas Santos, Paolo De Castro, Luís Paulo Alves, Csaba Sándor Tabajdi, Iratxe García Pérez, Alan Kelly, Miguel Angel Martínez Martínez f’isem il-Grupp S&D

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib  
B7‑0054

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009, li matulu kienet analizzata s-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-ħalib u l-Kummissjoni Ewropea kienet mistiedna biex tippreżenta analiżi fil-fond tas-suq fi żmien xahrejn, waqt li tindika għażliet possibbli biex ikun stabbilit is-suq filwaqt li jkun rispettat l-eżitu tal-Kontroll tas-Saħħa,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib (COM(2009) 385/4),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet finali tal-Kontroll tas-Saħħa (CNS/2008/0104),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2009)354 final) biex ikun estiż l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-perjodu li fih ikun hemm l-intervent,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa (2008/2175(INI)),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib iddeterjorat sew f’dawn l-aħħar tnax-il xahar, u dan wassal lil ħafna produtturi Ewropej li jagħmlu dimostrazzjonijiet pubbliċi u li jieħdu azzjoni biex iqajmu l-kuxjenza pubblika dwar il-kwistjoni,

B.  billi l-produzzjoni tal-ħalib tal-UE ma żdidetx fis-snin reċenti, u billi, wara l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-produzzjoni totali tal-ħalib, fil-31 ta’ Marzu 2009 kienet stmata li hi 4.2 % taħt il-kwota ġenerali; billi, għalhekk, il-kriżi attwali tas-suq tal-ħalib issa qed tiffaċċja kundizzjonijiet tas-suq diffiċli li jeħtieġu azzjonijiet sodi u deċisivi mill-Kummissjoni mil-lat tad-domanda sabiex jitjieb u jkun stabbilizzat is-suq tal-ħalib,

C. billi l-prezz tal-ħalib ipprovdut fis-suq tal-ħalib niżel għal 0.24.24€/Kg bħala medja għall-bdiewa Ewropej, u dan serjament affettwa d-dħul tal-produtturi tal-prodotti tal-ħalib,

D. billi l-waqgħa tal-prezz attwali għall-produtturi tal-ħalib ma kenitx akkumpanjata minn tnaqqis fil-prezzijiet imħallsa mill-konsumaturi,

1.  Jinnota r-rapport dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib, li fih il-Kummissjoni stabbilit il-katalgu ta’ miżuri disponibbli li jgħinu biex tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli ferm tas-suq;

 

2.  Jinnota l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2009;

 

3.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma vvalutatx biżżejjed ċerti sinjali tal-bidu tal-kriżi fis-settur tas-suq tal-ħalib, li diġà kienu jidhru meta ntlaħqet il-ftehima dwar il-Kontroll tas-Saħħa f’Novembru 2008;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija li tmur lil hinn minn dan il-katalgu ta’ miżuri; jenfasizza l-ħtieġa ta’ metodu komprensiv, li jgħaqqad flimkien il-miżuri għal perjodu ta’ żmien qasir ma’ riflessjoni dwar strateġija għal perjodu ta’ żmien medju;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri addizzjonali ħalli tindirizza l-kriżi, bħal:

–   li tieħu inkonsiderazzjoni rimborż għall-produtturi li jibqgħu taħt il-kwota, bil-kundizzjoni li dawn il-kwoti ma jkunux allokati mill-ġdid;

–   li testendi l-miżuri ta’ intervent għall-ħażniet previsti fil-proposta tal-Kummissjoni għall-butir u t-trab tal-ħalib biex ikopru wkoll il-prodotti tal-ġobon;

–   li tħaffef il-ħolqien ta' fond għall-ħalib u li tużah ukoll biex tappoġġja l-ħtiġiet finanzjarji ta' produtturi żgħar kif ukoll tal-bdiewa żgħażagħ;

6.  Ifakkar li ttikkettar ċar tas-sostituti tal-prodotti tal-ħalib bħall-ġobon u prodotti bbażati fuq xaħam mhux mill-annimali, hu ta’ importanza vitali, u jinsisti li l-prodotti mmarkati bħala tal-ħalib għandhom ikunu 100% prodotti tal-ħalib;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa u ssaħħaħ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Komunità għall-prodotti tal-ħalib sabiex tiggarantixxi l-użu ta’ dan l-isem għal prodotti magħmula esklussivament mill-ħalib u sabiex telimina ttitkkettar li jista’ jiżgwida lill-konsumaturi;

8.  Jinsisti dwar in-natura Ewropea tal-kriżi fis-settur tal-ħalib, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tassumi r-responsabilità tagħha fit-tiftix ta’ soluzzjonijiet komuni, waqt li tevita inugwaljanzi fost l-Istati Membri u distorsjonijiet tas-suq li jkunu kkawżati minn għajnuniet nazzjonali;

9.  Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-impenn tal-Kummissjoni li tinvestiga sorsi potenzjali tal-falliment tas-suq fil-katina tal-provvista tal-ħalib f'koperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa jekk ikunu identifikati irregolaritajiet;

10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tal-iffunzjonar tal-katina tal-provvista, b’mod partikolari billi ssaħħaħ it-trasparenza tas-suq ( bil-ħolqien ta’ osservatorju Ewropew għall-prodotti agrikoli, id-dħul u l-prezzijiet tal-ikel sabiex timmonitorja aħjar din id-dejta f’livell ta’ UE), filwaqt li tiffaċilita t-tħaddim aktar ġust tas-suq, u tinkoraġġixxi organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz ta’ koperattivi jew ta' organizzazzjonijiet oħra;

11. Jinnota l-progress milħuq mill-Kummissjoni, li jinkludi twessigħ tal-varjetà tal-prodott u simplifikazzjoni tal-process ta’ tmexxija żviluppat mill-Programm tal-Ħalib għall-Iskejjel; madankollu, jitlob biex ikun hemm żieda fl-ammont unitarju ta’ għajnuna sabiex ikun hemm impatt reali fuq ir-riattivazzjoni tad-domanda;

12. Jitlob biex terġa’ tiddaħħal l-għajnuna favur l-użu tat-trab tal-ħalib xkumat (SMP) fil-manifattura tal-għalf, sabiex ikun inkoraġġit l-użu ta’ dan il-prodott;

13. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament b’mod regolari dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-suq tal-ħalib matul ix-xhur li ġejjin;

14. Ifakkar li l-Istati Membri għandhom numru konsiderevoli ta’ strumenti disponibbli biex itaffu d-diffikultajiet tas-suq tal-ħalib u biex jgħinu fir-ristrutturar tas-settur li hu tant meħtieġ;

15. Jitlob, minkejja d-deċiżjonijiet adottati fil-Kontroll tas-Saħħa tal-CAP, reviżjoni temporanja tal-limiti stabiliti fl-Artikolu 68, sabiex ikun hemm aktar flessibilità fl-implimentazzjoni ta’ din ir-reviżjoni;

16. Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlament tal-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza