MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-Ukraina
23.11.2010
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura
Adina-Ioana Vălean, Siiri Oviir, Johannes Cornelis van Baalen, Jelko Kacin, Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE <<<
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0650/2010
B7‑0674/2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Ukraina
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta adottata fis-Samit UE-Ukraina li sar fi Brussell fit-22 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali u r-Rakkomandazzjonijiet maħruġa wara l-15-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina, li saret fl-4‑5 ta' Novembru 2010 f'Kiev u Odessa,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-Delegazzjoni fil-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina tal-Parlament Ewropew li osservat l-elezzjonijiet lokali u reġjonali li saru fil-31 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1755 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fil-5 ta' Ottubru 2010, dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Ukraina,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Ukraina tas-16 ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat fid-9 ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Kodiċi Elettorali emendat approvat mill-Parlament Ukrain f'Awwissu 2010,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Sħubija tal-Lvant imnedija fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998, u n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni maħsub li jissostitwixxi lill-FSK,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Ukraina hija pajjiż Ewropew ta' importanza strateġika għall-UE; billi d-daqs, ir-riżorsi, il-popolazzjoni u s-sitwazzjoni ġeografika tagħha jagħtu lill-Ukraina pożizzjoni partikolari fl-Ewropa u jagħmluha interlokutur reġjonali fundamentali, billi r-rwol tal-Ukraina fit-transitu ta' riżorsi enerġetiċi huwa vitali għas-sigurtà enerġetika tal-Unjoni Ewropea,
B. billi l-President tal-Ukraina, Viktor Yanukovych, kif ukoll il-Parlament Ukrain (Verkhovna Rada) ikkonfermaw id-determinazzjoni tal-Ukraina li taderixxi mal-Unjoni Ewropea,
C. billi saru allegazzjonijiet li f'dawn l-aħħar xhur ġew mhedda l-libertajiet demokratiċi bħal-libertà ta' għaqda, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni; billi l-korruzzjoni għadha mxerrda u b'natura sistematika,
D. billi, wara l-elezzjonijiet presidenzjali, hemm sinjali dejjem aktar preokkupanti ta' erożjoni tad-demokrazija u tal-pluraliżmu, kif jixhdu, partikolarment, it-trattament ta' xi NGOs, il-protesti individwali minn ġurnalisti dwar il-pressjoni eżerċitata fuqhom mill-edituri jew mill-proprjetarji tagħhom tal-impriżi ta' informazzjoni tagħhom biex ikopru jew ma jkoprux ċerti ġrajjiet, kif ukoll l-attività dejjem aktar intensa u b'motivazzjoni politika li jiżvolġi s-Servizz ta' Sigurtà Ukrain u l-użu ħażin ta' riżorsi amministrattivi u ġudizzjarji għal skop politiku,
E. billi r-Rappreżentant tal-OSKE għal-Libertà tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni afferma fit-13 ta' Ottubru 2010 li l-Ukraina laħqet livell għoli ta' libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, iżda li għandha tadotta provvedimenti urġenti biex tissalvagwardahom, u stieden lill-Gvern Ukrain jastjeni minn kull tentattiv li jinfluwenza jew li jiċċensura l-kontenut tal-mezzi tal-komunikazzjoni u biex jikkonforma mal-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u jonora l-impenji tal-OSKE f'dan l-ambitu,
F. billi s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukraina tal-1 ta' Ottubru 2010 terġa' tistabbilixxi sistema presidenzjali ta' governanza; billi l-introduzzjoni ta' sistema ta' kontrolli u bilanċi demokratika, effikaċi u dejjiema għandha tibqa' objettiv prijoritarju li għandu jintlaħaq permezz ta' proċess miftuħ, inklussiv u aċċesibbli għall-partiti politiċi u għall-atturi kollha tal-Ukraina,
G. billi diversi interlokuturi internazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kkritikaw l-organizzazjoni u t-tmexxija tal-elezzjonijiet lokali u reġjonali fl-Ukraina fil-31 ta' Ottubru 2010,
H. billi l-awtoritajiet Ukraini implimentaw sensiela ta' riformi importanti, inkluża waħda dwar il-liġi tas-settur tal-gass, u billi l-Ukraina ffirmat il-Protokoll ta' Adeżjoni tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija,
I. billi l-14-il Samit UE-Ukraina, li sar fit-22 ta' Novembru 2010 fi Brussell, serva biex isir avvanz fl-aġenda tal-kooperazzjoni bilaterali permezz ta' qbil dwar Pjan ta' Azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viżi u l-iffirmar ta' Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali li jippermetti lill-Ukraina tipparteċipa fi programmi tal-UE,
1. Jenfasizza li l-Ukraina għandha rabtiet storiċi, kulturali u ekonomiċi b'saħħithom mal-Unjoni Ewropea u hija wieħed mis-sħab ewlenin tal-Unjoni fl-ambitu tal-viċinat tal-Lvant u għalhekk teżerċita influwenza sinifikanti fuq is-sigurtà, l-istabilità u l-prosperità tal-kontinent kollu;
2. Ifakkar li r-relazzjonijiet UE-Ukraina huma bbażati fuq valuri komuni u fuq storja komuni u li l-UE għarfet l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukraina u tilqa' favorevolment l-għażla tar-rabta Ewropea; josserva li l-profondità tar-relazzjoni UE-Ukraina se tkun determinata mill-implimentazzjoni ta' riformi u mill-konsolidament addizzjonali ta' valuri komuni;
3. Josserva l-iżviluppi reċenti fl-aspetti kostituzzjonali li seħħew fl-Ukraina; jistieden lill-awtoritajiet Ukraini jiżguraw li l-proċess ta' riforma kostituzzjonali li għaddejja bħalissa tevolvi b'mod aktar inklussiv u komprensiv u li jsir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (Kummissjoni ta' Venezja) tal-Kunsill tal-Ewropa;
4. Jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni ta' Venezja hija kruċjali biex tiggarantixxi li l-pakketti ta' riforma leġiżlattiva li qed jiġu żviluppati attwalment ikunu totalment koerenti mal-istandards u l-valuri Ewropej; jistieden lill-partijiet politiċi interessanti kollha rilevanti, fosthom il-Gvern u l-oppożizzjoni, jipparteċipaw f'dan il-proċess;
5. Jilqa' favorevolment ir-riformi importanti li wettqet l-Ukraina, partikolarment fl-ambitu ekonomiku; jirrikonoxxi l-ftehim milħuq mal-FMI dwar is-self kundizzjonali għall-Ukraina bbażat fuq programm ta' stabilità makroekonomika;
6. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd li dejjem qiegħed jiżdied ta' rapporti affidabbli li fihom qegħdin jiġu kompromessi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw b'mod eżawrjenti kull rapportar ta' ksur ta' drittijiet u libertajiet, tħarrek lill-awturi u twaqqad kull ksur li jinstab;
7. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukraini jinvestigaw ir-rwol tas-Servizzi ta' Sigurtà tal-Ukraina (SBU) u l-parteċipazzjoni preżunta fl-ambjent politiku intern; jikkunsidra li l-leġiżlazzjoni dwar is-Servizzi ta' Sigurtà, u speċjalment id-dispożizzjonijiet li jagħtu lill-SBU l-awtorità li jmexxu investigazzjonijiet kriminali normali, għandha tiġi rivista bir-reqqa bil-għan li tiġi adattata bis-sħiħ mal-istandards Ewropej; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitt ta' interess tal-Kap tal-SBU, is-sur Khoroshkovsky, li huwa fl-istess ħin membru tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja u negozjant influwenti fl-Ukraina, li l-attiv finanzjarju tiegħu għandu riperkussjoni konsiderevoli fl-ambitu pubbliku;
8. Jesprimi d-diżappunt tiegħu bir-regress notevoli fir-rigward tar-rispett tal-libertajiet demokratiċi u l-impenji fl-Ukraina, kif juru l-elezzjonijiet lokali u reġjonali li saru fl-31 ta' Ottubru 2010; jistieden lill-awtoritajiet jittrattaw il-bosta rapporti dwar nuqqas ta' imparzjalità tal-kummissjonijiet elettorali, ir-reġistrazzjoni selettiva ta' kandidati min-naħa tal-Kummissjonijiet Elettorali Territorjali, l-intimidazzjoni tal-kandidati u tal-partidarji min-naħa tal-oppożizzjoni u l-kontroll insuffiċjenti tas-sigurtà tal-votazzjoni;
9. Jappoġġa l-ħtieġa li l-qafas elettorali jittejjeb u jagħmel il-qalb bix-xogħol li sar f'kooperazzjoni mal-esperti tal-UE u tal-OSKE għall-iżvilupp ta' abbozz ġdid tal-Kodiċi Elettorali; jenfasizza li t-trasparenza tal-proċess elettorali teħtieġ ċarezza tal-qafas ġuridiku; jistieden lill-awtoritajiet Ukraini jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tkun iffinalizzata f'waqtha, ħafna qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-2012;
10. Welcomes the Action Plan towards visa liberalisation for Ukraine as agreed by the 14th EU-Ukraine Summit on 22 November 2010; considers the Action Plan to be a practical tool to drive forward essential reforms in the relevant areas, in particular consolidation of the rule of law and respect for fundamental freedoms will be crucial in order to meet the benchmarks for visa liberalisation in the areas of public order and security and external relations; calls on the European Commission to assist the Ukrainian authorities in its efforts to advance towards visa liberalisation;
11. Welcomes the Signature of the Protocol to the current Partnership and Cooperation Agreement allowing Ukraine to participate in EU Programmes in areas such as business and entrepreneurship, energy and information, communication and technology;
12. Encouraged by the progress in the process of negotiation on the EU-Ukraine Association Agreement, in particular its deep and comprehensive Free Trade Area (DCFTA) aspects; notes that the finalisation of negotiations on the Agreement depend on the ability and willingness of the Ukrainian side to ensure regulatory approximation with the European Union; warns against any possible backtracking on the agreed negotiation commitments in the area of trade and energy;
13. Concerned over the worsening of the business climate in Ukraine: corruption, non-transparent tax and custom regimes, absence of independent judiciary and reliable legal environment and the dominance of oligarch interests in various business sectors represent a missed opportunity for Ukraine and forms a hurdle for intensification of EU-Ukraine business relations;
14. Is concerned at recent developments that could undermine media freedom and pluralism; calls on the authorities to take all necessary measures to protect these essential aspects of a democratic society and to refrain from any attempt to control, directly or indirectly, the content of reports in the national media; stresses the urgent need for a reform of the laws governing the media sector and therefore welcomes a recent proposal concerning the introduction of public service broadcasting in Ukraine; welcomes the public assurances given by the Ukrainian authorities that the legal framework needed to establish a public service broadcaster will be concluded by the end of the year; calls on the authorities to ensure that legal proceedings do not result in the selective revocation of broadcasting frequencies and to review any decision or appointment that could lead to a conflict of interest;
15. Calls on the Ukrainian Government to bring the legislation on media freedom into line with the OSCE standards, decisive action in this regard would strengthen Ukraine’s candidature for OSCE Chairman-in-Office for 2013;
16. Calls on the Ukrainian authorities to step up efforts in fighting corruption, expects in this regard that positive political rhetoric will be matched by decisive action in combating corruption at all levels; discouraged by the fact that Verkhovna Rada adopted amendments to the new Law on Public Procurement, according to which goods, works and services procured for the purposes of holding the European Football Championship 2012 in Ukraine are excluded from the application of the Law;
17. Instructs its President to forward this resolution to the Council, the Commission, the governments of the Member States, the President, Government and Parliament of Ukraine and the Parliamentary Assemblies of the Council Europe and the OSCE.