Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0677/2010Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0677/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent

23.11.2010

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Adrian Severin, Véronique De Keyser, María Muñiz De Urquiza, Vincent Peillon, Guido Milana f’isem il-grupp S&D <<<

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0675/2010

Proċedura : 2010/2954(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0677/2010
Testi mressqa :
B7-0677/2010
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B7‑0677/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar is-Saħara tal-Punent kif ukoll ir-rapport tad-delegazzjoni ad hoc tal-PE ta’ Marzu 2009, u b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti 1754 (2007), 1783 (2007), 1813 (2008) u 1871 (2009) fejn intalbet soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli li tippermetti l-eżerċitar tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta’ arranġamenti konformi mal-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra r-rapport ta’ Amnesty International tal-2008, kapitolu ‘Il-Marokk u s-Saħara tal-Punent’, u r-rapport tal-Human Rights Watch "Human Rights in Western Sahara and in the Tindouf Refugiee Camps" ta’ Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-kelliem għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Catherine Ashton dwar is-Saħara tal-Punent, fl-10 ta' Novembru 2010,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi għal ġimgħat sħaħ, eluf ta’ ċivili Saħrawi, inklużi tfal, nisa u anzjani, ingħaqdu fil-kamp ta’ Gdeim Izik f’Laâyoune bħala protesta kontra l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tagħhom, fejn talbu li jkollhom djar, xogħol u għajnuna soċjali, u billi l-gvern Marokkin, wara li nieda negozjati biex jiġu sodisfatti dawn it-talbiet, it-Tnejn 8 ta’ Novembru bagħat il-forzi tas-sigurtà u l-pulizija biex jiżgumbraw il-kamp,

B.  billi madankollu l-informazzjoni disponibbli bħalissa dwar ir-raġunijiet għal din l-operazzjoni, il-livell ta’ saħħa użat, ir-rispons tal-persuni fil-kamp, l-għadd ta’ vittmi fost il-persuni li kienu qed jipprotestaw u fost il-forzi tas-sigurtà, għadha vaga u kontradittorja,

C. billi dawn l-inċidenti seħħew fl-istess jum tal-ftuħ, fi New Yprk, tat-tielet ċiklu ta’ taħdidiet informali dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent, li fihom ipparteċipaw il-Marokk, il-Front Polisario u l-pajjiżi ġara, il-Mawritanja u l-Alġerija,

D. billi jitqiesu l-‘istat avvanzat’ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem inklużi fil-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

E.  billi, skont l-opinjoni tas-servizz legali tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni u l-Marokk, dan il-ftehim, li jinkludi de facto s-Saħara tal-Punent, mhuwiex konformi mad-dritt internazzjonali sakemm l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mar-riżorsi naturali tas-Saħara tal-Punent jsiru fl-interess tal-poplu Saħrawi u skont ix-xewqiet tiegħu,

1.  Jinsab ixxukkjat dwar l-inċidenti vjolenti li seħħew fil-kamp ta’ Gdeim Izik u fil-belt ta’ Laâyoune , kif ukoll dwar l-użu tas-saħħa fl-istess jum tal-ftuħ, fi New York, tat-tielet ċiklu ta’ taħdidiet informali dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent;

2.  Jiddeplora t-telf ta’ ħajjiet u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi, tal-midruba u tal-persuni li għebu;

3.  Jitlob biex minnufih u taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, jitwaqqaf kumitat ta’ inkjesta indipendenti u trasparenti bil-mandat li jiġu stabbiliti r-responsabilitajiet tad-diversi partijiet ikkonċernati mit-tfaqqigħ tal-avvenimenti msemmija u biex jiġi indikat il-bilanċ ta’ vittmi; jinsab sorpriż li Ewrodeputati u ġurnalisti ma tħallewx jidħlu fis-Saħara tal-Punent, u jitlob lill-awtoritajiet Marokkini l-aċċess u l-moviment liberu fir-reġjun għall-istampa u għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

4.  Jitlob lill-awtoritajiet Marokkini biex ifasslu politika ta’ trasparenza informattiva dwar is-sitwazzjoni fit-territorju tas-Saħara tal-Punent;

5.  Jitlob lill-Marokk biex, f’ġieħ l-istatus tiegħu bħala sieħeb privileġġjat tal-Unjoni Ewropea, jiffaċilita d-dħul, il-moviment liberu u l-kuntatti fit-territorju tas-Saħara tal-Punent;

6.  Ifakkar dwar l-appoġġ tiegħu għall-issoktar tat-taħdidiet informali bejn il-partijiet tal-kunflitt, sabiex tintlaħaq soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli li tippermetti l-eżerċitar tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, bi qbil ma' dak li ġie stabbilit fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jilqa’ l-isforzi li saru għal dan l-għan mir-rappreżentant personali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Christopher Ross;

7.  Jitlob ukoll li fil-mandat tal-MINURSO jiddaħħal is-segwitu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u jappoġġa lill-Kunsill ta’ Sigurtà fit-tiġdid b’sena ta’ din il-missjoni;

8.  Jitlob lill-Marokk, lill-Front Polisario u lill-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fit-taħdidiet biex jevitaw kull tip ta’ provokazzjoni, biex ikollhom rwol kostruttiv u, minkejja t-tensjoni, biex jissoktaw bit-taħdidiet imsemmija; jilqa’ għalhekk il-fatt li l-partijiet ikkonċernati qablu li jiltaqgħu f’Diċembru;

9.  Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri tal-Unjoni li jagħmlu parti mill-Grupp tal-Ħbieb tas-Saħara tal-Punent (Franza, Spanja, ir-Renju Unit) biex jiffaċilitaw il-proċess tad-djalogu bilaterali u jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex ikollha rwol iktar attiv fit-taħdidiet imsemmija;

10. Jistieden lill-awtoritajiet Marokkini jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet attwali u jipprovdu l-informazzjoni u d-data mitluba mill-Kummissjoni, biex b’hekk ikun jista’ jiġi mġedded il-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd, li jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvern tal-Marokk u lill-eżekuttiv tal-Fron Polisario.