Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0683/2010Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0683/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar in-negozjazzjonijiet li għaddejin bħalissa dwar il-baġit 2011

24.11.2010

skont l-Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura

Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE
Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D
Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE
Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE


Proċedura : 2010/2972(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0683/2010
Testi mressqa :
B7-0683/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

B7‑0683/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-negojazzjonijiet li għaddejin bħalissa dwar il-baġit tal-2011

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 310 sa 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-27 ta’ April 2010 (COM(2010)0300), u għall-Ittri li Jemenda Nru 1, 2 u 3 preżentati mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Settembru 2011, 11 ta’ Ottubru 2010 u 20 ta’ Ottubru 2010 rispettivament,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Awwissu 2010 (12699/2010 - C7-0202/2010),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni teigħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha[1],

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (COM(2010)0072) u d-dokument tal-Kummissjoni dwar Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji (COM(2010)0073), it-tnejn ippreżentati fit-3 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2010 (COM(2010)0149) tat-8 ta’ April 2010 u Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10 għall-baġit ġenerali għall-2010 (COM(2010)0598) tal-20 Ottobru 2010,

–   wara li kkunsidra l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-8 ta' April 2010 (COM (2010)0150), li l-Kummissjoni ppreżentat fit-8 ta’ April 2010,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2010 li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta’ Settembru 2010 (13472/2010 – C7-0263/2010), u għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea stess[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi l-pożizzjoni tal-Kunsill l-abbozz tal-baġit illimitat l-approprijazzjonijiet tal-pagamenti għal ammont li jirrappreżenta żieda ta' 2.91% fuq il-baġit tal-2010,

B.  billi l-Parlament qabel ma’ 'strateġija ta’ seba’ punti’ mmirata għall-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, appoġġata b’emendi baġitarji, filwaqt li juri d-disponibilità li jikkonferma l-livell tal-pagamenti fil-kuntest ta' ftehim globali,

C. filwaqt li fil-15 ta’ Novembru 2010, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni Parlament-Kunsill ma qabilx dwar test konġunt għall-baġit 2011,

1.  Jesprimi d-disponibilita tiegħu li jiffaċilita ftehim dwar il-baġit 2011 u l-elementi relattivi fi skadenza stretta ħafna, basta l-kondizzjonijiet elenkati aktar ’l isfel jiġu sodisfatti mill-Kummissjoni u mill-Kunsill:

(a)  ftehim dwar mekkaniżmi ġenwinament flessibbli li jkun jaqbel mal-prinċipji eżistenti għar-rieżamijiet, kif jingħad fit-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, li għandu jkun deċiż mill-PArlament u minn maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill, li jkun jippermetti l-finanzjament futur proprju tal-politiki li joħorġu mill-kompetenzi l-ġodda konferiti fuq l-UE mit-Trattat ta' Lisbona u mill-proġett Ewropa 2020;

 

(b)  impenn mill-Kummissjoni li tippreżenta sal-1 ta’ Lulju 2011 proposti sostanzjati, imsejsin fuq l-Artikolu 311 tat-TFUE, dwar ir-riżorsi proprji ġodda għall-UE, u impenn mill-Kunsill li jiddiskuti dawn il-proposti mal-Parlament fil-proċess ta’ negozjazzjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (MFF);

 

(c)  ftehim bejn it-tlitt istituzzjonijiet dwar metodu għall-ħdim flimkien li jkun jinkludi l-parteċipazzjoni mill-Parlament fil-proċess ta’ negozjazzjoni tal-MFF li jmiss, permezz tal-aċċess għal dokumenti strateġiċi u l-parteċipazzjon tal-Ewrodeputati fil-laqgħat relevanti, u d-deliberazzjoni regolari li jsiru fil-livell tal-Presidenti tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont it-termini tal-Artikoli 324 u 312(5) tat-TFUE;

 

2.  Jilqa’ l-impenji tal-Kummissjoni dwar il-Valur Miżjud Ewropew u l-'Lisbonizzazzjoni’ tal-baġit, u dwar skadenza preċiża għar-riżorsi proprji;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.