MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-Tiġdid tal-Protokoll tal-Ftehima ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Mawritanja
16.3.2011
skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura
Carmen Fraga Estévez f’isem il-Grupp PPE
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0193/2011
B7‑0193/2011
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Tiġdid tal-Protokoll tal-Ftehima ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Mawritanja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Anness II tal-Ftehim Kwadru bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 2010,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Mawritanja (SEC(2011)137 finali),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar it-Tiġdid tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (B7 0015/2011),
– wara li kkunsidra l-protokoll ta' bħalissa, li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-protokoll ta’ bħalissa tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2012 u l-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni tniedi negozjati għat-tiġdid tiegħu, li għalihom talbet mandat preskrittiv mill-Kunsill,
B. billi l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddisponi kundizzjonijiet ċar li taħthom il-Parlament Ewropew għandu jkun assoċjat ma' deċiżjonijiet meħudin fuq il-ftehimiet tas-sajd li jilleġittimaw xewqet il-Parlament li jikkollabora fi proċess li jesprimi l-prijoritajiet tiegħu għalbiex ikunu rinegozjati l-Protokolli l-ġodda;
C. billi s-settur tas-sajd jirrappreżenta pilastru importanti tal-ekonomija Mawritana. Jammonta għal 10% tal-PGD u għal bejn 35% u 50% tal-esportazzjoni tal-Mawritanja. Jagħti wkoll 29% tad-dħul għall-baġit nazzjonali u jiġġenera 45,000 impjieg dirett u indirett,
D. billi l-Ftehim mal-Mawritanja huwa wieħed mill-erba’ ftehimiet imħalltin li fadal ma’ pajjiż terzi u f’dan is-sens huwa essenzjali għall-flotot tal-UE, u huwa ta' importanza kbria li s-suq tal-Unjoni Ewropea jkollha gamma wiesgħa ta' prodotti tas-sajd, li huwa ferm nieqes minnhom,
E. billi, skont ftehimiet suċċessivi, l-opportunitajiet ta’ sajd tnaqqsu, imma l-kontributi finanzjarji u d-drittijiet imħallsin mis-sidien tal-vapuri żdiedu. F’ċerti kategoriji tas-sajd, l-opportunitajiet mhux qed jintużaw kompletament minħabba fi problemi f'termini ta' miżuri tekniċi, drittijiet għoljin u tlugħ abbord;
F. billi l-Protokolli suċċessivi ffirmati mal-Mawritanja ppermettew progress sostanzjali fl-appoġġ għall-iżvilupp tas-settur Mawritan tas-sajd, il-konservazzjoni tal-istokk tas-sajd u t-titjib fil-kontroll, minkejja li hemm aspetti li għad jeħtieġ jissaħħu u jiġu ċċarati, inkluża l-operazzjoni tal-kontroll mill-VMS, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar t-tlugħ abbord, u l-promozzjoni ta’ ċerta infrastruttura li tinkoraġġixxi investiment akbar mill-komunità fil-Mawritanja,
G. billi huwa neċessarju, meta jiġu negozjati l-opportunitajiet ta’ sajd tal-protokoll il-ġdid li jitqiesu r-relazzjonijiet tas-settur Mawritan tas-sajd ma’ pajjiżi terzi li wkoll jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ sajf fiz-Zona Ekonomika Esklussiva permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew privati,
H. billi l-objettivi prinċipali tal-Protokoll il-Ġdid, kif espressi fl-Abbozz tal-Mandat huma t-tisħiħ tad-djalogu fuq il-politika settorjali bil-għan li tkun inkoraġġita l-implimentazzjoni ta' politika ta' sajd responsabbli, l-iżvilupp tal-industrija tas-sajd fil-Mawritanja, flimkien mal-kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, skont l-objettivi ta’ żvilupp tal-pajjiż,
I. billi l-Anness II tal-Ftehim Kwadru jirregola l-mogħdija lill-Parlament u t-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali, kif definit f'punt 1.2, mill-Kummissjoni b'konnessjoni mal-eżerċizzju tal-prerogattivi u l-kompetenzi tal-Parlament. Iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jaġixxu skont l-obbligi reċiproki tagħhom ta’ koperazzjoni sinċiera, fi spirtu ta’ fiduċja reċiproka sħiħa u b'ottemperanza mill-aktar stretta mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat,
1. Jikkondividi l-veduta espressa mill-Kummissjoni fuq ftehimiet preċedenti dwar is-sajd li d-durata tal-Protokoll għandha tkun l-itwal possibbli ħalli jkun hemm pjanifikar aħjar tal-attivitajiet tan-negozju u tkun żgurata kontinwità akbar u proġetti għall-investiment tal-komunità, ħalli jkun hemm qafas stabbli u miżuri kontinwi ta' appoġġ għall-industrija u l-politika settorjali tas-sajd fil-Mawritanja u għall-persegwiment tar-riċerka xjentifika fuq l-istatus tar-riżorsi;
2. Jitlob li jkun hemm opportunitajiet ta’ sajd ħalli jiġu sodisfatti l-ħtiġiet reali tal-flotot u jisħaq f'dan is-sens dwar it-tħassib tiegħu dwar l-hekk-imsejħa tendenza tal-"ħut tal-karta" li wasslet għal abbuż fil-kumpens finanzjarju. Jekk dan iseħħ ikunu evitat l-sottoutilizz li jista' jipperikola l-kontinwità ta' ċerti kategoriji ta' ħut, segwitu aħjar tad-data tas-sajdiet u tal-istatus tar-riżorsi, u li tkun rispettata fis-sħiħ id-dixxiplina baġitarja;
3. Jinsisti li għandu jinkiseb tagħrif u figuri affidabbli dwar l-opportunità għal sajd minn pajjiż terzi fl-ibħra tal-Mawritanja bħala element kjavi għat-teħid fil-kunsiderazzjoni matul in-negozjati ħalli jkunu identifikati r-riżorsi f'eċċess li jistgħu jkunu magħmulin disponibbli għall-UE;
4. Iqis li l-Kumitat Xjentifiku Konġunt, li hu responsabbli għall-valutazzjoni tal-istat tar-riżorsi u jieħu ħsieb ir-rakkomandazzjonijiet b'konsegwenza ta' hekk, għandu jkollu r-riżorsi umani u materjali meħtieġa ħalli jwettqu adegwatament xogħolhom u jitlob lill-Kummissjoni tissupperviżjona l-eżerċizzju xierqa ta’ din il-funzjoni;
5. Jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja simultanjament l-opportunitajiet ta’ sajd għal kategoriji differenti ta’ bastimenti u l-miżuri tekniċi li għandhom jiġu applikati f’kull każ, ħalli jiġi evitat is-sottoutilizz u sitwazzjonijiet fejn is-sajd jispiċċa jkun impossibbli minħabba f’raġunijiet tekniċi, li jwasslu għal telf sostanzjali fid-dħul;
6. Bl-istess mod, il-perijodi ta’ rkupru bijoloġiku deskritti fil-protokoll il-ġdid għandhom ikunu msejsin fuq kriterji xjentifiċi biss, mingħajr ebda elementi diskriminatorji u bil-fini u objettiv waħdenin tas-sostenibilità tar-riżorsi;
7. Iqis li l-kumpens finanzjarju b'sostenn għall-politika settorjali tas-sajd hija meħtieġa ħafna minħabba l-investimenti importanti li jeħtieġ li jsiru kemm mill-industrija kemm mill-awtoritajiet Mawritani għall-iżgurar tal-iżvilupp xieraq tas-settur, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li dan il-kontribut ikun effettiv u investit kif jixraq,
8. Jisħaq dwar il-ħtieġa għat-titjib tal-infrastruttura tas-sajd għas-settur tas-sajd Mawritan (il-portijiet, l-imħażen, ir-refriġeraturi, eċċ) bħal ngħidu aħna t-tindif tal-fdalijiet tal-vapuri u l-espansjoni tal-port importanti ħafna ta' Nouadibou; iqis li dan it-titjib ikun ukoll neċessarju għal funzjonament aħjar tal-attività tal-flotta tal-UE u jkun ħaffef il-flussi tal-investiment;
9. Għandu jirrikonoxxi, iżda, l-investimenti importanti li kemm l-UE kemm ċerti Stati Membri għamlu u ppersegwixxew fil-Mawritanja, imma jitlob li jkun hemm sforzi akbar kemm mill-Kummissjoni kemm mill-Istati Membri għall-ksib ta’ kordinament akbar tal-kontiburt finanjarju, ħalli jkun hemm koperazzjoni reali fl-iżvilupp u tkun evitata duplikazzjoni mhux kordinata;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet Mawritani jagħtu l-garanzija kwantu għall-interpetazzjoni tagħha tal-miżuri ta’ kontroll - l-aktar waħda reċenti hija l-agħar apsett tal-protokoll ta’ bħalissa minkejja l-isforzi tal-UE. B’mod partikolari, itenni li l-bastimenti tal-komunità huma mgħammrin bil-VMS u li dan għandu jkun l-istrument għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni tal-bastiment, u li sistemi alternattivi, bħalma hija stima viżiva approssimattiva tad-distanza sal-kosta, għandhom jitwaqqfu billi ma tistax toqgħod fuqhom u huma ġuridikament inċerti għall-flotta;
11. Juri t-tħassib tiegħu dwar it-tlugħ abbord tal-bastimenti tal-komunità mill-awtoritajiet Mawritani, li hija problema rikorrenti marbuta l-aktar mal-fatti rapportati fil-paragrafu ta' qabel dan; jisħaq dwar in-non-ottemperanza tal-awtoritajiet Mawritani mal-Kapitolu VI tal-Anness I tal-protokoll, b'mod partikolari l-paragrafu 3 tiegħu dwar il-proċeduri f'każ ta' tlugħ abbord tal-bastimenti;
12. Jissottolinja l-ħtieġa tal-PE li jkun imdaħħal għalkollox kemm fil-proċess ta' negozjati kemm fil-monitoraġġ fit-tul tal-funzjonament tal-Protokoll il-ġdid ħalli jottempera ruħu mal-obbligi skont it-TFUE kwantu għall-informazzjoni mogħtija bis-sħiħ u mill-ewwel lill-Parlament; Ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament Ewropew għandu jkun irrappreżentat fil-laqgħat tal-Kumitati Konġunti kkontemplati mill-ftehimiet dwar is-sajd, u jinsisti dwar il-benefiċċji li l-partijiet kollha jistgħu jieħdu mill-parteċipazzjoni tas-settur ikkonċernat fil-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, invista tal-perizja tiegħu;
13. Jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament Ewropew fil-ħin debitu dwar il-valutazzjoni ex-post tal-Protokoll kurrenti, ħalli jkollu elementi suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-Protokoll u għall-identifikazzjoni tal-problemi persistenti;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern Mawritan.