MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)
22.3.2011
Sharon Bowles f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
B7‑0200/2011
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tat-28 ta' Frar 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)[1],
– wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi Verena Ross tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010),
1. Japprova l-ħatra ta' Verena Ross bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).
- [1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.