MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)
22.3.2011
Sharon Bowles
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
B7‑0222/2011
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)[1],
– wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi Adam Farkas jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010),
1. Japprova l-ħatra ta' Adam Farkas bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).
- [1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.