Proċedura : 2011/2656(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0256/2011

Testi mressqa :

B7-0256/2011

Dibattiti :

PV 06/04/2011 - 17
CRE 06/04/2011 - 17

Votazzjonijiet :

PV 07/04/2011 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0152

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 149kWORD 90k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0256/2011
4.4.2011
PE459.793v01-00
 
B7-0262/2011

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (Ivory Coast)


Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (Ivory Coast)  
B7‑0256/2011

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Côte d'Ivoire,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou bejn l-UE u l-AKP, iffirmat f’Ġunju 2000,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Côte d'Ivoire, b’mod partikulari r-Riżoluzzjoni 1893(2009), ir-Riżoluzzjoni 1933(2010), ir-Riżoluzzjoni 1946 (2010), ir-Riżoluzzjoni 1951 (2010) u r-Riżoluzzjoni 1962 (2010),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-RGħ/VP il-barunessa Catherine Ashton dwar il-proċess elettorali u, b’mod partikolari, dawk tat-3 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-riżultati tal-elezzjoni tal-Côte d’Ivoire u tal-1 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tieni sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d’Ivoire,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali mibgħuta mill-Unjoni Ewropea (UE), l-Unjoni Afrikana (UA) u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS), li qablu fil-konklużjonijiet tagħhom li t-tieni sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Côte d'Ivoire seħħew b’mod ħieles u demokratiku,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija għall- istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-elezzjonijiet tal-Côte d’Ivoire u d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Kii-Moon tat-2 ta’ Diċembru 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-3 ta’ Diċembru 2010 tas-Sur Young Joon Choi, Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-Côte d’Ivoire dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tat-tieni sessjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Novembru 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar it-tħabbira tar-riżultati tat-tieni sessjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Novembru 2010 fil-Côte d'Ivoire adottata fit-3 ta’ Diċembru 2010 f’Kinshasa mill-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Kii-Moon tal-4 ta’ Diċembru 2010, li tesprimi tħassib dwar il-kriżi politika li seħħet wara l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire, minkejja r-rebħa ċara tas-Sur Alassane Dramane Ouatara fl-istħarriġ ta' l-opinjoni tal-votanti (exit polls) b'marġini ta' kważi 10 punti,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Durão Barroso tal-4 ta’ Diċembru 2010 li kkonfermat lis-Sur Alassane Ouatara bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjonijiet demokratiċi,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-Sur Abdou Diouf, Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija tal-5 ta’ Diċembru 2010, li fiha stieden lill-atturi politiċi kollha jirrikonoxxu r-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali mħabbra mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti (CEI) tal-Côte d'Ivoire u ċċertifikati min-NU,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Finali tas-samit tal-ECOWAS li sar f’Abuja, in-Niġerja, fis-7 ta’ Diċembru 2010,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Unjoni Afrikana li tissospendi s-sħubija tal-Côte d'Ivoire tad-9 ta’ Diċembru 2010 li ġġiegħel ir-riżenja tal-ex-President Laurent Koudou Gbagbo,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-komunità internazzjonali li titlob ir-riżenja tal-ex-President Laurent Koudou Gbagbo, malajr kemm jista’ jkun sabiex jinżammu l-prospetti ta’ tranżizzjoni paċifika tal-poter,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi wara aktar minn 10 snin, u bosta posponimenti, fil-31 ta’ Ottubru 2010, twettqet l-ewwel sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Politiku ta’ Ouagadougou tal-4 ta’ Marzu 2007,

 

B.  billi l-ewwel sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali kienet ikkaratterizzata b’parteċipazzjoni storika ta’ madwar 80% tal-votanti reġistrati li ġeneralment seħħew b’mod kalm u paċifiku minkejja d-dewmien sussegwenti fit-tħabbir tar-riżultati,

 

C. billi fl-aħħar nett is-CEI iddikjarat lill-President fil-kariga Laurent Koudou Gbagbo u lill-ex Prim Ministru Alassane Dramane Ouattara bħala l-kandidati ewlenin tat-tieni sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali li kella ssir fit-28 ta’ Novembru 2010,

 

D. billi l-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE fil-Côte d'Ivoire fid-Dikjarazzjoni Preliminari tagħha tat-30 ta' Novembru 2010, ikkonkludiet li l-kampanja elettorali għat-tieni sessjoni ta' elezzjonijiet iċċappset bi vjolenza li kkawżat bosta korrimenti u mwiet fost iċ-ċittadini,

 

E.  billi fil-lejla tat-2 ta’ Diċembru 2010, il-President tas-CEI, is-Sur Youssouf Bakayoko, iddikjara lis-Sur Alassane Dramane Ouattara r-rebbieħ tat-tieni sessjoni tal-elezzjonijiet b’54.1% tal-voti mitfugħa, fi klima ta’ tensjoni ġenerali b’allegazzjonijiet ta’ frodi elettorali ħerġin mill-kamp tal-President kandidat u b’atti ta’ vjolenza u intimidazzjoni diretti lejn is-sostenituri tas-Sur Ouattara kif ukoll fil-konfront tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiż,

 

F.  billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU laqa’ t-tħabbira tar-riżultati proviżorji tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d'Ivoire (CEI) u tenna li kien lest jieħu l-miżuri adegwati kontra dawk li jostakolaw il-proċess ta’ paċi, u b’mod partikolari l-ħidma tas-CEI, kif stipulat fil-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 1946(2010),

 

G. billi wara li tħabbru r-riżultati, il-kap tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Côte d'Ivoire ddikjara t-tħabbira tar-riżultati elettorali tas-CEI bhala nulla u invalida u ddikjara lis-Sur Gbagbo bħala r-rebbieħ, wara li kkanċella r-riżultati tal-votazzjoni ta’ erba’ reġjuni fit-tramuntana tal-Côte d'Ivoire fejn Ouattara kien rebaħ b’maġġoranza kbira,

 

H. billi, b’segwitu għad-deċiżjoni msemmija aktar ‘il fuq tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Côte d'Ivoire, ingħalqu l-fruntieri kollha tal-pajjiż u kull xandira ta’ informazzjoni fuq stazzjonijiet tat-TV barranin kienet sospiża, li mhux biss ħalliet liċ-ċittadini tal-Côte d'Ivoire f’iżolazzjoni totali mill-bqija tad-dinja, iżda wkoll għamlitha diffiċli għall-komunità internazzjonali li ssegwi l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-istat tad-dritt fil-pajjiż,

 

I.   billi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, is-Sur Choi, aktar tard ċċertifika l-proċess dovut tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-Côte d'Ivoire, u b’hekk ikkonferma li r-riżultati tal-elezzjonijiet mħabbra mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti kienu preċiżi u kienu jirrappreżentaw ir-rieda ħielsa taċ-ċittadini tal-Côte d'Ivoire,

 

J.   billi s-Sra Fatou Bensouda, Deputat Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), talbet lill-awtoritajiet tal-Côte d'Ivoire jinvestigaw l-atti kollha ta’ vjolenza li seħħew qabel u wara t-tieni sessjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali u tenniet id-determinazzjoni tal-ICC li jwettaq skrutinju mill-qrib tal-atti kollha ta’ vjolenza rrappurtati f’dan ir-rigward,

 

K. billi minkejja l-protesti tal-komunità internazzjonali Laurent Gbagbo ħa l-ġurmanet tal-ħatra bħala President waqt ċerimonja organizzata fl-4 ta’ Diċembru 2010, filwaqt li s-Sur Ouattara ħa l-ġurament ta’ President tal-Côte d'Ivoire permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Kunsill Kostituzzjonali,

 

L.  billi numru akbar ta’ sħab politiċi u kummerċjali tal-Côte d'Ivoire fl-Afrika u fil-Punent tad-Dinja esprimew l-appoġġ tagħhom ghas-Sur Alassane Dramane Ouattara, li qed jiġi rikonoxxut bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-Côte d'Ivoire u l-Kap tal-Istat leġittimu li ngħata l-kariga skont ir-rieda demokratika tal-poplu tal-Côte d'Ivoire,

 

M. billi l-ex President Thabo Mbeki, ir-rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Afrikana għall-Côte d'Ivoire, żar il-pajjiż bil-għan li jaġixxi ta' medjatur bejn iż-żewġ kampijiet presidenzjali,

 

N. billi fil-5 ta’ Diċembru 2010 s-Sur Ouattara ħabbar il-formazzjoni ta’ gvern immexxi mill-ex Prim Ministru s-Sur Guillaume Soro; billi s-Sur Gbagbo wieġeb għal dan billi ħabbar in-nomina tal-prim ministru tiegħu, minkejja l-protesti ta’ għadd ta' eluf ta' persuni fil-belt ta’ Bouaké, li tinsab fit-tramuntana tal-pajjiż,

 

O. billi l-laqgħa tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU tat-8 ta’ Diċembru 2010 kkundannat bl-aktar mod qawwi kull attentat ta’ sovverżjoni tar-rieda popolari tal-poplu tal-Côte d'Ivoire u rrikonoxxa d-deċiżjoni tal-ECOWAS li tikkonferma lis-Sur Ouattara bħala l-President tal-Côte d'Ivoire,

 

1.  Iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha fil-Côte d'Ivoire jirrispettaw ir-rieda tal-poplu espressa b’mod ħieles fir-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali tat-28 ta’ Novembru 2010 li tħabbru mis-CEI u kienu ċċertifikati mir-Rappreżentant Speċjali tal-SĠNU, u li għarfu lis-Sur Allassane Dramane Ouattara bħala l-President elett tal-Côte d'Ivoire; jordna lill-partiti kollha tal-Côte d'Ivoire, biex b’mod partikolari ma jwettqux, jipprevjenu, u jipproteġu liċ-ċittadini minn kull forma ta’ sfurzar illegali u abbużu tad-Drittijiet tal-Bniedem;

 

2.  Jikkundanna bl-ikbar qawwa t-tentattivi tal-ex-President is-Sur Gbagbo u s-sostenituri tiegħu biex jużurpaw ir-rieda tal-poplu Ivorjan billi jipprovokaw il-vjolenza u jipperikolaw l-integrità tal-proċess elettorali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li r-riżultati tal-elezzjonijiet demokratiċi għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ mill-parteċipanti kollha, inkluż il-kandidati telliefa u jenfasizza li n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ dawn ir-riżultati jkabbar ir-riskju għall-paċi u l-istabilità fil-Côte d'Ivoire;

3.  Jiddeplora iktar deterjorazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Côte d'Ivoire, ikkaratterizzata fost affarijiet oħra minn nazzjonalizzazzjoni illegali tal-banek u esproprjazzjonijiet arbitrarji tal-flus u l-proprjetà mwettqa mill-kamp tal-ex-President is-Sur Gbagbo;

4.  Jikkundanna bil-qawwa l-atti ta' intimidazzjoni kontra l-osservaturi tal-Unjoni Ewropea fil-Côte d’Ivoire u kontra ċ-ċittadini tal-UE b’mod ġenerali li ġiegħlu l-missjoni tirtira għal raġunijiet ta' sigurtà;

5.  Jesprimi l-ikbar solidarjetà tiegħu għall-vittmi innoċenti kollha tal-inġustizzja u l-vjolenza fil-Côte d'Ivoire u għall-familji tagħhom; jitlob għalhekk lill-Operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d'Ivoire (UNOCI) iwettqu l-mandat tagħhom b’mod determinat biex tkun żgurata l-protezzjoni taċ-ċittadini, speċjalment in-nisa, it-tfal u l-persuni spostati;

6.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), li ttieħdet fis-7 ta’ Diċembru 2010, biex timponi sanzjonijiet fuq il-Côte d'Ivoire, inkluża s-sospensjoni mill-entitajiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ECOWAS sa data indefinita, abbażi tal-Artikolu 45 tal-Protokoll tagħha dwar id-Demokrazija u l-Governanza Tajba;

7.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-President tal-Unjoni Afrikana li ġiet ippreżentata fis-6 ta’ Diċembru 2010 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana fid-9 ta’ Diċembru 2010, biex tiġi sospiża l-parteċipazzjoni tal-Côte d'Ivoire fl-attivitajiet kollha tal-UA, sakemm il-President Mr. Ouatara elett b’mod demokratiku, fil-fatt jidħol fil-kariga tal-Kap tal-Istat;

8.  Japprezza d-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-Barunessa Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Viċi-President tal-Kummissjoni, b’appoġġ għall-proċess elettorali fil-Côte d'Ivoire, l-elezzjoni tas-Sur Ouattara bħala l-Kap tal-Istat u jilqa’, b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni tagħha tat-3 ta’ Marzu 2011 li fiha tikkundanna bis-saħħa l-qtil ta’ ċittadini innoċenti minn forzi leali lejn Laurent Gbagbo, li bdew jisparaw fuq dimostrazzjoni paċifika favur Outtara bħala l-President elett f’Abidjan;

9.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar is-sanzjonijiet tal-UE, adottati b’appoġġ għall-azzjonijiet Afrikani, li għandhom jibqgħu stabbiliti sakemm Laurent Gbagbo jaċċetta r-riżultati tal-elezzjonijiet u jagħti s-setgħa lill-president leġittimu; iqis, f’dan ir-rigward, li hu kruċjali li l-Komunità Internazzjonali u n-Nazzjonijiet Uniti jibqgħu magħqudin b’appoġġ għat-tranżizzjoni demokratika fil-Côte d'Ivoire;

10. Jistieden lill-Kunsill tas-Siġurtà tan-NU u lis-Sur Young Joon Choi, ir-Rappreżentant Spejċali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-Côte d'Ivoire, biex jimmonitorjaw mill-qrib id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Côte d'Ivoire biex tiġi pprevenuta l-perpetrazzjoni ta’ reati tal-gwerra possibbli u ta’ reati kontra l-umanità, u biex jadottaw, jekk ikun meħtieġ, riżoluzzjoni li tippermetti intervent militari internazzjonali jew wieħed immexxi minn Afrikani fil-Côte d'Ivoire biex jinżamm l-istat tad-dritt fil-pajjiż;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-UE u lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP il-Barunessa Catherine Ashton, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-ONUCI, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza