Proċedura : 2011/2900(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0576/2011

Testi mressqa :

B7-0576/2011

Dibattiti :

PV 30/11/2011 - 18
CRE 30/11/2011 - 18

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2011 - 6.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0543

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 80k
9.11.2011
PE472.784v01-00
 
B7-0576/2011

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Riżultat tal-Forum dwar is-Suq Uniku


Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Andreas Schwab, Constance Le Grip f’isem il-grupp PPE
Evelyne Gebhardt, Louis Grech f’isem il-grupp S&D
Diana Wallis, Cristian Silviu Buşoi f’isem il-grupp ALDE
Malcolm Harbour f’isem il-grupp ECR
Heide Rühle f'isem il-Grupp Verts/ALE
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Riżultat tal-Forum dwar is-Suq Uniku  
B7‑0576/2011

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Forum dwar is-Suq Uniku, li sar fi Krakovja (il-Polonja) fit-3-4 ta’ Ottubru 2011,

–   wara li kkunsidra d-‘Dikjarazzjoni ta’ Krakovja' tal-ewwel Forum dwar is-Suq Uniku,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bit-titolu 'L-Att dwar is-Suq Uniku. Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar “Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2011)206 finali),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2011 bit-titolu “Is-Suq Uniku mil-lenti tan-nies: Ħarsa ġenerali tal-20 tħassib prinċipali taċ-ċittadini u n-negozji (SEC(2011)1003 finali),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-Suq Uniku Ewropew ġab miegħu benefiċċji tremendi għal 500 miljun Ewropew, filwaqt li ħoloq opportunitajiet ġodda għall-espansjoni għal aktar minn 21 miljun negozju Ewropew, u sar il-magna reali wara t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea;

B.  billi f’għadd kbir ta’ oqsma għand hemm qabża kbira bejn dak li n-nies jistennew mis-Suq Uniku u dak li jesperjenzaw fil-prattika;

C. billi lejliet l-20 anniversarju tiegħu, is-Suq Uniku huwa aktar kruċjali minn qatt qabel għat-tiġdid tal-ekonomija Ewropea u għall-vijabilità tal-proġett Ewropew fuq medda twila ta' żmien;

D. billi l-Forum dwar is-Suq Uniku għaqqad flimkien in-negozji Ewropej, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gruppi ta’ riflessjoni, il-ġurnalisti, il-parlamenti nazzjonali, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli differenti tal-gvern u ċ-ċittadini Ewropej;

1.  Jenfasizza l-importanza li l-Forum dwar is-Suq Uniku jsir avveniment regolari, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw direttament fih u jinfluwenzaw l-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri, il-pajjiżi applikanti u l-imsieħba taż-ŻEE biex fl-2012 jorganizzaw u jippromwovu avvenimenti pubbliċi ewlenin sabiex jiċċelebraw l-20 anniversarju tas-Suq Uniku; iqis li l-objettiv għandu jkun li jiġi organizzat mill-inqas avveniment wieħed fil-pajjiżi parteċipanti kollha, b’attivitajiet reġjonali kif xieraq, marbut ma' avveniment prinċipali u ċentrali tal-UE, li possibbilment ikun organizzat mal-Presidenza tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2011 tressaq it-12-il prijorita kollha fl-Att dwar is-Suq Uniku, sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadottaw l-ewwel sett ta' miżuri prijoritarji sal-aħħar tal-2012 biex jingħata impetu ġdid lis-Suq Uniku;

4.  Jitlob għal monitoraġġ kostanti tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku fl-ogħla livell politiku permezz, inter alia, ta' rieżami u rappurtar regolari mill-Kummissjoni, l-inklużjoni tiegħu bħala punt ewlieni fuq l-aġenda fil-Kunsill Kompetittività u rapporti ta’ progress fil-Kunsill Ewropew; jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa għal traspożizzjoni f’waqtha u korretta kif ukoll l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

5.  Jenfasizza li s-Suq Uniku Ewropew jikkontribwixxi pożittivament għall-innovazzjoni u li, appoġġat minn inizjattivi koordinati tal-Kummissjoni u impenn qawwi mill-Istati Membri, se jiġġenera opportunitajiet ġodda għan-negozji – partikolarment għall-SMEs innovattivi – u se jappoġġa bis-saħħa l-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali u se jġib miegħu tkabbir ekonomiku sostenibbli, kif ukoll se jindirizza l-bżonnijiet taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE;

6.  Jieħu nota tan-nuqqasijiet identifikati mill-parteċipanti fil-Forum dwar is-Suq Uniku; jitlob għall-adozzjoni ta’ miżuri sabiex dawn in-nuqqasijiet jitnaqqsu bħala kwistjoni ta' urġenza;

7.  Jenfasizza, waqt il-Forum, ir-rikonoxximent tas-suċċess ġenerali tal-proċedura ta' rikonoxximent awtomatiku fid-Direttiva 2005/36/KE li tirreferi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u hu tal-fehma li dan għandu jiġi estiż għal professjonijiet oħra; jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni jipprovdu aktar trasparenza biex l-applikanti jkunu jistgħu jingħataw spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent tad-diploma jew tal-kwalifika professjonali tagħhom; jilqa’ b’sodisfazzjon it-tħabbir tar-riżultati tal-proġetti pilota tat-tesseri professjonali u jemmen li din it-tessera tista' tkun għodda utli li tiffaċilità l-mobilità għal xi professjonijiet, tissimplifika l-proċeduri amministrattivi u ssaħħaħ is-sikurezza;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa għal sistemi Alternattivi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim li jkunu effikaċi, aċċessibbli u sempliċi sabiex jiżguraw kunfidenza akbar tal-konsumatur fis-Suq Intern; jenfasizza li sistema Onlajn ta’ Soluzzjoni tat-Tilwim effikaċi tkun kruċjali għat-titjib tal-kunfidenza fis-Suq Uniku diġitali;

9.  Jissuġġerixxi li Punti Uniċi ta’ Servizz jiġu żviluppati f'ċentri komprensivi ta’ e-Gvern li jippermettu lill-imprendituri jressqu u jimmaniġġjaw il-formalijiet amministrattivi onlajn; jenfasizza l-potenzjal tagħhom fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi u jiddispjaċih li xi Stati Membri għadhom ma ssodisfawx l-impenji tagħhom fil-kuntest tal-iżvilupp tal-punt uniku ta’ servizz (PSC);

10. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi finalizzat is-Suq Uniku diġitali u jingħelbu l-problemi tekniċi għall-kummerċ transkonfinali u għall-provvista ta’ servizzi, b’mod partikolari billi jitjiebu l-interoperabilità u r-rikonoxximent reċiproku tal-Ids, il-firem elettroniċi u d-dokumenti elettroniċi;

11. Jinnota li sabiex titjieb iċ-ċertezza legali għall-e-kummerċ hu essenzjali li fl-Unjoni Ewropea tinħoloq sistema tad-drittijiet tal-awtur effikaċi u modernizzata u tkun aġġornata l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-ħarsien tad-data;

12. Jenfasizza li l-provvista ta’ servizzi transkonfinali u l-mobilità ta' ħaddiema stazzjonati huma elementi fundamentali tas-suq intern u jenfasizza li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għandha tiżgura kundizzjonijiet ugwali u r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati fl-UE; iqis li, sabiex ikun evitat l-abbuż u l-fatt li wieħed jaħrab mir-regoli, dawn għandhom ikunu trasparenti kif ukoll ċari; jinnota li l-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati;

13. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-traspożizzjoni korretta u f’waqtha tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern u t-tnaqqis ta’ nuqqas ta’ konformità; jenfasizza li l-użu ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni huwa ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha fil-proċess ta’ traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern;

14. Ifakkar l-importanza tas-simplifikazjoni u l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżgurawha fil-qafas legali eżistenti u li jmiss; jinnota l-ħtieġa li s-settur tal-akkwist pubbliku jsir professjonalizzat permezz ta’ taħriġ imtejjeb, li l-objettivi tal-akkwist ikunu kkonfermati u li jiġu esplorati modi possibbli biex jinkisbu objettivi ta' politika oħra; iqis li l-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-sejħiet għall-offerti tal-akkwist pubbliku teħtieġ li titjieb u li l-proċeduri tal-akkwist jeħtieġu jkunu anqas komplikati, irħas u aktar aċċessibbli għall-SMEs, u jenfasizza l-bżonn għal użu estiż tal-prinċipju “l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża” flok il-prinċipju tal-"prezz l-aktar baxx;

15. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex fl-iżvilupp tas-Suq Uniku jinvolvu ċ-ċittadini u partijiet interessati oħra aktar mill-qrib, b’mod partikolari billi jorganizzaw b’mod aktar proattiv konsultazzjoni pubbliċi f’waqthom dwar il-leġilazzjoni l-ġdida, fi sħubija mal-partijiet interessati u l-imsieħba soċjali nazzjonali u lokali, kif ukoll mal-NGOs u l-midja; iqis li d-dokumenti ta’ konsultazzjoni għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u jistgħu jinftiehmu miċ-ċittadin komuni;

16. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali fil-livelli kollha jagħmlu sforzi konġunti biex iqajmu kuxjenza fost iċ-ċittadini u l-partijiet interessati dwar l-għodod eżistenti maħsuba biex jiffaċilitaw il-funzjonament tas-Suq Uniku, bħal pereżempju l-Punti Uniċi ta’ Servizz, in-netwerk SOLVIT, Your Europe u oħrajn;

17. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq Forum dwar is-Suq Uniku onlajn, bħala pjattaforma acċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, li jippermettilu jżomm ruħu aġġornat dwar l-iżviluppi tas-Suq Uniku u jaqsam l-esperjenzi kif ukoll it-tħassib attwali dwar is-Suq Uniku;

18. Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali, lill-entitajiet reġjonali u lokali, lin-negozji, lit-trejdjunjins u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jikkoperaw sabiex jiżguraw li r-regoli tas-Suq Uniku jaħdmu b'mod effikaċi fuq il-post għaċ-ċittadini u n-negozji;

19. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza