Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0616/2011Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0616/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-promozzjoni ta' interventi għall-ħaddiema taħt l-età ta' 25 sena

23.11.2011

skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

B7‑0616/2011

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni ta' interventi għall-ħaddiema taħt l-età ta' 25 sena

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar dan is-suġġett,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena li qed ifittxu xogħol jibqgħu mingħajru għal żmien twil: aktar minn sena f'44 % tal-każijiet, skont stħarriġ miċ-ċentru tal-istudji "Datagiovani" għall-gazzetta "Il Sole 24 Ore";

B.  billi d-dritt għax-xogħol u għal remunerazzjoni ġusta għandu jkun garantit mill-Unjoni Ewropea għaż-żgħażagħ Ewropej kollha;

C. billi l-Italja hija, minn fost it-33 Stat tal-OECD, dik li tokkupa il-post ta' qabel tal-aħħar fil-klassifika tal-"Labour age gap", indikatur li jkejjel id-distakk bejn iż-żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena u l-ħaddiema kollha l-oħra fit-tellieqa għal impjieg, b'kunsiderazzjoni tar-rati ta' qgħad, impjieg, attività u tal-perċentwal ta' persuni qiegħda għal żmien twil;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tħejji kampanja ta' sensibilizzazzjoni adegwata fost l-impriżi għall-promozzjoni ta' messaġġi li jimmiraw lejn il-valorizzazzjoni tal-ħaddiema żgħażagħ;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tħejji proġett biex telimina jew għall-inqas tbaxxi l-ostakli għad-dħul f'suq dejjem iktar fqir f'termini ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena.