PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))
7.12.2011
Konferenza tal-Presidenti
B7‑0619/2011
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati parlamentari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu,
B. billi, b’segwitu għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Nru 36 tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha,
1. Iddeċieda li jemenda n-numru ta’ membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:
C01. Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru
C02. Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru
C03. Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 29 membru
C04. Kumitat għall-Baġit: 44 membru
C05. Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru
C06. Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru
C07. Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 51 membru
C08. Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 68 membru
C09. Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 60 membru
C10. Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru
C11. Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 46 membru
C12. Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru
C13. Kumitat għall-Agrikoltura: 44 membru
C14. Kumitat għas-Sajd: 24 membru
C15. Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 32 membru
C16. Kumitati għall-Affarijiet Legali: 25 membru
C17. Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru
C18. Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 25 membru
C19. Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru
C20. Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru
u li jemenda n-numru ta’ membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:
SC01A. Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 31 membru
SC01B. Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 31 membru
2. Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jistgħu jkollhom sa erba' viċi-presidenti;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.