PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali (2011/2839(RSO))
7.12.2011
Konferenza tal-Presidenti
B7‑0620/2011
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-Assembleji parlamentari multilaterali,
A. billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu,
B. billi, b’segwitu għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Nru 36 tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha,
1. Iddeċieda jemenda n-numru ta’ Membri fid-delegazzjonijiet interparlamentari kif ġej:
D13 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija (18-il membru)
D23 - Delagazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja (28 membru)
D27 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana (17-il membru)
D29 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet man-Nofsinhar tal-Affrika (17-il membru)
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.