MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar għeluq l-20 sena mill-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika
20.12.2011
Sandra Kalniete, Vytautas Landsbergis
B7‑0733/2012
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar għeluq l-20 sena mill-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Parlament Ewropew iddeskriva l-Unjoni Sovjetika bħala waħda mill-agħar tiranniji fl-Ewropa tas-seklu li għadda;
B. billi l-prattiki aggressivi u inumani tar-reġim totalitarju Sovjetiku kkawżaw tbatija tremenda u għamel ħsara enormi lin-nies;
C. billi l-kriżi tremenda tal-USSR u l-kampanji ta’ “perestroika” u “glasnost” immexxija minn Mikhail Gorbachev wittew it-triq biex terġa’ tinkiseb aktar libertà;
D. billi l-isfaxxar paċifiku tal-USSR seħħ fi tmiem l-1991 – għoxrin sena ilu;
1. Jirrikonoxxi l-isfaxxar tal-USSR bħala ġrajja maġġuri fl-istorja tal-Ewropa;
2. Jerġa’ jsostni l-valuri Ewropej – id-demokrazija, il-libertà u d-drittijiet tal-bniedem – li wasslu għat-tmiem tal-Unjoni Sovjetika;
3. Jiftakar f’dawk li attivament opponew il-ħakma totalitarja, jesprimi l-gratitudni tiegħu għal kull min ikkontribwixxa għal-liberazzjoni tal-pajjiżi mill-kontrol Sovjetiku, u jagħti ġieħ lill-vittmi kollha ta’ reġimi totalitarji u mhux demokratiċi;
4. Jistieden lill-pajjiżi kollha li nħelsu mill-kontroll tal-Unjoni Sovjetika biex jirrispettaw il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
5. Jitlob li tissaħaħ il-perspettiva Ewropea għall-istati kollha post-Sovjetiċi u tal-Ewropa tal-Lvant, inkluż ir-rikonoxximent tagħhom mill-Unjoni bħala stati li, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jaħdmu favur sħubija fl-UE u japplikaw għaliha.