Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0001/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0001/2012

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI dwar is-saħħa numerika tal-kumitati

12.1.2012

imressqa skont l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura
Konferenza tal-Presidenti


Proċedura : 2011/2841(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0001/2012
Testi mressqa :
B7-0001/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

B7‑0001/212

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa numerika tal-kumitati

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009[1] u tal-14 ta' Diċembru 2011[2] dwar is-saħħa numerika tal-kumitati parlamentari,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Iddeċieda li jemenda n-numru ta’ membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:

     C01.    Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru

     C02.     Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru

     C03.     Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 31 membru

     C04.     Kumitat għall-Baġits: 43 membru

     C05.     Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru

     C06.     Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru

     C07.     Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 49 membru

     C08.     Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 69 membru

     C09.     Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 61 membru

     C10.     Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru

     C11.     Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 47 membru

     C12.     Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru

     C13.     Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 44 membru

     C14.     Kumitat għas-Sajd: 25 membru

     C15.     Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru

     C16.     Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru

     C17.     Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru

     C18.     Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 24 membru

     C19.     Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

     C20.     Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

     u li jemenda n-numru ta’ membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:

     SC01A.               Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 31 membru

     SC01B.     Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 31 membru;

2.  Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi-presidenti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.