Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0002/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0002/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħarsien tal-patrimonju storiku, ekonomiku, produttiv u kulturali tat-mogħdijiet tal-Mediterran

10.1.2012

skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

B7‑0000/2012

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħarsien tal-patrimonju storiku, ekonomiku, produttiv u kulturali tal-mogħdijiet tal-Mediterran

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. wara li kkunsidra li sa minn Żmien il-Bronż, matul il-Medju Evu u sal-ewwel nofs tas-seklu 19, il-mogħdijiet għamlu parti minn retikolat ta’ toroq li ddetta l-liġi tal-moviment, ta’ transumanza u tal-insedjament, u jirrappreżentaw, għall-popolazzjonijiet tal-Mediterran, patrimonju storiku rilevanti li għandu jitħares;

B.  wara li kkunsidra li r-retikolati ta’ mogħdijiet kienu preżenti fil-pajjiżi Ewropej tal-Mediterran bħalma huma Spanja, l-Italja u l-Greċja, u sal-lum il-ġurnata wħud minn dawn il-mogħdijiet għadhom jintużaw mill-aħħar rgħajja li għadhom jagħmlu t-transumanza tal-imrieħel;

C. filwaqt li jindika li l-mogħdijiet għandhom siwi partikolari ta’ natura ambjentali u ekonomika u jistgħu jirrappreżentaw element ta’ attrazzjoni u żvilupp anki turistiku;

D. wara li kkunsidra li tali mogħdijiet jirrappreżentaw passaġġi sewwasew ukoll għat-twettiq ta’ retikolat tal-irziezet antiki li hemm f'din l-arja, b'mod partikolari dawk intiżi għat-trobbija tar-razez awtoktoni;

1.  Jitlob li tkun rikonoxxuta l-importanza storika, ekonomika u produttiva tal-mogħdijiet, li jsorru l-memorji tax-xbieki kulturali tal-kultura antikissma tar-rgħajja tal-Mediterran;

2.  Jitlob li jittieħdu azzjonijiet integrati intiżi għall-konservazzjoni, is-sejbien u l-valorizzazzjoni tar-retikolat tal-mogħdijiet ta’ interess naturalistiku, storiku u kulturali partikolari, intiżi wkoll għall-promozzjoni turistika u għall-enogastronomija tat-territorji kkonċernati.