Proċedura : 2011/2899(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0067/2012

Testi mressqa :

B7-0067/2012

Dibattiti :

PV 14/02/2012 - 3
CRE 14/02/2012 - 3

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2012 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0052

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 127kWORD 66k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0579/2011
13.2.2012
PE483.126v01-00
 
B7-0067/2012

imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali B7‑0038/2012 u B7‑0029/2012

skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' prodotti pubbliċi (2011/2899(RSP))


Pat the Cope Gallagher, Giommaria Uggias, Filiz Hakaeva Hyusmenova f'isem il-Grupp ALDE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' prodotti pubbliċi (2011/2899(RSP))  
B7‑0067/2012

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd(1),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982,

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għal Industrija tas-Sajd Responsabbli, li ġie adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995,

–   wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Spċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' "Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar" (COM(2011)363),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' "Ewropa 2020", (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura,

A. billi s-settur tas-sajd jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa, permezz tal-qbid, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq;

B.  billi s-settur tas-sajd Ewropew hu settur multi-funzjonali li jinkludi ukoll is-sajd rikreattiv u l-akwakultura flimkien mal-attività ewlenija tiegħu;

C. billi s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi, jippromwovi t-turiżmu u jippreserva l-wirt kulturali tagħhna; barra minn hekk, jista' jikkontribwixxi ukoll għal sajd aktar sostenibbli fl-Ewropa u għalhekk jaqdi l-objettivi ta' Rio+20 apparti milli jikkonforma ukoll mal-istrateġija Ewropa 2020;

D. billi l-livell multi-funzjonali tas-sajd għandu jiġi rikonoxxut u appoġġjat fi ħdan ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd (PKS);

E.  billi s-sajd rikreattiv hu ukoll element ta' attività ewlieni għall-komunitajiet kostali;

F.  billi l-komunitajiet kostali ntlaqtu ħażin ħafna mit-tnaqqis globali fis-settur tas-sajd li kellu effett negattiv qawwi fuq il-portijiet tas-sajd madwar l-UE;

G. billi r-riġenrazzjoni tal-portijiet tas-sajd żgħar għandha tingħata prijorità fir-riforma tal-politika komuni tas-sajd;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi d-diversifikazzjoni tas-settur tas-sajd u l-importanza tas-sajd rikreattiv u l-akwakultura bħala żewġ pilastri ewlenin apparti mill-attività tas-sajd innifisha;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-sajd rikreattiv jikkonforma mal-istrateġija Ewropa 2020 u jaqdi l-objettivi tal-Komunikazzjoni dwar Rio+20; lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar;

3.  Peress li s-sajd rikreattiv ma kienx trattat fil-proposti tal-Kummissjoni mressqa fit-13 ta' Lulju 2011, jenfasizza li dawn jiġu trattati b'mod distint fi ħdan il-proċess ta' riforma tal-PKS;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni telabora dwar il-possibilitajiet ta' appoġġ finanzjarju differenti għass-settur tas-sajd rikreattiv u ta' attivitajiet oħrajn relatati mal-baħar skont il-Fond Ewropew għas-Sajd li jmiss u/jew il-Fond ta' Koeżjoni bħala parti mill-appoġġ strutturali għal dan is-settur tas-sajd Ewropew;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 358, 31.12.2002. p. 59.

Avviż legali - Politika tal-privatezza