Proċedura : 2012/2554(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0157/2012

Testi mressqa :

B7-0157/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2012 - 11.2

Testi adottati :

P7_TA(2012)0087

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 129kWORD 63k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0152/2012
12.3.2012
PE483.209v01-00
 
B7-0157/2012

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar siti tal-internet diskriminatorji u reazzjonijiet tal-gvernijiet (2012/2554(RSP))


Peter van Dalen, Timothy Kirkhope, Paweł Robert Kowal, Michał Tomasz Kamiński, Roberts Zīle, Jan Zahradil, Janusz Wojciechowski, Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar siti tal-internet diskriminatorji u reazzjonijiet tal-gvernijiet (2012/2554(RSP))  
B7‑0157/2012

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-hotline online mniedi mill-Partit PVV Olandiż fit-8 ta' Frar 2012,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Reding tal-11 ta' Frar 2012 dwar is-sit tal-PVV,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi fit-8 ta' Frar 2012 il-Partit għal-Libertà Olandiż (PVV/Partij voor de Vrijheid) nieda hotline online fejn iċ-ċittadini jistgħu jirrappurtaw esperjenzi negattivi ma' ċittadini tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (KEE) u disturbi bħal pereżempju telf ta' impjieg ikkawżati minnhom ;

B.  billi din il-hotline mhijiex inizjattivi tal-gvern, iżda inizjattiva privata mill-PVV;

C. billi t-tnedija ta' din il-hotline qajmet dibattitu feroċi fil-Pajjiżi l-Baxxi, u ħafna partiti politiċi, il-mezzi tax-xandir, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u mexxejja oħra tal-kumpaniji, mexxejja tas-soċjetà ċivili u ċittadini individwali kkundannaw l-inizjattiva tal-PVV; billi tnedew ħafna kontrainizjattivi, bħal websajt li tirrapporta dwar esperjenzi pożittivi mal-persuni Pollakki;

D. billi attwalment m'hemm l-ebda pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Olandiż dwar il-hotline tal-PVV;

E.  billi l-hotline tal-PVV qanqlet sensazzjoni fil-mezzi tax-xandir internazzjonali u fora oħra, fejn kienu ħafna li kkundannaw dan is-sit;

1.  Jikkundanna l-hotline online tal-PVV u ma jaqbilx bil-qawwi mal-metodu magħżul u l-messaġġi li qed tagħti liċ-ċittadini tal-KEE li qed jgħixu u jaħdmu fil-Pajjiżi l-Baxxi;

2.  Jistieden lill-Gvern Olandiż jiddisoċċja ruħu minn din il-hotline b'termini ċari u mhux ekwivoċi; iqis li dan huwa ta' rilevanza akbar peress li l-hotline hija inizjattiva minn partit li jipprovdi lill-Gvern Olandiż b'appoġġ parlamentari;

3.  Jirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet pożittivi multipli u importanti tal-pajjiżi tal-KEE u ċ-ċittadini tagħhom, fil-passat kif ukoll illum, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Unjoni Ewropea kollha;

4.  Jafferma l-adeżjoni tiegħu mal-acquis communautaire, inkluż il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà tal-espressjoni;

5.  Huwa tal-opinjoni li diġà ngħatat attenzjoni żejda lil inizjattiva li m'hemmx dubju li ma jistħoqqilhiex tali attenzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza