MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar iċ-ċertezza ġuridika tal-investimenti Ewropej barra mill-Unjoni Ewropea
18.4.2012
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura
(2012/2619(RSP))
Charles Tannock, Robert Sturdy f'isem il-Grupp ECR
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0214/2012
B7‑0214/2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iċ-ċertezza ġuridika tal-investimenti Ewropej barra mill-Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra r-rapport adottat tiegħu, tad-29 ta' Marzu 2010, dwar l-assoċjazzjoni strateġika bireġjonali bejn l-UE u l-Amerika Latina,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Artikolu 207 tat-TFUE jafferma li l-investimenti Ewropej f'pajjiżi terzi jikkostitwixxu element fundamentali tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jiffurmaw parti intrinsika tal-politika ta' azzjoni esterna, u li wara d-dħul fis-seħħ tat-TFUE jidħlu fl-ambitu ta' kompetenza esklużiva tal-UE;
B. whereas the announcement made by the government of the Republic of Argentina of sending a draft law to its Congress in order to validate the expropriation of 51 % of the shares of the hydrocarbons corporation YPF, owned in its majority by a European company whose shares are precisely the object of the proposed expropriation;
C. billi t-tħabbira msemmija hawn fuq kienet simultanjament segwita mit-teħid effettiv u immedjat tal-pussess tas-sede prinċipali tal-kumpanija min-naħa tal-awtoritajiet tal-gvern federali Arġentin, li ġiegħlu lid-diriġenti leġittimi u lill-persunal tal-impriża msemmija jħallu l-uffiċini;
D. billi f'dawn l-aħħar xhur, il-kumpanija kienet fil-mira ta' kampanja pubblika ta' vessazzjonijiet li aktarx ikkontribwew, flimkien ma' bosta deċiżjonijiet amministrattivi, għat-telf ta' valur tal-ishma tagħha;
E. billi f'bosta okkażjonijiet il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fir-rigward tan-natura u l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi applikati għall-importazzjonijiet mill-gvern Arġentin, li laqtu għadd dejjem akbar ta' pajjiżi li jagħmlu parti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
F. billi fit-30 ta' Marzu 2012, l-UE flimien mal-Istati Uniti u għaxar pajjiżi oħra tad-WTO esprimew f'dikjarazzjoni bil-miktub it-tħassib dejjem ikbar u persistenti rigward in-natura u l-applikazzjoni tal-miżuri kummerċjali restrittivi adottati mill-Arġentina, li qegħdin jolqtu negattivament l-importazzjonijiet lejn l-Arġentina minn ħafna Stati Membri tal-UE kif ukoll ikollhom riperkussjonijiet negattivi għall-impriżi tal-UE; billi xi Stati Membri tal-UE, bħar-Renju Unit, intlaqtu aktar minn oħrajn, inkwantu l-Gvern qiegħed jeżerċita pressjoni qawwija fuq l-impriżi nazzjonali biex jevitaw li jidħlu f'attivitajiet kummerċjali abbażi ta' kunsiderazzjonijiet politiċi;
G. billi f'Marzu l-Istati Uniti heddew li jissospendu l-preferenzi kummerċjali mal-Arġentina fil-qafas tal-iskema tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) tagħhom bħala reazzjoni għan-nuqqas min-naħa tal-Arġentina li tħallas aktar minn USD 300 miljun bħala kumpens f'żewġ tilwimiet li jinvolvu investituri Amerikani;
H. billi r-Repubblika Arġentina, bħala membru ta' MERCOSUR, qiegħda tipparteċipa fil-proċess ta' negozjati ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-UE li fost l-objettivi tiegħu hemm dak tal-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ, u li fih l-offerti fis-setturi tal-agrikoltura, tas-servizzi u tal-investimenti taż-żewġ naħat se jiżvolġu rwol importanti fis-suċċess tan-negozjati;
I. billi r-Repubblika Arġentina tradizzjonalment qiegħda tibbenefika mill-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SPĠ) konċessa unilateralment mill-UE;
1. Jiddeplora d-deċiżjoni li ħa l-gvern Arġentin biex jipproċedi bl-esproprjazzjoni tal-maġġoranza tal-ishma ta' kumpanija Ewropea, billi din tirrappreżenta deċiżjoni kontestabbli li tikkostitwixxi de facto konfiska li tinvolvi attakk fuq l-eżerċizzju ta' impriża libera u l-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika fil-konfront tal-investimeni u d-deterjorament tal-kuntest għall-investimenti għall-Ewropa fl-Arġentina;
2. Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar id-deċiżjoni meħuda billi din tirrappreżenta ksur tad-dritt internazzjonali u tal-impenji tal-Arġentina fil-qafas tad-WTO; iwissi dwar il-konsegwenzi negattivi possibbli li dawn it-tipi ta' miżuri unilaterali jimplikaw f'termini ta' delokalizzazzjoni tal-investiment internazzjonali barra mill-Arġentina, filwaqt li l-investiment barrani dirett (IBD) u speċjalment dak tal-UE huwa meħtieġ b'mod kruċjali għall-iżvilupp tal-pajjiż u r-riskju li dan jirrappreżenta f'termini ta' konsegwenzi negattivi kkawżati lill-kummerċ internazzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fix-xebh bejn il-fattispeċje u każijiet oħra li fihom l-interessi tal-UE ġew esproprjati fi bnadi oħra tad-dinja;
3. Ifakkar fil-ħbiberija tradizzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina, li magħha tikkondividi valuri u prinċipji komuni, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Arġentini jmorru lura għal kuntest favorevoli għad-djalogu u għan-negozjati bħala l-aktar mod xieraq biex jissolvew diverġenzi possibbli bejn sħab kummerċjali strateġiċi;
4. Ifakkar li n-negozjati li għaddejjin bħalissa għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u MERCOSUR għandhom l-għan li jilħqu qafas ta' integrazzjoni ekonomika u ta' djalogu politiku bejn iż-żewġ blokki biex jinkiseb livell għoli ta' progress u prosperità għaż-żewġ reġjuni, u li d-deċiżjonijiet bħal dik li ħadu l-awtoritajiet Arġentini ma jiffavorixxux klima ta' fehim u ħbiberija meħtieġa biex jinkiseb tali ftehim;
5. Jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni jintervjenu quddiem l-awtoritajiet Arġentini biex jiddefendu l-interessi tal-Unjoni u jissalvagwardaw il-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika li tiggarantixxi l-preżenza Ewropea u l-investiment tal-Ewropa fil-pajjiż;
6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea teżamina u, jekk ikunu il-każ, tadotta miżuri meħtieġa għas-salvagwardja tal-interessi tal-UE fl-Arġentina bil-għan li tevita sitwazzjonijiet simili li jistgħu jinqalgħu fil-ġejjieni; f'dan ir-rigward, jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-kumpanija Repsol għall-fażi diffiċli li għaddejja minnha;
7. Jitlob lill-President tal-Kummissjoni Ewropea jintervjeni fi ħdan il-G20 u d-WTO billi jesprimi t-tħassib tal-UE u jafferma li dawn l-azzjonijiet jirrappreżentaw ksur sfaċċjat tal-obbligi intenazzjonali ta' stat membru fil-konfront ta' wieħed mill-membri tagħha fiż-żewġ organizzazzonijiet;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-gvern u lill-Kungress tar-Repubblika Arġentina u lill-membri tal-Kunsill ta' MERCOSUR.