Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0316/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0316/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE

11.6.2012 - (2012/2676(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Morten Løkkegaard, Hannu Takkula, Izaskun Bilbao Barandica, Ramon Tremosa i Balcells, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE
Malika Benarab-Attou, Raül Romeva i Rueda, François Alfonsi, Ana Miranda, Jean-Jacob Bicep, Catherine Grèze f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2012/2676(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0316/2012
Testi mressqa :
B7-0316/2012
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B7‑0316/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE

(2012/2676(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea, li tħabbar li l-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-politika tagħha ta’ konsultazzjoni fl-2011 (COM(2010)0543),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 jisimha ‘L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzart tal-fiduċja "Flimkien għal tkabbir ġdid"’ (COM(2011)0206),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Krakovja adottata fil-Forum tas-Suq Unika fit-3-4 ta’ Ottubru 2011,

–   wara li kkunsira l-mistoqsija bil-miktub tal-14 ta’ Marzu 2011 lill-Kummissjoni, bl-isem ‘Strateġija għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni / Ilsna għall-konsultazzjoni pubblika’ (E‑002327/2011),

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali tat-22 ta’ Marzu 2012 lill-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom fl-ilsna kollha tal-UE (X‑XXXXXX),

–   wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji,

–   wara li kkonsidra r-Regola 110 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Kummissjoni pproponiet li tinħatar is-sena 2013 bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini ħalli tiżdied is-sensibilizzazzjoni tan-nies dwar il-benefiċċji u d-drittijiet miksuba biċ-ċittadinanza tal-UE u biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni;

B.  filwaqt li l-persuni diżabbli għandhom diffikultajiet akbar billi jeħtieġu formati aċċessibbli għall-faċilitizzazzjoni tal-komunikazzjoni;

C. billi l-involviment tal-pubbliku huwa komponent fundamentali tal-governanza demokratika, ġaladarba l-konsultazzjonijiet pubbliċi mfasslin u kkomunikati tajjeb huma waħda mill-għodod ewlenin li jagħtu sustanza lill-politika ta’ trasparenza tal-UE, u billi sal-lum il-potenzjal tagħhom ħalli tingħeleb il-qabża bejn il-komunikazzjoni u l-informazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-UE għadu ma ġiex sfruttat sa barra;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfittex attivament li tikkomunika maċ-ċittadini ordinarji billi tagħmel użu sħiħ mill-kanali eżistenti tal-komunikazzjoni ħalli tqassam il-konsultazzjonijiet fost il-pubbliku inġenerali u twettaqhom, b'mod li jilħaq il-miri, flimkien mal-NGOs u stakeholders oħrajn;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-jedd ta' kull ċittadin tal-UE li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-UE f'kwalunkwe wieħed mill-ilsna li jkunu uffiċjali fl-UE jkun rispettat bis-sħiħ u implementat billi jkun żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE, li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu ttrattati b'mod ugwali u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni msejsa fuq l-ilsien bejn il-konsultazzjonijiet;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi d-dritt tan-nies diżabbli li jkunu kkonsultati bl-użu ta’ formati aċċessibbli;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu jinftehmu miċ-ċittadini ordinarji u jitwettuq fi żmien biżżejjed twil li jippermetti parteċipazzjoni akbar;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.