Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0378/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0378/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ftehim bilaterali mas-Somalja

28.6.2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Cristiana Muscardini

B7‑0378/2012

Mozzjoni għal Rizoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ftehim bilaterali mas-Somalja

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi f'Lulju se ssir laqgħa f'Ruma tal-Grupp Internazzjonali ta' Kuntatt dwar is-Somalja;

B.  billi fl-20 ta' Awwissu 2012 se ssir l-elezzjoni għal President ġdid tas-Somalja, u fl-istess ħin se jintemm il-perjodu twil ta' gvern tranżizzjonali;

C. billi wara 10 snin ta' Amministrazzjoni Fiduċjarja (1950-60), 52 sena ta' indipendenza (mill-1960), 9 snin ta' demokrazija parlamentari relattiva (1960-9), 2 gwerer mal-Etjopja (1964; 1977-78), 21 sena ta' dittatura militari (1969-1990), 34 sena ta' "instabilità" (mill-1978 sal-lum), u wara li importa l-estremiżmu psewdoreliġjuż Salafist, is-Somalja - pajjiż għani fir-riżorsi umani u naturali - ħaqqu ġejjieni ta' paċi, stabilità politika u żvilupp;

D. billi l-qagħda politika u ekonomika internazzjonali attwali tidher li hija favur l-istabilizzazzjoni tas-Somalja, li tant ilha tbati;

E.  wara li kkunsidra l-ħtieġa li jiġi evitat li jsiru aktar żbalji minħabba nuqqas ta' ħsieb politiku għall-ġejjieni min-naħa tal-komunità internazzjonali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-opportunità li tisfrutta l-preżenza tal-Prim Ministru tas-Somalja fil-laqgħa ta' Ruma biex titfassal ittra ta' impenn mas-Somalja bi tħejjija ta' ftehim bilaterali favur l-iżvilupp tal-pajjiż.