MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-rimi tal-asbestos mingħajr periklu
28.6.2012
Sergio Paolo Francesco Silvestris
B7‑0379/2012
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rimi tal-asbestos mingħajr periklu
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi ammont kbir ta' tunnellati ta' asbestos għandu jiġi eliminat, bil-periklu li dan iġib miegħu għall-persuni u l-ambjent, billi dan il-materjal joħloq ħsara għas-saħħa u jeħtieġ jitneħħa minħabba li jxerred fibri li huma ferm tossiċi fl-ambjent;
B. billi l-problema mifruxa tat-tneħħija tas-soqfa ta' eternit u tal-għotjien li fihom l-asbestos - kif ukoll tar-rimi u l-bini mill-ġdid tas-saqaf - hi prinċipalment problema ta’ natura ekonomika;
C. billi sejba l-ġdida, il-Pre-Box, tista' tkun soluzzjoni, jew almenu tista' tissimplifika r-rimi tal-asbestos; minflok li l-asbestos jinġabar f'boroż tan-nylon, li ma tantx huma reżistenti għall-bildiet tal-klima u għal waqt l-irdim, min ħoloq l-idea fassal kaxxa prefabbrikata magħmula mill-fibri tas-siment li tista' tiġbor fiha 300 tunnellata ta' folji skanalati ta' fibri tas-siment li fihom l-asbestos, b'hekk jiġi evitat ir-riskju li t-trab jixtered fl-arja u joħloq ħsara għas-saħħa; ladarba l-fibri tal-asbestos jiġu magħluqa, il-Pre-Box għandha tiġi magħluqa bil-konkos li jdum iservi aktar minn mitt sena;
1. Jistieden lill-Kummissjoni talloka finanzi għall-proġett inkwistjoni, li qed ifittex li jsolvi l-problema tar-rimi tal-asbestos;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibilità li tinħareġ il-privattiva Ewropea għall-Pre-Box.