MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-turiżmu kulturali għall-għomja
28.6.2012
Sergio Paolo Francesco Silvestris
B7‑0380/2012
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-turiżmu kulturali għall-għomja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regola 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-problema li l-persuni neqsin mid-dawl ma jistgħux igawdu l-opri tal-arti ilha suġġett ta' dibattitu profond għal snin sħaħ, fuq livelli differenti u minn aspetti differenti;
B. billi tinħass il-ħtieġa li l-persuni neqsin mid-dawl jingħataw aċċess għal inizjattivi turistiċi u li titqajjem kuxjenza fost l-operaturi fis-settur (dawk responsabbli mill-istrutturi, l-istaff fis-siti u l-gwidi turistiċi) dwar il-problemi involuti f'dak li jirrigwarda l-kuntatt ta' persuni neqsin mid-dawl mad-diversi forom tal-arti;
C. billi jeħtieġ li l-operaturi tas-settur jikkonvinċu ruħhom li jqisu mill-ġdid ċerti aspetti tal-perċezzjoni u tal-komunikazzjoni, u jitħeġġew sabiex jagħmlu ż-żjajjar artistiċi dejjem aktar aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl;
D. billi l-Unione Italiana dei Ciechi e degli Ipovedenti nediet il-proġett "Turiżmu Kulturali għall-persuni neqsin mid-dawl";
1. Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja l-ippjanar ta' siti kulturali bil-għan li mhux biss jitneħħew l-ostakoli arkitettoniċi, iżda wkoll dawk ta' perċezzjoni u ta' problemi sensorjali; għaldaqstant mhux mużew għall-għomja, iżda l-possibilità li huma jkollhom aċċess għall-mużewijiet maħsuba għal kulħadd, kull meta jeħtieġu jew jinteressahom dak l-aċċess;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-dritt għall-kultura - dritt li l-għomja dejjem talbu - ikun dejjem iggarantit.