Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0381/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0381/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-użu usa’ ta' bozoz tad-dawl LED

28.6.2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

B7‑0381/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu usa’ ta' bozoz tad-dawl LED

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. wara li kkunsidra li bozoz tad-dawl inkandexxenti tneħħew mill-produzzjoni minħabba l-konsum enerġetiku għoli;

B.  wara li kkunsidra li r-riċerka għal dawl effikaċi u vantaġġuż li jimminimizza l-konsum tal-enerġija hija attività kostanti tal-Komunità għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

C. wara li kkunsidra li l-bozza tad-dawl LED attwalment identifikata bħala waħda mill-eżempji l-aktar innovattivi peress li toffri l-vantaġġi li ġejjin:

     –   konsum baxx b’raġġ ta’ dawl wiesa’;

 għandha dissipazzjoni aktar effikaċi tas-sħana u għandha ħajja twila, u minħabba f'hekk toffri iffrankar enerġetiku bejn it-80% u d-90% meta mqabbla mal-bozoz aloġeni;

–   l-użu tagħha huwa versatili għaliex hija adatta kemm għad-djar kif ukoll għall-uffiċċji u l-attivitajiet kummerċjali;

     –   l-emissjoni mnaqqsa ta' sħana tippermetti li t-temperatura tkun ġestita b'mod aktar faċli f'postijiet li fihom tintuża;

D. billi n-nuqqas ta’ sustanzi tossiċi u l-konsum baxx jikkontribwixxu għas-salvagwardja tal-ambjent;

E.  billi dawn il-bozoz ma joħolqux l-emissjoni ta' raġġi UVA u UVB, u b’hekk tkun evitata ħsara lil materjali fotosensibbli;

1.  Jistieden lill-Kummisjoni tippromwovi kampanji ta' sensibilizzazzjoni maħsuba għall-informazzjoni u d-diffużjoni ta' bozoz LED.