MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 119kWORD 48k
29.6.2012
PE491.998v01-00
 
B7-0383/2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-borża ekoloġika għat-traċċabilità tal-iskart


Sergio Paolo Francesco Silvestris

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-borża ekoloġika għat-traċċabilità tal-iskart  
B7‑0383/2012

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-problemi ekoloġiċi u d-difiża ambjentali qegħdin jagħmluha aktar diffiċli biex jinstabu żoni għal miżbliet tradizzjonali għar-rimi ta' materjal ta' kull tip, mħallat u xi drabi anke tossiku;

B.  billi l-materjali bħall-aluminium, il-karta, il-plastik u l-ħġieġ jistgħu jerġgħu jintużaw, biex b'hekk titnaqqas il-ħela u l-isfruttament tal-materja prima;

C.  billi r-rimi ta' materjal organiku fil-miżbliet tradizzjonali hi ħela, għaliex dan jista' jintuża fil-produzzjoni tal-kompost;

D.  billi l-Unjoni Ewropea tfittex li tipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz billi tipprevjeni l-effetti avversi tal-produzzjoni u l-ġestjoni tal-iskart permezz ta' trattament komuni għall-Istati Membri kollha;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, biex tislet mill-Proġett RadioBag, il-borża b'mikroċipp li tgħin fit-traċċabilità tal-iskart billi tikkomunika f'ħin reali ma' pjattaforma teknoloġika, biex tappoġġa din l-istess inizjattiva permezz ta' proġetti pilota futuri fl-Istati Membri kollha; josserva li din l-innovazzjoni twassal għall-monitoraġġ tal-kwantità u l-kwalità tal-iskart, billi ssegwi t-traġitt kollu tiegħu; jindika li grazzi għar-RadioBag, se jkun possibbli li jiġu identifikati l-boroż maħsuba għall-ġbir tal-iskart separat kif ukoll dawk għall-ġbir ta' skart mhux separat, biex b'hekk jinħoloq mekkaniżmu li jinċentiva/jiskoraġġixxi, li jippremja lil dawk iċ-ċittadini l-iktar kunxenzjużi, u li jwissi lil dawk li jiksru r-regoli tajbin tal-ġbir tal-iskart separat.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza